European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2373

28.4.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2025 – PGI Spain et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-596/22)  (1)

(Għajnuna mill-Istat - Miżura intiża li tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-peniżola Iberika - Kriżi tal-enerġija - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assenza ta’ diffikultajiet serji - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi)

(C/2025/2373)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PGI Spain, SL (Barcelona, Spanja), Berry Superfos Pamplona, SA (Navarra, Spanja), Promens Packaging, SA (Barcelona), RPC Envases, SA (Madrid, Spanja), Zeller Plastik España, SL (Barcelona) (rappreżentant: P. Holtrop, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf, I. Georgiopoulos u C.-M. Carrega, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Gavela Llopis u M. Morales Puerta, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni C(2022) 3942 final tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2022 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.102454 (2022/N) – Spanja u SA.102569 (2022/N) – Portugall – Mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-ispiża ta’ produzzjoni maħsub sabiex jitnaqqas il-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fis-suq Iberiku.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PGI Spain, SL, Berry Superfos Pamplona, SA, Promens Packaging, SA, RPC Envases, SA u Zeller Plastik España, SL huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess u kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)   ĠU C 482, 19.12.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2373/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)