|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2360 |
28.4.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fid-29 ta’ Jannar 2025 – Fremoluc NV, Association de Promotion des Droits Humains et des Minorités ASBL vs Vlaamse Regering
(Kawża C-58/25, Fremoluc u Association de Promotion des Droits Humains et des Minorités)
(C/2025/2360)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fremoluc NV, Association de Promotion des Droits Humains et des Minorités ASBL
Konvenut: Vlaamse Regering
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li miżura bħal dik li tinsab fl-Artikolu 10 tad-Digriet tar-Reġjun ta’ Vlaanderen tat-23 ta’ Ġunju 2023“dwar ‘wonen in eigen streek’ (Għajxien fir-reġjun tiegħek stess)” tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ġdida li kellha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni Ewropea? |
|
2. |
Jekk, abbażi tar-risposta għall-ewwel domanda preliminari, il-Qorti Kostituzzjonali tasal għall-konklużjoni li d-Digriet tar-Reġjun ta’ Vlaanderen tat-23 ta’ Ġunju 2023 imsemmi iktar ’il fuq jikser l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet imsemmija f’dik id-domanda, din tkun tista’ żżomm b’mod definittiv l-effetti tad-digriet imsemmi iktar ’il fuq, sabiex jiġu osservati l-aspettattivi leġittimi tal-individwi li xtraw art jew abitazzjoni b’applikazzjoni ta’ dan id-digriet u anki sabiex tiġi evitata l-inċertezza legali li tkun tista’ twassal għaliha r-retroattività tal-annullament ta’ dan id-digriet għal dawn il-persuni, b’mod partikolari bi preġudizzju għas-sitwazzjoni tagħhom f’termini ta’ abitazzjoni? |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2360/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)