|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2495 |
12.5.2025 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Marzu 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – VP vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság
(Kawża C-247/23 (1) , Deldits (2) )
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 5(1)(d) - Prinċipju ta’ preċiżjoni - Artikolu 16 - Dritt għar-rettifika - Artikolu 23 - Limitazzjonijiet - Data dwar l-identità tal-ġeneru - Data mhux preċiża malli tiddaħħal f’reġistru pubbliku - Mezzi ta’ prova - Prassi amministrattiva li titlob prova ta’ trattament kirurġiku ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-ġeneru)
(C/2025/2495)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VP
Konvenut: Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) għandu jiġi interpretat fis-sens li: jobbliga fuq awtorità nazzjonali responsabbli miż-żamma ta’ reġistru pubbliku li tirrettifika d-data personali dwar l-identità tal-ġeneru ta’ persuna fiżika meta din id-data ma tkunx preċiża, fis-sens tal-Artikolu 5(1)(d) ta’ dan ir-regolament. |
|
2) |
L-Artikolu 16 tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li: għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għar-rettifika tad-data personali dwar l-identità tal-ġeneru ta’ persuna fiżika, li tinsab f’reġistru pubbliku, din il-persuna tista’ tkun obbligata tipprovdi l-provi rilevanti u suffiċjenti li jistgħu raġonevolment jintalbu mill-imsemmija persuna sabiex tiġi stabbilita in-nuqqas ta’ preċiżjoni ta’ din id-data. Madankollu, Stat Membru fl-ebda każ ma jista’, permezz ta’ prassi amministrattiva, jissuġġetta l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għall-produzzjoni ta’ provi ta’ trattament kirurġiku ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-ġeneru. |
(2) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2495/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)