European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2386

28.4.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2025 – Kapitan Navi Elżbieta Stramek i Waldemar Karpiński vs EUIPO – Homann Feinkost (Matjesfilethappen nach “Kolberger Art”)

(Kawża T-89/24)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Matjesfilethappen nach “Kolberger Art” - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(C/2025/2386)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kapitan Navi Elżbieta Stramek i Waldemar Karpiński sp.j. (Trzebiatów, il-Polonja) (rappreżentant: A. Brudnoch, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: R. Raponi, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Homann Feinkost GmbH (Bad Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. von Nussbaum, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bdil tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Diċembru 2023 (Każ R 287/2023-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kapitan Navi Elżbieta Stramek i Waldemar Karpiński sp.j. hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti minn Homann Feinkost GmbH fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)   ĠU C, C/2024/2331, 2.4.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2386/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)