European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2180

22.4.2025

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fl-20 ta’ Jannar 2025 – KOOPERATIVA poisťovňa, a.s. Vienna Insurance Group vs O. A.

(Kawża C-29/25, KOOPERATIVA)

(C/2025/2180)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KOOPERATIVA poisťovňa, a.s. Vienna Insurance Group

Konvenut: O. A.

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2009/103/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (2) tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqrija flimkien mal-Artikoli 47 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-dawl tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tad-dritt tal-Unjoni, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest ta’ azzjoni ta’ rkupru mressqa minn assiguratur kontra persuna li kkawżat id-dannu li jirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur, ma tippermettix lill-qorti tevalwa u tnaqqas b’mod xieraq, għal motivi ta’ ekwità, l-ammont tad-dritt ta’ rkupru tal-assiguratur, għalkemm skont ir-regoli ġenerali tal-Kodiċi Ċivili, il-qorti tista’, għal motivi ta’ ekwità, tevalwa u tnaqqas b’mod xieraq id-dritt għal kumpens meta tiddeċiedi fuq l-azzjoni għal kumpens għad-dannu?


(1)   ĠU 2009, L 263, p. 11.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2180/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)