|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2231 |
22.4.2025 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2025 – IA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-152/25)
(C/2025/2231)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: IA (rappreżentanti: L. Levi u M. Itani, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni żvelata fil-karta tal-paga ta’ Ġunju 2024 tar-rikorrent li tiddefinixxi l-ispejjeż tal-vjaġġ annwali abbażi tad-distanza bejn il-post ta’ impjieg tiegħu u l-post tal-oriġini tiegħu f’Alġeri (l-Alġerija) biss b’effett mis-sena 2024 u mhux ukoll għas-snin 2014 sa 2023; |
|
— |
sa fejn hemm bżonn, l-annullament taż-żewġ deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2024 ta’ ċaħda tal-ilment; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għar-rimbors tal-ispejjeż tal-vjaġġi annwali tar-rikorrent abbażi tad-distanza bejn il-post ta’ impjieg tiegħu u l-post tal-oriġini tiegħu għas-snin 2014 sa 2023, peress li l-imsemmija somma għandha tiżdied b’interessi moratorji għar-rata fissa mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-136/25, HV vs KESE.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2231/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)