European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2368

28.4.2025

Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2025 minn TBANK SA, li kienet Tinkoff Bank SA, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-18 ta’ Diċembru 2024 fil-Kawża T-275/23, Tinkoff Bank vs Il-Kunsill

(Kawża C-171/25 P)

(C/2025/2368)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: TBANK SA, li kienet Tinkoff Bank SA (rappreżentanti: A. Genko, E. Epron, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2024 fil-Kawża T-275/23;

tilqa’ l-eċċezzjoni ta’ illegalità inċidentali tal-kriterju (g) tar-Regolament (UE) 269/2014 (1) u tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK (2);

tannulla d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/429 (3), id-Deċiżjoni (PESK) 2024/847 (4), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/849 (5), sa fejn dawn l-atti rreġistraw lill-appellanti u żammewha fil-listi tal-miżuri restrittivi taħt in-numru 200 (entitajiet); jew,

iktar sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għad-deċiżjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju, jiġi lmentat li s-sentenza għandha żball ta’ liġi peress li tirrikonoxxi lill-Kunsill dritt li ma jagħtix elementi preċiżi u konkreti għall-applikazzjoni tal-kriterju (g), u b’hekk il-Qorti Ġenerali ma eżerċitatx b’mod sħiħ l-istħarriġ meħtieġ fir-rigward tal-motivazzjoni.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti titlob lill-Qorti Ġenerali tilqa’ l-eċċezzjoni tagħha ta’ illegalità tal-kriterju (g) minħabba ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u minħabba l-kriterju arbitrarju u diskriminatorju tiegħu.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żnaturament tal-provi kif ukoll fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja minħabba eżenzjonijiet fil-qasam tal-prova u ta’ stħarriġ ristrett wisq fil-qasam tal-iżball ta’ evalwazzjoni.

Fir-raba’ aggravju jiġi lmentat li s-sentenza injorat volontarjament il-provi mressqa fil-motiv ibbażat fuq l-użu ħażin tal-poter.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba li l-Qorti Ġenerali eżerċitat stħarriġ limitat fil-qasam tal-proporzjonalità.

Is-sitt aggravju jqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet lill-bank id-dritt li jiddefendi d-drittijiet ta’ proprjetà tal-klijenti tiegħu u b’hekk li l-ksur ta’ dawn id-drittijiet kien manifest.

Is-seba’ u l-aħħar aggravju jqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ċaħdet lill-bank id-dritt li jinvoka l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/429 tal-25 ta’ Frar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 59I, p. 278, rettifika fil-ĠU 2023, L 100, p. 99, u fil-ĠU 2023, L 234, p. 207).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 tat-12 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/847).

(5)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 tat-12 ta’ Marzu 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/849).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2368/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)