|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2238 |
15.4.2025 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Gwida dwar l-aspetti tat-tisħin u t-tkessiħ tal-Artikoli 15a, 22a, 23 u 24 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli kif emendata mid-Direttiva (UE) 2023/2413
(C/2025/2238)
Werrej
|
1. |
Introduzzjoni | 2 |
|
2. |
Id-definizzjoni ta’ sħana u kesħa mormija fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli | 4 |
|
3. |
Il-kontabbiltà tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 23 | 5 |
|
3.1. |
Ħarsa ġenerali lejn l-Artikolu 23 | 5 |
|
3.2. |
Elementi ġodda tal-Artikolu 23 | 5 |
|
3.3. |
Żieda medja annwali | 6 |
|
3.4. |
Flessibbiltajiet għas-sħana u l-kesħa mormija u l-elettriku rinnovabbli | 8 |
|
4. |
Il-kontabbiltà tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 24 | 10 |
|
4.1. |
Ħarsa ġenerali lejn l-Artikolu 24 | 10 |
|
4.2. |
Elementi ġodda tal-Artikolu 24 | 11 |
|
4.3. |
Żieda medja annwali indikattiva | 11 |
|
5. |
Il-kontabbiltà tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 15a | 13 |
|
5.1. |
Ħarsa ġenerali lejn l-Artikolu 15a | 13 |
|
5.2. |
Sehem nazzjonali indikattiv | 13 |
|
5.3. |
Ambitu tal-mira | 14 |
|
5.4. |
Flessibbiltà għas-sħana u l-kesħa mormija | 14 |
|
6. |
Il-kontabbiltà tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 22a | 15 |
|
6.1. |
Ħarsa ġenerali lejn l-Artikolu 22a | 15 |
|
6.2. |
Sehem nazzjonali indikattiv | 15 |
|
6.3. |
Flessibbiltà għas-sħana u l-kesħa mormija | 15 |
| Anness A | 16 |
| Anness B | 18 |
| Anness C | 19 |
| Anness D | 20 |
1. Introduzzjoni
Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 2023 u introduċiet bidliet fil-qafas leġiżlattiv li jirregola l-enerġija rinnovabbli sal-2030 u lil hinn. Din il-gwida tirreferi għad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tal-2018 bħala REDII u għad-Direttiva emendata dwar l-Enerġija Rinnovabbli jew id-Direttiva riveduta.
Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli hija pedament tal-istrateġiji tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tar-REPowerEU biex titwettaq l-ambizzjoni tal-Unjoni li tiġġieled it-tibdil fil-klima u tnaqqas id-dipendenza enerġetika tal-Unjoni fuq ir-Russja. Ir-RED riveduta żżid sostanzjalment il-livell tal-ambizzjoni tal-enerġija rinnovabbli, mhux biss billi żżid il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli li jeħtieġ tintlaħaq b’mod kollettiv sal-2030 minn 32 % għal 42,5 % (b’aspirazzjoni li tilħaq il-45 %), iżda anki billi żżid u ssaħħaħ is-sottomiri tal-enerġija rinnovabbli li jridu jintlaħqu f’bosta setturi, fosthom fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ.
It-tisħin u t-tkessiħ jirrappreżentaw madwar nofs il-konsum tal-enerġija fl-Unjoni. Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli f’dan is-settur żdied aktar bil-mod milli żdied fil-ġenerazzjoni tal-elettriku, u ħafna minn dan is-sehem għadu ġej mill-bijomassa.
Biex id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ titħaffef iżjed, id-Direttiva riveduta saħħet id-dispożizzjonijiet eżistenti li jippromwovu l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-setturi tat-tisħin u t-tkessiħ u tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali (l-Artikoli 23 u 24, rispettivament) billi daħħlet obbligi u miżuri ġodda. Id-Direttiva riveduta daħħlet ukoll żewġ dispożizzjonijiet ġodda biex trawwem il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-setturi tal-bini u tal-industrija (l-Artikoli 15a u 22a il-ġodda, rispettivament), li t-tnejn huma marbuta mill-qrib mad-dispożizzjonijiet dwar it-tisħin u t-tkessiħ.
Tabella 1 tagħti ħarsa ġenerali lejn kif inhuma strutturati l-miri differenti relatati mat-tisħin u t-tkessiħ. Din il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-obbligi u l-miżuri l-ġodda li hemm f’dawn id-dispożizzjonijiet billi tipprovdi kjarifiki b’mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, tal-istruttura u tal-kontabbiltà tal-miri msemmija fl-Artikoli 15a, 22a, 23 u 24 tad-Direttiva riveduta, u d-definizzjoni ta’ “sħana u kesħa mormija” li hemm fl-Artikolu 2(9). Xi obbligi huma relatati ma’ rekwiżiti ġodda tar-rapportar dwar l-istatistika dwar l-enerġija. Għalkemm l-ewwel sena ta’ referenza għar-rapportar uffiċjali f’SHARES abbażi tar-RED riveduta se tkun l-2025, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-abbozz tal-verżjoni tal-għodda SHARES aġġornata għal dan il-kalkolu minn qabel l-21 ta’ Mejju 2025, id-data tat-traspożizzjoni tar-RED riveduta. Il-kaxxa 1 telabora dwar dan.
Din il-Komunikazzjoni hija maħsuba purament bħala dokument gwida għall-finijiet tat-traspożizzjoni u tal-implimentazzjoni tar-RED riveduta. Ma tipprovdix interpretazzjoni fil-kuntest ta’ atti legali oħra.
It-test tal-leġiżlazzjoni tal-UE nnifisha biss għandu saħħa legali. Kull qari awtorevoli tal-liġi għandu jkun derivat mit-test tad-Direttiva u direttament mid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.
Tabella 1
Ħarsa ġenerali lejn il-miri tal-enerġija rinnovabbli relatati mat-tisħin u t-tkessiħ fir-RED riveduta
|
Artikolu |
15a |
22a |
23 |
24 |
|
Settur |
Bini |
Industrija |
Tisħin u tkessiħ |
Tisħin u tkessiħ distrettwali |
|
Tip ta’ mira |
Sehem nazzjonali indikattiv li jridu jiddeterminaw l-Istati Membri |
Żieda medja annwali indikattiva |
Żieda medja annwali |
Żieda medja annwali indikattiva |
|
Perjodu fil-mira |
Fl-2030 |
2021-2025 u 2026-2030 bi tqabbil mal-2020 |
2021-2025 u 2026-2030 bi tqabbil mal-2020 |
2021-2030 bi tqabbil mal-2020 |
|
Livell fil-mira |
Bi qbil mal-livell tal-Unjoni ta’ 49 % |
1,6 punt perċentwali |
0,8 punt perċentwali u 1,1 punt perċentwali + Żieda indikattiva |
2,2 punt perċentwali |
|
Tip ta’ enerġija |
Enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post + Enerġija rinnovabbli ġġenerata fil-qrib + Enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja |
Enerġija rinnovabbli |
Enerġija rinnovabbli |
Enerġija rinnovabbli + Sħana u kesħa mormija |
|
Tip ta’ konsum |
Enerġija finali |
Enerġija u mhux enerġija finali |
Enerġija finali gross |
Enerġija finali gross |
|
Flessibbiltà |
Sħana u kesħa mormija |
Sħana u kesħa mormija minn tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti |
Sħana u kesħa mormija + Elettriku rinnovabbli minn ġeneratur tas-sħana u tal-kesħa b’effiċjenza ta’ > 100 % |
Elettriku rinnovabbli |
|
Kaxxa 1. Ir-rwol tal-Eurostat u l-għodda SHARES Il-progress lejn il-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilita fl-Artikolu 3 u d-diżaggregazzjonijiet settorjali fl-Artikolu 7 (fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport) hu rrappurtat taħt l-għodda SHARES żviluppata mill-Eurostat. Fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-RED riveduta, SHARES se tiġi estiża għas-setturi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, tal-bini u tal-industrija biex tingħata data konsistenti u komparabbli li tista’ tintuża biex jiġi vvalutat il-progress lejn il-miri fl-Artikoli 24, 15a u 22a rispettivament. Iżda d-data rrapportata lill-Eurostat għadha mhix komprensiva għall-indikaturi kollha, u għalhekk xi drabi teħtieġ l-użu ta’ indikaturi. Dan huwa deskritt f’taqsimiet individwali. L-għodda SHARES tipprovdi għarfien f’firxa wiesgħa ta’ indikaturi li jistgħu jintużaw għal rekwiżiti differenti, pereżempju s-sħana mormija kkonsmata fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għall-fini tal-mira fl-Artikolu 24 jew il-livell tal-awtokonsum fil-bini għall-fini tal-mira fl-Artikolu 15a. Madankollu, dik il-granularità tiddependi fuq il-preżentazzjoni mill-Istati Membri tad-data korrispondenti lill-Eurostat. Għalhekk, huma mħeġġa jagħmlu dan biex jevitaw li l-Eurostat ikollu jkollu jistrieħ fuq l-indikaturi. |
2. Id-definizzjoni ta’ sħana u kesħa mormija fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli
Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tiddefinixxi s-sħana u l-kesħa mormija fl-Artikolu 2(9) kif ġej: “ sħana jew kesħa inevitabbli ġġenerata bħala prodott sekondarju f’installazzjonijiet industrijali jew tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, jew f’settur terzjarju, li tiġi dissipata bla ma tintuża fl-arja jew fl-ilma bla aċċess għal sistema ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali, fejn ikun intuża jew ser jintuża l-proċess ta’ koġenerazzjoni jew fejn il-koġenerazzjoni mhix fattibbli ”. Filwaqt li d-definizzjoni ta’ sħana u kesħa mormija ma ġietx modifikata fir-RED riveduta, u s-sħana u l-kesħa mormija diġà setgħu jingħaddu flimkien mal-enerġija rinnovabbli favur it-twettiq tal-miri tat-tisħin u t-tkessiħ, jixraq jiġi ċċarat l-ambitu ta’ din id-definizzjoni għall-finijiet tal-miżuri inklużi fl-Artikoli 15a, 22a, 23 u 24 tar-RED riveduta. Ir-rwol tas-sħana mormija hu enfasizzat fil-premessa 70, li tiddikjara li “ huwa xieraq li huma jkunu jistgħu jgħoddu favur it-twettiq parzjali tal-miri għall-enerġija rinnovabbli fil-bini, fl-industrija, fit-tisħin u t-tkessiħ u bis-sħiħ għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali ”.
Biex fluss tas-sħana jew tal-kesħa jitqies bħala sħana jew kesħa mormija li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tar-RED, dan jeħtieġ jissodisfa l-erba’ kriterji kumulattivi li ġejjin:
|
— |
L-ewwel, is-sħana u l-kesħa mormija jenħtieġ li jkunu “ inevitabbli ”. Dan ifisser li b’mod raġonevoli (teknikament u ekonomikament) ma jistgħux jiġu evitati jew ikkonsmati internament jew imnaqqsa (fl-istadji kollha) b’titjib tekniku u b’titjib fl-effiċjenza enerġetika. Pereżempju, is-sħana u l-kesħa żejda użati mill-ġdid f’impjant jingħaddu bħala titjib fl-effiċjenza enerġetika u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala sħana mormija. |
|
— |
It-tieni, il-ġenerazzjoni tas-sħana u l-kesħa mormija jenħtieġ li tkun “ prodott sekondarju ”. Dan ifisser li l-għan primarju tal-proċess jenħtieġ li ma jkunx dak li tiġi ġġenerata dik il-frazzjoni speċifika tas-sħana u l-kesħa. Pereżempju, il-potenza termika diretta ta’ proċess tal-koġenerazzjoni, li l-għan primarju tiegħu hu li jikkoproduċi s-sħana u l-elettriku, ma jikkostitwixxix sħana mormija għall-fini tal-kontabbiltà tar-RED (3). Iżda xi flussi oħra tas-sħana tal-proċessi tal-koġenerazzjoni, bħas-sħana żejda estratta mill-kondensatur, f’xi każijiet speċifiċi jistgħu jissodisfaw il-kriterji tal-inevitabbiltà u tal-prodott sekondarju. Meta japplikaw dan il-kriterju għall-inċinerazzjoni u l-koinċinerazzjoni tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istess approċċ. Meta l-produzzjoni tal-enerġija (sħana) tkun l-għan primarju tal-proċess tal-inċinerazzjoni jew tal-koinċinerazzjoni, din ma tkunx tissodisfa l-kriterju tal-prodott sekondarju. Biex jistabbilixxu jekk is-sħana hix prodott sekondarju, l-Istati Membri jistgħu pereżempju jirreferu għall-għan tal-installazzjoni jew għat-tip tal-liċenzja miksuba mill-impjant (4). |
|
— |
It-tielet, il-ġenerazzjoni tas-sħana u l-kesħa mormija jenħtieġ li ssir “ fl-installazzjonijiet industrijali jew tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, jew fis-settur terzjarju ”. Dan jeskludi pereżempju s-sħana ġġenerata mit-tkessiħ residenzjali. |
|
— |
Ir-raba’, is-sħana jew il-kesħa “ li tiġi dissipata bla ma tintuża … bla aċċess għal sistema tat-tisħin jew it-tkessiħ distrettwali ”. Dan ifisser li l-fluss tas-sħana jew tal-kesħa jrid jitwassal lejn sistema tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali. L-irkupru tas-sħana żejda mingħajr aċċess għal sistema tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali, pereżempju fuq il-post jew lejn binja waħda ma jistax jitqies għall-finijiet tar-RED. |
Fl-aħħar nett, minbarra dawn l-erba’ kriterji kumulattivi, biex fluss tas-sħana jew tal-kesħa jitqies bħala sħana jew kesħa mormija u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tar-RED, id-definizzjoni tiddikjara rekwiżit ġenerali biex titqies dejjem il-“ koġenerazzjoni ” tal-elettriku u tas-sħana qabel ma wieħed jirrikorri għall-produzzjoni tas-sħana biss. Biex jiġi aċċertat jekk il-koġenerazzjoni hix fattibbli, l-Istati Membri jistgħu jużaw awditjar tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2(32) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 (EED) jew Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji kif jeżiġi l-Artikolu 26(7) tal-EED.
Din il-parti tad-definizzjoni tirreferi għal tliet każijiet: “fejn ikun intuża jew se jintuża l-proċess tal-koġenerazzjoni jew fejn il-koġenerazzjoni mhix fattibbli”. L-ewwel każ jirreferi għas-sħana mormija bħala output (prodott sekondarju inevitabbli) tal-koġenerazzjoni. It-tieni każ jirreferi għas-sħana mormija bħala input ta’ proċess tal-koġenerazzjoni – f’dan il-każ, il-fluss tas-sħana mormija jista’ jingħadd darba biss, qabel jew wara l-proċess tal-koġenerazzjoni (diment li jissodisfa l-kriterji kollha kif deskritt hawn fuq). It-tielet każ jirreferi għas-sitwazzjonijiet meta jkun ġie vvalutat li l-koġenerazzjoni mhix fattibbli.
Annex A jelenka bosta eżempji ta’ x’jista’ jikkwalifika bħala sħana mormija u x’jista’ ma jikkwalifikax.
Jenħtieġ li jiġi nnotat li fir-RED riveduta, is-sħana u l-kesħa mormija jistgħu jikkontribwixxu bħala flessibbiltà favur it-twettiq tal-miri tal-enerġija rinnovabbli fl-Artikoli 15a, 22a, 23 u 24, mingħajr ma tiġi diżinċentivata l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli.
Din il-gwida hija maħsuba biex tipprovdi ċarezza dwar id-definizzjoni tas-sħana u l-kesħa mormija speċifikament u unikament bl-iskop li jkunu żgurati traspożizzjoni u implimentazzjoni uniformi tar-RED riveduta fl-Istati Membri kollha. Se tipprovdi wkoll ċertezza legali lill-industrija u lis-setturi tal-enerġija u terzjarji dwar x’jista’ jingħadd bħala sħana u kesħa mormija għall-finijiet tar-RED riveduta. Din il-gwida tinterpreta d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-kuntest tar-RED. Ma tipprovdix interpretazzjoni fil-kuntest ta’ atti legali oħra.
Din il-gwida tibni fuq ir-Rapport Tekniku tal-JRC dwar Defining and accounting for waste heat and cold (5). Għal kuntest usa’ u aktar spjegazzjonijiet tekniċi, ara r-rapport.
3. Il-kontabbiltà tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 23
3.1. Ħarsa ġenerali lejn l-Artikolu 23
L-Artikolu 23 tar-RED riveduta jinkludi l-obbligi u l-miżuri li ġejjin:
|
— |
Il-paragrafi 1, 1a u 1b jistabbilixxu miri tal-enerġija rinnovabbli li jridu jintlaħqu fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ sal-2030 (maqsuma f’żewġ perjodi) mil-lat tal-konsum finali gross tal-enerġija. Barra minn hekk, jiddikjaraw kif is-sħana u l-kesħa mormija jistgħu jingħaddu favur dawk il-miri. Jindikaw ukoll kif l-elettriku rinnovabbli jista’ jingħadd favur il-miri, diment li jintuża f’unitajiet b’effiċjenza li taqbeż il 100 % (eż. il-pompi tas-sħana). Jobbligaw ukoll lill-Istati Membri biex iwettqu valutazzjoni tal-potenzjal li jużaw l-enerġija rinnovabbli u s-sħana u l-kesħa mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ tagħhom. |
|
— |
Il-paragrafu 2 jipprovdi l-flessibbiltà lill-Istati Membri li jiksbu livelli sinifikanti ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ tagħhom. B’mod aktar partikolari, jistabbilixxi livelli limitu speċifiċi tal-enerġija rinnovabbli biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jilħqu l-mira (kompletament jew parzjalment) stabbilita fil-paragrafu 1. Jippermetti l-flessibbiltà fil-metodi magħżula biex jiġu adottati ħalli l-enerġija rinnovabbli tkun tista’ tintuża f’żoni li għandhom ostakli strutturali minħabba ishma għoljin ta’ gass naturali jew tkessiħ, jew li għandhom densitajiet tal-popolazzjoni baxxi. Barra minn hekk, jobbliga lill-Istati Membri jiżvelaw jekk il-miżuri magħżula minnhom hux se jkunu biżżejjed biex jilħqu l-mira tagħhom. Jobbliga wkoll lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar miżuri u strumenti finanzjarji li jtejbu l-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ permezz ta’ għodod aċċessibbli u trasparenti. |
|
— |
Il-paragrafu 3 jiddikjara li l-Istati Membri jistgħu jippubblikaw lista tal-miżuri u jistgħu jaħtru u jippubblikaw l-entitajiet tal-implimentazzjoni li jistgħu jikkontribwixxu għall-mira stabbilita fil-paragrafu 1. Il-paragrafi 5 u 6 jispjegaw kif dawk il-miżuri jistgħu jiġu implimentati u mmonitorjati, u liema data potenzjalment maħluqa mill-Istati Membri jridu jirrapportaw l-entitajiet tal-implimentazzjoni. |
|
— |
Fl-aħħar nett, il-paragrafu 4 jipprovdi lista tal-miżuri li minn fosthom l-Istati Membri jeħtieġ jistinkaw biex jimplimentaw imqar tnejn, li jistgħu jikkontribwixxu għall-mira stabbilita fil-paragrafu 1. Il-miżuri magħżula jridu jkunu aċċessibbli għall-konsumaturi kollha. |
3.2. Elementi ġodda tal-Artikolu 23
Ir-RED riveduta tinkludi l-modifiki importanti li ġejjin biex issaħħaħ l-Artikolu 23:
|
— |
Il-parti ewlenija tal-mira tat-tisħin u t-tkessiħ (jiġifieri ż-żieda annwali medja tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ fuq żewġ perjodi) issa hija obbligatorja. |
|
— |
Barra minn hekk, issa l-paragrafu 1 qed jeżiġi li l-Istati Membri jistinkaw biex iżidu l-medja annwali tagħhom b’ammont addizzjonali deskritt fl-Anness Ia għal kull Stat Membru. Il-konformità ma’ dawn iż-żidiet twassal għal żieda annwali medja mifruxa mal-UE kollha ta’ 1,8 punt perċentwali tul iż-żewġ perjodi. |
|
— |
Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli issa jeħtieġ jiġi espress mil-lat tal-konsum finali gross tal-enerġija flok mil-lat tal-konsum finali tal-enerġija. Madankollu, dan mhu se jbiddel l-ebda rekwiżit tar-rapportar għall-Istati Membri għax kemm ir-REDII u kif ukoll ir-RED riveduta jsemmu l-obbligu li l-kalkolu tas-sehem isir f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7, li ma nbidilx u li teżiġi li s-sehem jiġi kkalkulat mil-lat tal-konsum finali gross tal-enerġija. Għaldaqstant, hekk issewwiet id-diskrepanza fir-REDII, bejn il-konsum finali tal-enerġija u l-kalkolu f’konformità mal-Artikolu 7 (li jsir mil-lat tal-konsum finali gross tal-enerġija). |
|
— |
Il-flessibbiltà biex jingħaddu s-sħana u l-kesħa mormija maż-żieda annwali medja saret aktar restrittiva (jiġifieri hu permess perċentwal iżgħar), iżda l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ issa jista’ wkoll jingħadd parzjalment maż-żieda annwali medja. |
|
— |
L-Istati Membri jeħtieġ iwettqu valutazzjoni tal-potenzjal li jużaw l-enerġija rinnovabbli u s-sħana u l-kesħa mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ tagħhom (6). Ir-RED riveduta tintroduċi aktar rekwiżiti dwar il-kontenut ta’ din il-valutazzjoni. |
|
— |
Il-lista tal-alternattiva li tiżgura l-kisba taż-żieda annwali medja ġiet estiża, u l-Istati Membri issa jeħtieġ jistinkaw biex jimplimentaw inqar tnejn minn dawn l-alternattivi. |
3.3. Żieda medja annwali
L-Artikolu 23(1) tar-RED riveduta jintroduċi l-obbligu li jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, li kien volontarju biss skont ir-REDII.
L-Istati Membri jeħtieġ iżidu s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ kif ġej: għas-snin 2021-2025 b’medja ta’ 0,8 punt perċentwali fis-sena u għas-snin 2026-2030 b’medja ta’ 1,1 punt perċentwali fis-sena. Biex jikkalkulaw din iż-żieda, l-Istati Membri jridu jużaw il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7 u jridu jieħdu s-sehem tagħhom tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, kif irrapportat fl-istatistika tal-UE lill-Eurostat, bħala ċ-ċifra bażi (7).
It-twettiq ta’ dan l-obbligu hu vverifikat darbtejn: (i) meta tkun disponibbli l-istatistika għall-2025, jiġifieri meta l-Istati Membri jkunu kisbu żieda annwali medja fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli f’dan is-settur ta’ mill-inqas 0,8 punt perċentwali għall-ewwel perjodu (2021-2025) u (ii) meta tkun disponibbli l-istatistika għall-2030, jiġifieri meta l-Istati Membri jkunu kisbu żieda annwali medja ta’ 1,1 punt perċentwali għall-perjodu 2026-2030. Dan ifisser li dawn jistgħu jiksbu kwalunkwe żieda ta’ sena fuq sena, sakemm ikunu jissodisfaw iż-żieda annwali medja fuq kull wieħed miż-żewġ perjodi sħaħ.
Jekk nieħdu l-eżempju ta’ Stat Membru li fl-2020 kellu sehem ta’ 40 % fl-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, ikun irid jinkiseb dan ir-riżultat li ġej: is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-2025 jenħtieġ li jkun mill-inqas 4 punti perċentwali iżjed milli kien fl-2020 (5 x 0,8), u fl-2030 jenħtieġ li jkun mill-inqas 9,5 punti perċentwali iżjed milli kien fl-2020 (4 + 5 x 1,1). Tabella 2 tagħti eżempju numeriku.
Tabella 2
Eżempju tal-ishma tar-RES li jirriżultaw u jridu jinkisbu fl-2025 u fl-2030
|
Żieda annwali |
|
0,8 % |
0,8 % |
0,8 % |
0,8 % |
0,8 % |
1,1 % |
1,1 % |
1,1 % |
1,1 % |
1,1 % |
|
Sena |
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
2030 |
|
Sehem tar-RES |
40,0 % |
40,8 % |
41,6 % |
42,4 % |
43,2 % |
44 % |
45,1 % |
46,2 % |
47,3 % |
48,4 % |
49,5 % |
L-Artikolu 23(2) jipprovdi l-flessibbiltà lill-Istati Membri li kisbu livelli sinifikanti ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ tagħhom. Din il-flessibbiltà baqgħet l-istess fir-RED riveduta.
Jekk f’sena partikolari, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta’ Stat Membru fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ jilħaq xi livell bejn il-50 % u s-60 %, iż-żieda annwali medja meħtieġa għas-snin ta’ wara titnaqqas bin-nofs. Għalhekk, iż-żieda annwali medja ssir mill-inqas 0,4 punt perċentwali fi kwalunkwe sena tal-perjodu 2021-2025 (0,8/2) u 0,55 punt perċentwali fi kwalunkwe sena tal-perjodu 2026-2030 (1,1/2). Jekk f’sena partikolari jintlaħaq il-valur limitu ta’ 60 % u jinżamm iżjed minn dak il-limitu, ir-rekwiżit taż-żieda annwali medja għas-sena ta’ wara jitnaqqas għal żero. Il-Kaxxa 2 turi dan b’xi eżempji.
|
Kaxxa 2. Eżempji ta’ żidiet annwali b’punti tat-tluq differenti fl-2020, progressjonijiet tul il-perjodi 2021-2025 u 2026-2030 u ishma tar-RES-H&C meħtieġa fl-2025 u fl-2030.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Tajjeb jiġi nnotat li l-limiti ta’ 50 % u ta’ 60 % mhumiex eżenzjonijiet miż-żieda medja annwali obbligatorja, iżda flessibbiltajiet introdotti għall-Istati Membri li jiksbu sehem għoli tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ li jippermettilhom jqisu dawk l-ishma għoljin bħala twettiq parzjali jew sħiħ taż-żieda obbligatorja.
Minbarra ż-żieda obbligatorja, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) jeżiġi li l-Istati Membri jistinkaw biex iżidu s-sehem tagħhom tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ b’żidiet indikattivi addizzjonali fil-punti perċentwali (jew “żidiet”) li huma elenkati fit-tabella tal-Anness Ia tad-Direttiva riveduta.
3.4. Flessibbiltajiet għas-sħana u l-kesħa mormija u l-elettriku rinnovabbli
L-Artikolu 23(1) jipprovdi flessibbiltajiet biex ikun jista’ jiġi ssodisfat l-obbligu taż-żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ stabbilit fl-ewwel subparagrafu. B’mod aktar partikolari, l-Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu, jippermetti lill-Istati Membri biex jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija maż-żidiet annwali medji vinkolanti li jridu jinkisbu tul iż-żewġ perjodi, filwaqt li l-Artikolu 23(1), ir-raba’ paragrafu, jippermetti lill-Istati Membri jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat fil-ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa b’effiċjenza iżjed minn 100 %, jiġifieri l-pompi tas-sħana, għall-finijiet ta’ din il-kontabbiltà (8).
Ir-RED riveduta tintroduċi żewġ novitajiet ewlenin meta mqabbla mar-REDII: tnaqqas l-ammont massimu tas-sħana u l-kesħa mormija li jista’ jingħadd maż-żieda medja annwali, u żdiedet l-alternattiva li jista’ jingħadd l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ. Jenħtieġ li jiġi nnotat li dawn il-flessibbiltajiet mhumiex permessi meta jiġi kkalkulat is-sehem rinnovabbli għas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ kif imfisser fl-Artikolu 7 għalhekk ma jistgħux jikkontribwixxu għall-mira ġenerali tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 3.
Kemm is-sħana u l-kesħa mormija kif ukoll l-elettriku rinnovabbli jistgħu jingħaddu maż-żieda medja annwali għal massimu separat ta’ 0,4 punt perċentwali għas-sħana u l-kesħa mormija u 0,4 punt perċentwali għall-elettriku rinnovabbli. F’dak il-każ, il-mira jenħtieġ li tiżdied bin-nofs ta’ kull ammont tas-sħana u l-kesħa mormija u/jew tal-elettriku rinnovabbli li ġie kkunsidrat, għal limitu massimu ta’ 1,0 punt perċentwali għas-snin 2021-2025 u 1,3 punt perċentwali għas-snin 2026-2030. Tajjeb jiġi nnotat li dawn il-flessibbiltajiet ma japplikawx għaż-żidiet indikattivi addizzjonali tal-punti perċentwali elenkati fl-Anness Ia. Eżempju ta’ din jinsab fil-Kaxxa 3 hawn taħt.
|
Kaxxa 3. Eżempji ta’ adattamenti għall-miri meta jintużaw il-flessibbiltajiet. Bħala eżempju, Stat Membru b’sehem tar-RES ta’ 10 % fit-tisħin u t-tkessiħ fl-2020 se jkun jeħtieġlu jikseb żieda annwali medja ta’ 0,8 punt perċentwali u jilħaq l-14 % sal-2025 jekk jagħżel li jilħaq il-mira bl-enerġija rinnovabbli biss. Jekk dan l-Istat Membru jagħżel li jilħaq parti mill-mira billi jgħodd is-sħana u l-kesħa mormija u l-elettriku rinnovabbli, u li jgħodd 0,2 punt perċentwali ta’ sħana u kesħa mormija u 0,1 punt perċentwali ta’ elettriku (0,3 pp b’kollox), il-kontribut tagħhom għaż-żieda annwali jiżdied biss b’nofs dak l-ammont (0,15 pp) – jiġifieri ż-żieda annwali medja meħtieġa tilħaq iż-0,95 pp (u għalhekk l-Istat Membru jenħtieġ li jilħaq l-14,75 % sal-2025), kif jidher fil-Figura 1. Peress li l-limitu massimu għall-perjodu 2021–2025 hu 1,0 punt perċentwali, l-inklużjoni ta’ ammonti akbar ta’ sħana u kesħa mormija u elettriku rinnovabbli mhux se twassal għal żdidiet fiż-żieda annwali medja meħtieġa, kif jidher fil-Figura 2. Dan hu simili għall-perjodu 2026-2030 (limitu massimu ta’ 1,3 pp). Figura 1 Eżempju tal-użu tal-flessibbiltajiet għas-sħana u l-kesħa mormija u/jew l-elettriku rinnovabbli għal total ta’ 0,3 punt perċentwali
Figura 2 Eżempju tal-użu massimu tal-flessibbiltajiet għas-sħana u l-kesħa mormija (0,4 pp) u l-elettriku rinnovabbli (0,4 pp)
|
Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw il-possibbiltà li jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ maż-żieda medja annwali tal-paragrafu 1, iridu jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.
Il-mira ġenerali għall-enerġija rinnovabbli hija stabbilita fl-Artikolu 3. L-Artikolu 7 jispjega li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jiġi kkalkulat bħala t-total tal-elettriku rinnovabbli, tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, u tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport. L-Artikolu 7(3) jiddikjara li l-enerġija ambjentali u ġeotermali użata għat-tisħin u t-tkessiħ bil-pompi tas-sħana tista’ tingħadd bħala enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ. Dan jirreferi għall-Anness VII li jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi dwar il-pompi tas-sħana li huma eliġibbli biex dik l-enerġija tingħadd favur il-miri ġenerali u l-miri tat-tisħin u t-tkessiħ (il-pompi tas-sħana ’l fuq minn ċertu livell ta’ effiċjenza, ikkalkulati abbażi ta’ fattur tal-prestazzjoni staġunali (SPF) > 1,15*1/η). L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) jiddikjara li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ jenħtieġ li jiġi kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7. Għalhekk, il-frazzjoni ambjentali jew ġeotermali biss li tintuża f’dawn il-pompi tas-sħana tista’ tingħadd kollha maż-żieda annwali medja.
Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 23(1) jippermetti l-għadd parzjali tal-elettriku rinnovabbli użat fil-ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa b’effiċjenza ta’ aktar minn 100 %, maż-żieda annwali medja. Fil-prattika, dawn il-ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa jikkorrispondu għall-pompi tas-sħana. Din il-flessibbiltà għall-elettriku rinnovabbli li jintuża fil-pompi tas-sħana tista’ titqies bħala kumplimentari għad-dispożizzjoni tal-kontabbiltà għas-sħana ambjentali u ġeotermali użata fil-pompi tas-sħana fl-Artikolu 7(3). Iżda din il-flessibbiltà hi msejsa fuq ambitu daqsxejn differenti mir-rekwiżit ġenerali, b’rekwiżit inqas strett li skont huma eliġibbli l-pompi tas-sħana (effiċjenza akbar minn 100 % minflok SPF > 1,15*1/η fl-Anness VII).
Għalhekk, skont l-Artikolu 23(1), hemm żewġ metodi separati tal-kontabbiltà għall-flussi tal-enerġija assoċjati mat-tisħin u t-tkessiħ permezz tal-pompi tas-sħana. Fil-prattika, l-istabbiliment ta’ rekwiżit tar-rapportar separat għal dawn iż-żewġ tipi differenti ta’ pompi tas-sħana eliġibbli jista’ jwassal għal inkonsistenza statistika u piż amministrattiv addizzjonali. Hemm ukoll it-tielet metodu tal-kontabbiltà għall-enerġija rinnovabbli li hu assoċjat mal-pompi tas-sħana u li japplika għan-networks effiċjenti tat-tisħin distrettwali kif imfisser fl-Artikolu 26 tal-EED riveduta. Jenħtieġ li b’ħafna reqqa, il-metodi differenti tal-kontabbiltà ma jiġux imħallta. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw il-metodoloġija definita fl-Anness VII (SPF > 1,15*1/η) biex jiddeterminaw il-flussi kollha tal-enerġija assoċjati mat-tisħin bil-pompi tas-sħana għall-fini ta’ dan l-Artikolu 23.
Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-bojlers elettriċi b’effiċjenza inqas minn 100 % ma jissodisfaw l-ebda wieħed mill-kriterji deskritti hawn fuq fir-rigward tal-ġeneratur tas-sħana. Għalhekk, l-elettriku użat fil-bojlers elettriċi ma jistax jingħadd maż-żieda medja annwali għax dan ma jissodisfax ir-rekwiżiti. L-użu tal-elettriku rinnovabbli hu inċentivat b’modi oħra tul id-Direttiva, b’mod partikolari fl-Artikolu 3 billi jikkontribwixxi għall-mira ġenerali tal-UE għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli iżda anki fl-Artikolu 24 fejn jista’ jingħadd maż-żieda medja annwali bħala flessibbiltà. Ara Tabella 3 hawn taħt għal ħarsa ġenerali qasira lejn il-metodi tal-kontabbiltà differenti f’bosta Artikoli fir-RED riveduta.
Tabella 3
Tipi differenti ta’ fluss tal-enerġija assoċjati mat-tisħin elettriku li jistgħu jingħaddu fl-Artikoli kollha.
|
Teknoloġija tat-tisħin |
Art. 15a |
Art. 22a |
Art. 23 |
Art. 24 |
|
Pompi tas-sħana f’konformità mal-Anness VII |
Input ambjentali u ġeotermali |
Input ambjentali u ġeotermali |
Input ambjentali u ġeotermali |
Input ambjentali u ġeotermali |
|
Ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa b’effiċjenza ta’ > 100 % |
Input tar-RES-E |
Input tar-RES-E |
Input tar-RES-E (*1) |
Input tar-RES-E |
|
Bojlers elettriċi |
Input tar-RES-E |
Input tar-RES-E |
X |
Input tar-RES-E” |
4. Il-kontabbiltà tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 24
4.1. Ħarsa ġenerali lejn l-Artikolu 24
L-Artikolu 24 tar-RED riveduta jinkludi l-obbligi u l-miżuri li ġejjin:
|
— |
Il-paragrafu 1 jinkludi obbligu li l-konsumaturi jingħataw aċċess faċli għal informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija u l-ishma tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tat-tisħin distrettwali. |
|
— |
Il-paragrafu 2 jeżiġi li l-Istati Membri jadottaw miżuri biex jiżguraw id-dritt tal-konsumaturi għal skonnessjoni minn sistema mhux effiċjenti tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, filwaqt li l-paragrafu 7 ikompli jelabora dwar it-tip ta’ konsumaturi li jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet. Il-paragrafu 3 jippermetti li l-Istati Membri jillimitaw id-dritt għal skonnessjoni f’ċerti kundizzjonijiet. |
|
— |
Il-paragrafu 4 jistabbilixxi mira indikattiva għall-enerġija rinnovabbli u għas-sħana u l-kesħa mormija li jridu jilħqu l-Istati Membri fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali sal-2030, mil-lat ta’ konsum finali gross tal-enerġija. Barra minn hekk, jiddikjara kif l-elettriku rinnovabbli jista’ jingħadd favur din il-mira. |
|
— |
Il-paragrafu 4a fih regoli dwar il-kalkolu tas-sehem tal-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali. B’dan, l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jissodisfaw il-mira indikattiva (parzjalment jew kompletament, skont il-livell tal-enerġija rinnovabbli u s-sħana u l-kesħa mormija) imsemmija fil-paragrafu 4. |
|
— |
Il-paragrafu 4b għandu l-għan li jħeġġeġ il-konnessjoni ta’ fornituri terzi tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija ma’ sistemi tat-tisħin jew t-tkessiħ distrettwali, u l-paragrafu 5 jiddefinixxi s-sitwazzjonijiet meta din il-konnessjoni tista’ tiġi rifjutata. |
|
— |
Il-paragrafu 6 jappella biex jitwaqqaf qafas ta’ koordinazzjoni, meta meħtieġ, biex ikun żgurat djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-użu tas-sħana u l-kesħa mormija. |
|
— |
Il-paragrafu 8 jappella għal qafas li fih, il-potenzjal tal-ibbilanċjar u s-servizzi tas-sistema jiġi vvalutat fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali. Barra minn hekk, jiddikjara li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku (TSO u DSO) iridu jieħdu nota tar-riżultati fl-ippjanar tal-grilja, l-investimenti fil-grilja u l-iżviluppi fl-infrastruttura tagħhom. Jiddikjara wkoll li l-operaturi tas-sistema tad-DHC għandhom jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq tal-elettriku b’servizzi ta’ flessibbiltà, u jippermetti lill-Istati Membri jestendu l-valutazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għat-TSOs u d-DSOs tal-gass. |
|
— |
Il-paragrafu 9 jissalvagwardja d-drittijiet tal-konsumaturi. |
|
— |
Il-paragrafu 10 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw il-paragrafi 2 sa 9. |
4.2. Elementi ġodda tal-Artikolu 24
Ir-RED riveduta tintroduċi l-modifiki importanti li ġejjin:
|
— |
L-Istati Membri issa jeħtieġ (i) jistinkaw biex iżidu s-sehem tal-enerġija rinnovabbli u s-sħana u l-kesħa mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, u (ii) iħeġġu lill-operaturi tas-sistemi tat-tisħin jew t-tkessiħ distrettwali jikkollegaw lill-fornituri tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija, jew joffru li jikkollegaw u jixtru s-sħana jew l-kesħa mis-sorsi rinnovabbli u s-sħana u kesħa mormija mingħand il-fornituri terzi. Skont ir-REDII, dawn jistgħu jagħżlu l-alternattiva (i) jew li jobbligaw (flok iħeġġu) lill-operaturi għal dak deskritt fil-punt (ii). |
|
— |
L-Istati Membri jeħtieġ jistabbilixxu qafas għall-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku (DSOs) u l-operaturi tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali biex jiżguraw li ssir valutazzjoni dwar kif dawn tal-aħħar jistgħu jipprovdu servizzi tas-sistema. |
4.3. Żieda medja annwali indikattiva
L-Artikolu 24(4) jeżiġi li l-Istati Membri jistinkaw biex fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali tagħhom iżidu s-sehem tagħhom tal-enerġija rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi mira indikattiva għall-enerġija rinnovabbli u għas-sħana u l-kesħa mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali. Kif spjegat fit-taqsima 4.1, din iż-żieda indikattiva ma għadhiex fakultattiva għall-Istati Membri, u issa obbligati jwettqu sforzi biex jiksbu dan is-sehem indikattiv fis-setturi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali tagħhom.
L-arkitettura ta’ din il-mira indikattiva tixbah il-mira tat-tisħin u t-tkessiħ stabbilita fl-Artikolu 23, spjegata fit-taqsima 3.3, bid-differenzi ewlenin li s-sħana mormija u l-elettriku rinnovabbli huma parti mill-mira.
Fil-każ tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, ir-RED riveduta żiedet iż-żieda indikattiva għal 2,2 punti perċentwali (1,0 punti perċentwali skont ir-RED II) bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu 2021-2030 (flok żewġ perjodi bħal fil-każ tal-Artikolu 23), li jibdew mis-sehem tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fl-2020 li tinkiseb mis-sorsi rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija. Għal din is-sena ta’ referenza jenħtieġ li jintużaw il-valuri rrappurtati fl-istatistika tal-UE lill-Eurostat. Iżda l-Istati Membri ma kinux obbligati jippreżentaw valuri għall-konsum tas-sħana mormija f’subsetturi differenti fl-2020 meta kien hemm fis-seħħ id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED I) tal-2009 (9), u lanqas ma kienu obbligati jippreżentaw l-ishma tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali. Għalhekk, l-istatistika tal-Eurostat ma tinkludix il-valuri ta’ referenza tal-2020 meħtieġa għall-Istati Membri kollha (xi Stati Membri ssottomettew dawn il-valuri mingħajr ma kien hemm rekwiżit). Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw is-sehem tagħhom tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali tagħhom u l-konsum tagħhom tas-sħana u l-kesħa mormija fit-tisħin distrettwali fl-2020. L-għodda SHARES, kif jissemma fil-Kaxxa 1, se tiffaċilita dan ir-rapportar. Jekk ma jissottomettux is-sehem tagħhom tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fl-2020, allura l-valuri prestabbiliti jkollhom jintużaw bħala indikatur. Dawn il-valuri huma bbażati fuq is-sehem rinnovabbli fis-sħana derivata kif irrapportat storikament lill-Eurostat. Il-valuri ta’ referenza tal-2020 prestabbiliti tal-indikatur li jirriżultaw huma ppreżentati fl-Annex B. Għal xi Stati Membri d-differenza bejn il-valuri prestabbiliti tal-indikatur u s-sehem reali tal-enerġija rinnovabbli u tas-sħana mormija fid-DHC kif irrapportat tista’ tkun sostanzjali. Għalhekk hu importanti li l-Istati Membri kollha jippreżentaw il-valuri tagħhom. Jekk l-Istati Membri ma jipprovdux il-livell tal-konsum tas-sħana u l-kesħa mormija tagħhom għall-2020, il-valur għas-sena disponibbli ta’ wara jista’ jittieħed bħala referenza (10). Il-valuri jenħtieġ li jkunu bħal dawk irrapportati fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 (1b), filwaqt li jenħtieġ li jkunu parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.. Il-konsistenza jenħtieġ li tkun żgurata tul il-perjodu fil-mira kollha: jekk Stat Membru ma jkollux id-data sħiħa fil-bidu tal-perjodu fil-mira iżda jkun jista’ jipprovdiha fi stadju aktar tard, l-ambitu tal-ewwel sett tad-data rrapportata għandu jiġi adattat biex jiġu evitati żidiet jew tnaqqisiet purament statistiċi.
Simili għall-Artikolu 23, anki l-Artikolu 24 jipprovdi l-flessibbiltà lill-Istati Membri li fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali tagħhom jiksbu livelli sinifikanti ta’ enerġija rinnovabbli u sħana u kesħa mormija. L-Istati Membri li fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali tagħhom jiksbu sehem tal-enerġija rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija li jaqbeż is-60 %, jitqiesu li jissodisfaw iż-żieda annwali medja indikattiva. Meta dak is-sehem ikun bejn il-50 % u s-60 %, l-Istati Membri jistgħu jqisu dak is-sehem bħala li jissodisfa nofs iż-żieda annwali medja.
Iżda l-Artikolu 24 jipprevedi eżenzjonijiet biex tiġi ssodisfata ż-żieda medja annwali indikattiva. Ir-RED riveduta ma mmodifikat l-ebda element sostantiv ta’ dawn l-eżenzjonijiet, iżda introduċiet ftit preċiżjonijiet. L-Istati Membri huma eżentati jekk:
|
— |
Is-sehem tagħhom tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fit-tisħin u t-tkessiħ totali kien daqs jew inqas minn 2 % fl-2018 (11). Id-Direttiva riveduta tiċċara li dan jenħtieġ li jiġi kkalkulat mil-lat tal-konsum finali gross tal-enerġija. |
|
— |
Dak il-limitu ta’ 2 % jinqabeż jekk ikun hemm tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti. |
|
— |
90 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jsir meta s-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jkunu jissodisfaw id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 26 tal-EED riveduta. |
Meta mqabbla mal-Artikolu 23, is-sħana u l-kesħa mormija u l-elettriku rinnovabbli huma parti mill-mira fl-Artikolu 24 u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala flessibbiltà. Meta fl-Artikolu 23 jista’ jingħadd biss l-elettriku rinnovabbli minn ċerti tipi ta’ ġeneratur tas-sħana u tal-kesħa, l-Artikolu 24(4) ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit speċifiku għat-tip ta’ ġeneratur tas-sħana u tal-kesħa eliġibbli u għalhekk l-elettriku rinnovabbli li jintuża f’xi tip ta’ pompa tas-sħana jew bojler elettriku fil-prinċipju jista’ jikkontribwixxi. Iżda kif iddikjarat fit-taqsima 3.4, l-użu ta’ rekwiżiti u kriterji differenti tar-rapportar jista’ jwassal għal inkonsistenza statistika u piż amministrattiv addizzjonali. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw il-metodoloġija definita fl-Anness VII biex jiddeterminaw il-ġeneraturi tas-sħana u tal-kesħa eliġibbli għall-fini ta’ dan l-Artikolu 24.
L-Istati Membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jgħoddu l-elettriku rinnovabbli, li jintuża fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, maż-żieda annwali indikattiva stabbilita fl-Artikolu 24(4). Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw din il-possibbiltà, dawn iridu jużaw is-sehem medju tal-elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tagħhom fis-sentejn preċedenti bl-użu tal-istatistika tal-UE.
5. Il-kontabbiltà tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 15a
5.1. Ħarsa ġenerali lejn l-Artikolu 15a
Ir-RED riveduta tinkludi Artikolu 15a ġdid maħsub biex jiżgura li l-livelli minimi tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli jiġu integrati fil-bini, l-akbar settur li jikkonsma l-enerġija fl-Unjoni (sehem ta’ 40 % mil-lat ta’ konsum finali tal-enerġija fl-2022) (12). L-Artikolu 15a tar-RED riveduta jinkludi l-obbligi u l-miżuri l-ġodda li ġejjin:
|
— |
Il-paragrafu 1 jappella lill-Istati Membri biex sal-2030 jiddeterminaw mira fis-settur tal-bini għal:
|
|
— |
Il-mira jenħtieġ li tiġi definita mil-lat tal-konsum finali tal-enerġija u bi qbil mas-sehem tal-Unjoni ta’ 49 %. Il-paragrafu 1 jeżiġi wkoll li l-Istati Membri jirrapportaw dwar kif qed jippjanaw li jilħqu din il-mira fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima. |
|
— |
Il-paragrafu 2 jindika li l-Istati Membri jistgħu japplikaw flessibbiltajiet għas-sħana u l-kesħa mormija. |
|
— |
Il-paragrafu 3 jeżiġi li jiddaħħlu miżuri fis-settur tal-bini biex jiżdied is-sehem ta’:
|
|
— |
Il-paragrafu 3 jeżiġi wkoll li l-Istati Membri jinkludu fir-regolamenti nazzjonali u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom u, meta applikabbli, fl-iskemi tal-appoġġ tagħhom jew b’mezzi oħra b’effett ekwivalenti, fil-bini ġdid u fil-bini eżistenti li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri jew tiġdid tas-sistema tat-tisħin, l-użu tal-livelli minimi ta’:
|
Tajjeb jiġi nnotat li skont l-Artikolu 2(1) “enerġija mis-sorsi rinnovabbli” u “enerġija rinnovabbli” huma sinonimi. Għalhekk, is-settijiet tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli msemmija fil-paragrafi 1 u 3 fil-prinċipju jirreferu għall-istess tip ta’ sors tal-enerġija.
5.2. Sehem nazzjonali indikattiv
L-Artikolu 15a jintroduċi mira indikattiva speċifika ta’ mill-inqas 49 % għall-konsum tal-enerġija rinnovabbli fil-bini li trid tintlaħaq sat-2030 fl-Unjoni. Din il-mira u l-punt referenzjarju indikattivi huma maħsuba biex jikkumplimentaw il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni applikabbli għas-settur tal-bini (13) u li jiggwida l-isforzi tal-Istati Membri biex jiddekarbonizzaw l-istokk tal-bini tal-Unjoni.
Biex jinkiseb dan il-punt referenzjarju indikattiv stabbilit fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri obbligati jiddeterminaw ishma nazzjonali indikattivi tal-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post jew fil-qrib kif ukoll tal-enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja li jridu jinkisbu fil-konsum finali tal-enerġija fis-settur tal-bini tagħhom fl-2030. Dawk l-ishma indikattivi nazzjonali jeħtieġ ikunu konsistenti u jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan indikattiv ġenerali ta’ 49 % ta’ enerġija rinnovabbli u inklużi fl-NECPs. Aktar informazzjoni dettaljata dwar liema elementi speċifiċi fil-bilanċi tal-enerġija jikkontribwixxu għas-sehem nazzjonali indikattiv se tagħtiha l-għodda SHARES, kif imsemmi fil-Kaxxa 1.
Biex tgħin lill-Istati Membri jiddeterminaw is-sehem nazzjonali indikattiv tagħhom, il-Kummissjoni jidhrilha li ż-żieda relattiva fil-livell tal-UE tista’ titqies bħala punt referenzjarju. Il-mira fil-livell tal-UE ta’ 49 % tikkorrispondi għal żieda ta’ 19,75 punt perċentwali meta mqabbla mas-sehem ta’ 29,3 % fl-2020. It-tabella fl-Anness C tindika l-ishma ta’ kull Stat Membru u tal-Unjoni fl-2020 abbażi tad-data tal-indikatur irrappurtata lill-Eurostat, li tista’ tkun punt tat-tluq għall-kalkolu. Dawn il-valuri huma kkalkulati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija u s-sehem tal-elettriku rinnovabbli rrapportat f’SHARES, bil-medja tal-2018 u l-2019. Iżda għas-sħana ntużat il-medja nazzjonali tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-produzzjoni grossa tas-sħana fl-2020. It-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness C tindika l-livell korrispondenti għal kull Stat Membru meta japplika l-istess żieda bħaż-żieda fl-UE kollha f’termini ta’ punti perċentwali (19,75 pp).
5.3. Ambitu tal-mira
Biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli “fuq il-post jew fil-qrib u meħud mill-grilja”, hu essenzjali li tkun żgurata l-koerenza mad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD), li tipprovdi definizzjonijiet rilevanti għal “fuq il-post” u “fil-qrib” fl-Artikolu 2(54) u l-Artikolu 2(55) rispettivament. Definizzjoni rilevanti ta’ enerġija rinnovabbli meħuda “mill-grilja” mhix ipprovduta (14).
Għall-finijiet tal-Artikolu 15a tar-RED riveduta, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-enerġija rinnovabbli kollha ġġenerata fuq il-post u fil-qrib skont id-definizzjonijiet tal-EPBD, u dan apparti l-enerġija rinnovabbli kollha (għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u l-gass) meħuda mill-grilja. Il-frazzjoni tal-elettriku tinkludi l-enerġija kollha użata għall-apparati, għall-punti tal-iċċarġjar, u l-bqija. Għall-finijiet tal-EPBD, tista’ tingħadd biss l-enerġija li tintuża għall-użi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (eż. għat-tisħin, it-tkessiħ, l-arja kundizzjonata, u l-bqija). Jekk ma jkunux disponibbli valuri speċifiċi għat-tisħin u t-tkessiħ, l-elettriku u l-gass, il-Kummissjoni se tuża l-ishma rinnovabbli fl-elettriku, l-ishma rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-ishma rinnovabbli fil-grilja tal-gass biex tiddetermina l-valuri prestabbiliti għall-enerġija rinnovabbli meħuda mill-grilja għal kull Stat Membru.
Biex jiġu kkalkulati dawn l-ishma, jenħtieġ li jitħaddem approċċ simili għal dak użat fl-Artikoli 23 u 24 (is-sehem medju tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-elettriku jew tal-gass jew fil-provvista tat-tisħin distrettwali fis-sentejn preċedenti).
L-Istati Membri jistgħu jagħtu stimi aktar preċiżi, ngħidu aħna biex jiddistingwu bejn l-awtokonsum fil-bini u s-sehem ġenerali tal-elettriku rinnovabbli fil-grilja. Id-data korrispondenti jenħtieġ li tingħata lill-Eurostat u tiġi integrata fl-għodda SHARES.
5.4. Flessibbiltà għas-sħana u l-kesħa mormija
Bħal fil-każ tal-Artikolu 23, il-paragrafu 2 tal-Artikolu 15a jippermetti lill-Istati Membri jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija mas-sehem nazzjonali indikattiv tagħhom, sa limitu ta’ 20 % ta’ dak is-sehem. Jekk dan ikun il-każ, il-mira għandha tiżdied b’nofs il-persentaġġ użat.
Tajjeb jiġi nnotat li l-limitu ta’ 20 % hu stabbilit bħala persentaġġ u mhux bħala punt perċentwali bħal fl-Artikolu 23. Bħala eżempju, jekk Stat Membru jistabbilixxi mira indikattiva ta’ 50 %, dan jitħalla jgħodd 10 punti perċentwali (20 % ta’ 50 %) tas-sħana u l-kesħa mormija favur dik il-mira. Iżda l-mira indikattiva mbagħad tiżdied b’5 punti perċentwali (nofs il-persentaġġ tas-sħana u l-kesħa mormija magħduda favur dik il-mira), li twassal għal sehem nazzjonali indikattiv ta’ 55 %.
6. Il-kontabbiltà tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 22a
6.1. Ħarsa ġenerali lejn l-Artikolu 22a
L-Artikolu 22a hu maħsub biex jippromwovi l-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-industrija. Biex isir dan, l-Artikolu 22a jintroduċi mira indikattiva għas-settur tal-industrija u mira obbligatorja tal-RFNBO.
Dan id-dokument għandu l-għan li jipprovdi gwida dwar l-aspetti tat-tisħin u t-tkessiħ tal-Artikolu 22a, jiġifieri l-ewwel tliet subparagrafi tal-Artikolu 22a(1). Dokument gwida separat (15) jiċċara l-aspetti li jifdal tal-Artikolu 22a.
L-Artikolu 22a(1) jistabbilixxi mira indikattiva għall-enerġija rinnovabbli li trid tintlaħaq fis-settur tal-industrija tul żewġ perjodi mil-lat tal-konsum finali tal-enerġija u mhux tal-enerġija. Barra minn hekk, jiddikjara kif is-sħana u l-kesħa mormija jistgħu jingħaddu favur il-mira, diment li s-sħana u l-kesħa mormija jiġu fornuti minn tisħin (16) u tkessiħ distrettwali effiċjenti. Dan jobbliga wkoll lill-Istati Membri jinkludu l-politiki u l-miżuri ppjanati u meħuda biex tinkiseb iż-żieda li ħejjew fl-NECP u l-NECPRs tagħhom.
6.2. Sehem nazzjonali indikattiv
L-Artikolu 22a l-ġdid tar-RED riveduta ma jsemmix sena ta’ referenza, iżda b’mod simili għall-approċċ użat fl-Artikoli 23 u 24, is-sena 2020 jenħtieġ li tittieħed bħala sena ta’ referenza għaż-żieda. L-Istati Membri ma kinux obbligati jirrapportaw is-sehem tagħhom tal-enerġija rinnovabbli fl-industrija fl-2020. It-tabella fl-Annex D tagħti valuri ta’ referenza għall-2020 għal kull Stat Membru pprovduti mill-Eurostat bil-valuri finali tal-konsum tal-enerġija rinnovabbli u bil-valuri tal-konsum tal-elettriku rinnovabbli u tal-fwar, li huma bbażati fuq l-ishma tal-enerġija rinnovabbli fl-elettriku u fil-produzzjoni tas-sħana li tinbiegħ, rispettivament. L-Istati Membri huma mħeġġa jirrapportaw dwar il-valur ta’ referenza tagħhom għall-2020. L-istess bħall-miri fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-bini, b’aġġornament fl-għodda SHARES dawn se jkunu jistgħu jirrapportaw dwar id-data għas-settur tal-industrija. Jekk l-Istati Membri jagħżlu li ma jirrapportawx dwar il-valur ta’ referenza tagħhom, jintużaw il-valuri ppreżentati fl-Annex D. Hawn qed tintuża l-istess metodoloġija bħal dik tal-Artikolu 15a.
6.3. Flessibbiltà għas-sħana u l-kesħa mormija
Il-flessibbiltà għas-sħana u l-kesħa mormija hija simili għal dik fl-Artikolu 23, ħlief li jistgħu jingħaddu biss is-sħana u l-kesħa mormija fornuti minn tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti u li ma hemm l-ebda limitu massimu meta jiġi kkalkulat b’kemm trid tiżdied il-mira bħala riżultat tal-għadd tas-sħana mormija: il-mira jenħtieġ li tiżdied b’nofs il-punti perċentwali tas-sħana u tal-kesħa mormija magħduda.
L-Artikolu jiddikjara li s-sħana mormija min-networks “fejn l-enerġija termika kollha tiġi kkonsmata biss fuq il-post u fejn l-enerġija termika ma tinbiegħx” jenħtieġ li tiġi eskluża. Din id-dispożizzjoni hi maħsuba għas-siti industrijali fejn intrapriża waħda jkollha diversi binjiet konnessi mal-istess network tat-tisħin distrettwali u tikkonsma s-sħana mormija tagħha stess. Dan hu spjegat bl-aħħar sentenza tal-premessa 70 bil-kliem “ Speċifikament, jenħtieġ li l-inklużjoni tas-sħana mormija fil-parametru referenzjarju tal-enerġija rinnovabbli industrijali tkun aċċettabbli biss fir-rigward tas-sħana jew il-kesħa mormija kkonsenjata permezz ta’ operatur tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn sit industrijali ieħor jew bini ieħor, biex b’hekk jiġi żgurat li tali operaturi ikollhom provvista tas-sħana jew tal-kesħa bħala l-attività ewlenija tagħhom u li s-sħana mormija magħduda hija differenzjata b’mod ċar mis-sħana mormija interna rkuprata fl-istess intrapriża jew bini, jew f’intrapriża jew bini relatati ”. Din l-esklużjoni hija speċifika għall-mira fl-Artikolu 22a.
L-Artikolu jiddikjara li s-sħana mormija minn “networks li jipprovdu s-sħana lil bini wieħed biss” jenħtieġ li tiġi eskluża. Iżda dawn in-networks diġà huma esklużi b’mod awtomatiku għax id-definizzjoni ta’ “tisħin distrettwali” fl-Artikolu 2(19) tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli teħtieġ id-distribuzzjoni tal-enerġija termali minn “network lil diversi binjiet jew siti”.
(1) Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj).
(2) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(3) Din hija definita bħala “sħana utli” fl-Artikolu 2(38) tal-EED (id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika).
(4) L-inċinerazzjoni tal-iskart u tal-koinċinerazzjoni tal-iskart huma koperti mid-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED) u mill-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-inċinerazzjoni tal-iskart, meta l-attività tkun elenkata fl-Anness I tal-IED. Ir-referenzi speċifiċi li jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk is-sħana tikkwalifikax bħala prodott sekondarju jinkludu b’mod partikolari d-definizzjonijiet ta’ impjanti tal-inċinerazzjoni u tal-koinċinerazzjoni tal-iskart li hemm fid-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali u fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart.
(5) Repożitorju tal-Pubblikazzjonijiet tal-JRC – Defining and accounting for waste heat and cold (europa.eu).
(6) Dan ir-rekwiżit tmexxa mill-Artikolu 15(7) tar-REDII lejn l-Artikolu 23(1b) tar-RED riveduta.
(7) Il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa saru aktar stretti fir-RED riveduta. Dawn il-kriterji l-ġodda jagħtu valuri aktar baxxi lill-ishma rinnovabbli f’xi Stati Membri. Iżda r-REDI fis-seħħ fl-2020 ma kellhiex dawn il-kriterji aktar stretti. Għalhekk jenħtieġ li jintużaw l-ishma rinnovabbli kkalkulati skont ir-REDI.
(8) Jenħtieġ li jiġi nnotat li s-sħana mormija u l-elettriku rinnovabbli użati fit-tisħin u t-tkessiħ ma jikkostitwux enerġija rinnovabbli użata fit-tisħin u t-tkessiħ għall-finijiet tal-Artikolu 23 u tal-Artikolu 7 tar-RED u għalhekk ma jistgħux jikkontribwixxu għall-mira ġenerali tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 3.
(*1) Japplika biss għall-flessibbiltà, mhux il-mira ewlenija
(9) Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p.16).
(10) Xi Stati Membri rrappurtaw dwar dan il-valur fl-għodda SHARES mill-2021 ’il quddiem. Imbagħad dak il-valur, jew il-valur disponibbli ta’ wara, jitqies bħala referenza għall-2020.
(11) Id-Direttiva ssemmi “fl-24 ta’ Diċembru 2018 ” iżda din jenħtieġ li tinqara bħala fl-2018 sal-24 ta’ Diċembru. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, tista’ tintgħażel ukoll l-2018 b’mod ġenerali.
(12) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/bookmark/53d8320f-34d1-4780-a135-6b1d390d581c?lang=en.
(13) B’mod partikolari l-EPBD, l-Ekodisinn, it-Tikkettar tal-Enerġija.
(14) L-EPBD ma tiddefinix konfini speċifiċi iżda tipprovdi biss indikazzjonijiet fil-kuntest tal-bini b’emissjonijiet żero fejn l-użu annwali totali tal-enerġija primarja trid tkoprih enerġija oħra mill-grilja skont kriterji speċifiċi stabbiliti fil-livell nazzjonali (fl-Artikolu 11(7)). Barra minn hekk, l-EPBD tiddefinixxi wkoll il-“fattur tal-enerġija primarja rinnovabbli” bħala indikatur li jiġi kkalkulat billi l-enerġija primarja mis-sorsi rinnovabbli minn sors tal-enerġija fuq il-post, fil-qrib jew imbiegħed li titwassal b’vettur tal-enerġija partikolari, inkluż l-enerġija fornuta u l-ispejjeż ġenerali tal-enerġija kkalkulati għat-twassil lejn il-punti tal-użu, tiġi diviża bl-enerġija fornuta.
(15) C(2024)5042.
(16) Kif definit fid-Direttiva (UE) 2023/1791 dwar l-Effiċjenza Enerġrtika.
ANNESS A
Eżempji bil-kuluri ta’ dak li jikkwalifika jew li ma jikkwalifikax bħala sħana jew kesħa mormija.
|
Teknoloġija |
+ |
Prodott sekondarju |
+ |
Inevitabbli |
+ |
Użu |
|
Ġenerazzjoni tal-enerġija termali, koġenerazzjoni, inċinerazzjoni tal-iskart |
Sħana li tħalli l-kondensatur għall-impjanti b’ċiklu magħluq u gassijiet tal-egżost għall-impjanti b’ċiklu miftuħ. Sħana li jintwera li mhix l-għan primarju tal-proċess. |
Il-miżuri raġonevoli kollha tal-EE implimentati, eż. l-aqwa teknoloġija disponibbli jew il-konverżjoni ta’ impjant tal-enerġija għas-CHP |
Twassil lejn sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali |
|||
|
Għan primarju, eż. sħana koġenerata. |
Il-miżuri kosteffiċjenti tal-effiċjenza enerġetika jew il-koġenerazzjoni kienu fattibbli iżda ma ġewx implimentati |
Użat barra mis-sit iżda mhux f’sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali |
||||
|
Industrija |
|
|
|
|
|
|
|
Industriji intensivi fl-enerġija (eż. siment, azzar, aluminju) Industriji oħra |
|
Prodotti sekondarji mill-proċess jew mit-tisħin jew it-tkessiħ tal-ispazju |
|
L-użi mill-ġdid interni raġonevoli kollha tat-tisħin u t-tkessiħ użat. Għall-industriji intensivi fl-enerġija hu rakkomandat li ssir analiżi pinch biex jiġu identifikati s-sħana u l-kesħa mormija inevitabbilment. Għall-kumpaniji inqas intensivi fl-enerġija jew iżgħar li xorta waħda huma inqas probabbli li jbigħu s-sħana tagħhom għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, jista’ jitqabbad awditur indipendenti tal-enerġija. |
|
Twassil lejn sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali |
|
|
Produzzjoni maħsuba – għan primarju |
|
It-tisħin u t-tkessiħ żejda użati mill-ġdid fl-industrija jew fl-impjant jingħaddu bħala titjib fl-effiċjenza enerġetika, u mhux bħala sħana u kesħa mormija. |
|
- |
|
|
Terzjarja |
|
|
|
|
|
|
|
Ċentri tad-data, supermarkets, metrò |
|
Il-prodotti sekondarji jinkludu sħana żejda mill-kompjuters taċ-ċentri tad-data, taċ-chillers, tat-tidwil |
|
Ġew implimentati l-miżuri kosteffiċjenti kollha tal-EE, eż. l-użu mill-ġdid tas-sħana fuq il-post, aġġornament tas-CPUs, aġġornament tat-tidwil. |
|
Twassil lejn sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali |
|
|
Produzzjoni maħsuba – għan primarju |
|
WHC evitabbli |
|
Użat barra mis-sit iżda mhux f’DHC |
|
|
Sistemi tad-dranaġġ, ilma mormi, minjiera |
|
Prodotti sekondarji minn attivitajiet ekonomiċi fil-proċess tal-produzzjoni, eż. impjant tat-trattament tal-ilma mormi jew makkinarju tal-minjieri li jiġġenera s-sħana meta jitħaddem |
|
Il-miżuri kosteffiċjenti kollha tal-effiċjenza enerġetika implimentati. Identifikat b’analiżi pinch jew awditjar indipendenti tal-enerġija. |
|
Twassil lejn sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali |
|
|
Is-sħana minn attivitajiet mhux ekonomiċi bħal networks tad-dranaġġ jew minjieri abbandunati titqies bħala rinnovabbli iżda mhux bħal sħana mormija (enerġija ambjentali). |
|
Sħana u kesħa mormija evitabbilment, bħat-titjib identifikat fl-effiċjenza enerġetika li ma ġiex implimentat. |
|
Użat barra mis-sit iżda mhux f’sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali |
|
|
Residenzjali |
|
- |
|
- |
|
- |
|
Trasport |
|
- |
|
- |
|
- |
ANNESS B
Valuri prestabbiliti tal-indikatur għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali li jintużaw jekk l-Istati Membri ma jippreżentawx valuri storiċi – dawn huma bbażati fuq l-ishma tal-enerġija rinnovabbli biss.
|
Stat Membru |
Il-valur prestabbilit tal-2020 abbażi tas-sħana derivata, ħlief is-sħana mormija |
|
Il-Belġju |
9 % |
|
Il-Bulgarija |
16 % |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
10 % |
|
Id-Danimarka |
65 % |
|
Il-Ġermanja |
19 % |
|
L-Estonja |
70 % |
|
L-Irlanda |
0 % |
|
Il-Greċja |
0 % |
|
Spanja |
0 % |
|
Franza |
42 % |
|
Il-Kroazja |
28 % |
|
L-Italja |
18 % |
|
Ċipru |
100 % |
|
Il-Latvja |
55 % |
|
Il-Litwanja |
59 % |
|
Il-Lussemburgu |
74 % |
|
L-Ungerija |
15 % |
|
Malta |
0 % |
|
In-Netherlands |
20 % |
|
L-Awstrija |
52 % |
|
Il-Polonja |
7 % |
|
Il-Portugall |
0 % |
|
Ir-Rumanija |
6 % |
|
Is-Slovenja |
20 % |
|
Is-Slovakkja |
21 % |
|
Il-Finlandja |
47 % |
|
L-Iżvezja |
71 % |
ANNESS C
L-ishma tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini li jintużaw jekk l-Istati Membri ma jippreżentawx il-valuri tal-2020 (1), u s-sehem fl-2030 jekk tiġi applikata l-istess żieda lil dawn l-ishma bħal dik għall-UE (minn 29,3 % fl-2020 għal 49 % fl-2030, jiġifieri żieda ta’ 19,75 punt perċentwali).
|
“Stat Membru |
2020 (EUROSTAT) |
Is-sehem tal-2030 b’żieda b’rata fissa (19,75 pp) |
|
Il-Belġju |
11,4 % |
31,2 % |
|
Il-Bulgarija |
44,7 % |
64,4 % |
|
Iċ-Ċekja |
28,2 % |
48,0 % |
|
Id-Danimarka |
60,2 % |
80,0 % |
|
Il-Ġermanja |
23,3 % |
43,0 % |
|
L-Estonja |
56,2 % |
75,9 % |
|
L-Irlanda |
15,4 % |
35,1 % |
|
Il-Greċja |
34,9 % |
54,6 % |
|
Spanja |
30,8 % |
50,5 % |
|
Franza |
26,5 % |
46,2 % |
|
Il-Kroazja |
52,4 % |
72,2 % |
|
L-Italja |
28,1 % |
47,9 % |
|
Ċipru |
30,3 % |
50,0 % |
|
Il-Latvja |
57,9 % |
77,7 % |
|
Il-Litwanja |
48,2 % |
67,9 % |
|
Il-Lussemburgu |
13,8 % |
33,5 % |
|
L-Ungerija |
20,0 % |
39,8 % |
|
Malta |
16,0 % |
35,7 % |
|
In-Netherlands |
11,9 % |
31,6 % |
|
L-Awstrija |
54,3 % |
74,1 % |
|
Il-Polonja |
23,6 % |
43,4 % |
|
Il-Portugall |
56,5 % |
76,3 % |
|
Ir-Rumanija |
40,8 % |
60,5 % |
|
Is-Slovenja |
45,6 % |
65,4 % |
|
Is-Slovakkja |
26,0 % |
45,8 % |
|
Il-Finlandja |
51,5 % |
71,2 % |
|
L-Iżvezja |
68,8 % |
88,6 % |
|
EU27 |
29,3 % |
49,0 %” |
(1) Dawn l-ishma ma jinkludux l-awtokonsum tas-sorsi rinnovabbli, li jaf iwassal ghal differenzi statistici.
ANNESS D
Ishma tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli fl-industrija li jintużaw jekk l-Istati Membri ma jippreżentawx il-valuri tal-2020 (1).
|
“Stat Membru |
2020 (EUROSTAT) |
|
Il-Belġju |
7,8 % |
|
Il-Bulgarija |
15,3 % |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
10,1 % |
|
Id-Danimarka |
29,9 % |
|
Il-Ġermanja |
14,1 % |
|
L-Estonja |
16,1 % |
|
L-Irlanda |
16,6 % |
|
Il-Greċja |
13,7 % |
|
Spanja |
16,7 % |
|
Franza |
11,2 % |
|
Il-Kroazja |
12,2 % |
|
L-Italja |
14,4 % |
|
Ċipru |
16,7 % |
|
Il-Latvja |
57,6 % |
|
Il-Litwanja |
13,0 % |
|
Il-Lussemburgu |
6,2 % |
|
L-Ungerija |
6,6 % |
|
Malta |
4,2 % |
|
In-Netherlands |
3,7 % |
|
L-Awstrija |
31,7 % |
|
Il-Polonja |
12,8 % |
|
Il-Portugall |
31,6 % |
|
Ir-Rumanija |
12,4 % |
|
Is-Slovenja |
17,9 % |
|
Is-Slovakkja |
11,9 % |
|
Il-Finlandja |
48,1 % |
|
L-Iżvezja |
62,0 % |
|
EU27 |
16,7 %” |
(1) Dawn l-ishma ma jinkludux l-awtokonsum tas-sorsi rinnovabbli, li jaf iwassal għal differenzi statistiċi.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2238/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)