|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2479 |
29.4.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ April 2025
li taħtar membru supplenti fil-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
(C/2025/2479)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/942 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar ħames membri u s-supplenti tagħhom fil-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“il-Bord tal-Amministrazzjoni”). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/942 jipprevedi li membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni ma jistax ikun membru tal-Bord tar-Regolaturi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u li l-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta Deċiżjoni (2) li taħtar żewġ membri supplenti fil-Bord tal-Amministrazzjoni għal perjodu li jintemm fit-28 ta’ Jannar 2026. Fit-30 ta’ Jannar 2025, wieħed minn dawk il-membri supplenti, is-Sur Jean-Laurent LASTELLE, irriżenja bħala membru supplenti tal-Bord tal-Amministrazzjoni. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Kunsill jaħtar membru supplenti biex jissostitwixxi lis-Sur Jean-Laurent LASTELLE għall-bqija tal-mandat tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Attila NYIKOS (Ungerija) huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti fil-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, b’mandat li jintemm fit-28 ta’ Jannar 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ April 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/942/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 2024 li taħtar żewġ membri supplenti fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU C, C/2024/3502, 29.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3502/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2479/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)