|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2013 |
30.4.2025 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Finanzjament tad-difiża fl-UE
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Pollakka)
(C/2025/2013)
Relatur:
Marcin NOWACKI|
Konsultazzjoni |
Ittra mingħand Adam Szłapka, il-Ministru għall-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Polonja, 6.9.2024 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
6.2.2025 |
|
Adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
26.2.2025 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
594 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
138/49/8 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jiġi indirizzat ix-xenarju tas-sigurtà li qed jevolvi fl-Ewropa permezz ta’ mekkaniżmi robusti u unifikati ta’ finanzjament għad-difiża. L-isfidi ġeopolitiċi, b’mod partikolari l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, jeħtieġu investiment immedjat u strateġiku fil-kapaċitajiet tad-difiża, kemm fl-istat ta’ tħejjija militari kif ukoll ċivili, biex jiġu ssalvagwardjati l-valuri fundamentali, il-paċi, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-UE. Il-Kumitat jisħaq li theddida għall-Ewropa tirrappreżenta theddida għas-sigurtà soċjali fl-UE kollha u, bħala tali, huwa imperattiv li l-UE taġixxi b’mod koeżiv biex tiżgura s-sigurtà u l-istabbiltà tal-Istati Membri kollha. |
|
1.2. |
L-UE jeħtiġilha tiddefinixxi b’mod ċar l-objettivi tal-politika tad-difiża tagħha u ssaħħaħ il-pilastru Ewropew tad-difiża, li jrid jorbot ir-riżorsi u l-kapaċitajiet operazzjonali tagħha man-NATO. Il-politika tad-difiża hija parti mill-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE, li trid tippromovi l-paċi, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-kontinent tagħna, fil-viċinat tiegħu u fid-dinja, u tiddefendi l-istituzzjonijiet multilaterali tas-sistema tan-NU. Għalhekk, l-iżvilupp tal-kapaċità tad-difiża għandu dejjem ikun ibbażat fuq dawn il-valuri. |
|
1.3. |
Il-Kumitat jisħaq fuq il-bżonn li jinstabu modi kif jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tal-UE, b’konformità mat-Trattat. Dan huwa essenzjali biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet komuni tas-sigurtà waqt li jinżamm l-allinjament mal-prinċipji tal-UE. |
|
1.4. |
Il-KESE jisħaq fuq l-importanza li tiġi approfondita l-kollaborazzjoni bejn l-UE u n-NATO biex jiġi żgurat approċċ unifikat għad-difiża. Il-komplementarjetà u l-interoperabbiltà bejn l-istrateġiji tal-UE u tan-NATO huma essenzjali biex jinżamm qafas ta’ sigurtà koeżiv u effettiv. |
|
1.5. |
Il-prijoritajiet ta’ finanzjament immedjati għandhom jinkludu l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ sistemi moderni tad-difiża. It-tisħiħ tal-investiment f’teknoloġiji bħal dawn għandu jibda mingħajr dewmien, anke fil-perjodu baġitarju attwali. |
|
1.6. |
It-tisħiħ tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) huwa vitali biex titnaqqas id-dipendenza minn fornituri esterni u titrawwem l-innovazzjoni fl-UE. Waqt li l-produzzjoni fl-UE għandha tibqa’ prijorità, il-KESE jirrikonoxxi li xi Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw sfidi matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Għalhekk, bħala miżura interim, iż-żamma tal-produzzjoni b’liċenzja tista’ tkun soluzzjoni prattika. Dan l-approċċ jiffaċilita t-trasferiment tat-teknoloġija u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet, u jappoġġja lill-Istati Membri fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża tagħhom. |
|
1.7. |
Il-Kumitat jirrakkomanda l-espansjoni ta’ mekkaniżmi ta’ akkwist konġunt, inkluża l-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF), biex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza fir-riżorsi u tissaħħaħ is-sħubija strateġika. Inizjattivi bħall-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP) u l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA) għandhom jiġu estiżi biex jindirizzaw l-ostakli fil-produzzjoni u t-tħejjija operazzjonali. |
|
1.8. |
Għandhom jitfittxu sħubijiet ma’ pajjiżi terzi biex jitmexxew ’il quddiem l-isforzi konġunti fl-infrastruttura tas-sigurtà u l-innovazzjoni teknoloġika. Il-kollaborazzjoni f’oqsma bħaċ-ċibersigurtà u s-sigurtà spazjali se trawwem il-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Ewropa u l-istat ta’ tħejjija għal theddid emerġenti. F’dan il-kuntest, il-KESE jissottolinja l-importanza tas-sħubijiet pubbliċi-privati bħala għodda komplementari biex jiġu sfruttati l-għarfien espert u r-riżorsi, waqt li jiġu aċċellerati l-innovazzjoni u l-varar f’oqsma kritiċi. |
|
1.9. |
Il-KESE jissottolinja l-importanza strateġika tal-inizjattiva IRIS2 (Infrastruttura għar-Reżiljenza, l-Interkonnettività u s-Sigurtà bis-Satellita), sistema sigura ta’ komunikazzjoni bis-satellita li hija kritika għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tad-difiża u taċ-ċibersigurtà tal-UE. Il-prijoritizzazzjoni tal-investiment f’sistemi bbażati fl-ispazju bħall-IRIS2 hija essenzjali biex jiġu żgurati l-kapaċitajiet strateġiċi u biex it-theddid emerġenti għas-sigurtà jiġi indirizzat b’mod effettiv. |
|
1.10. |
Il-finanzjament għad-difiża għandu jagħti prijorità lill-appoġġ għall-pajjiżi tal-UE fil-fruntieri esterni li huma l-aktar milquta direttament minn kunflitti reġjonali bil-kundizzjoni li josservaw b’mod strett l-għanijiet u l-prinċipji kollettivi tal-UE u tan-NATO. B’dan il-mod, kapaċitajiet ta’ difiża msaħħa f’dawn ir-reġjuni se jikkontribwixxu għas-sigurtà ġenerali tal-UE u jiżguraw rispons koordinat għat-theddid li qed jevolvi tul il-fruntieri tal-Unjoni. |
|
1.11. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-finanzjament għad-difiża jiġi integrat f’mekkaniżmi finanzjarji usa’ tal-UE, inkluż il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss. Il-proposti għall-QFP li jmiss għandhom jinkludu riżorsi addizzjonali sostanzjali għad-difiża, mingħajr ma jikkompromettu prijoritajiet kritiċi oħra tal-UE bħall-politika ta’ koeżjoni, it-tranżizzjoni ekoloġika u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. |
|
1.12. |
Għandhom jiġu implimentati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika biex jiġi enfasizzat ir-rwol vitali tal-finanzjament għad-difiża ħalli jiġu żgurati l-paċi u s-sigurtà tal-Ewropa kif ukoll l-istil ta’ ħajja demokratiku u l-koeżjoni soċjali tal-Ewropa. |
|
1.13. |
Il-KESE jappoġġja l-approċċ doppju tal-UE għad-difiża, u jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ il-pilastru Ewropew tas-sigurtà u d-difiża, u l-ingranaġġ ta’ strumenti finanzjarji u industrijali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni strateġika fost l-imsieħba. Il-komplementarjetà u l-interoperabbiltà bejn l-istrateġiji tal-UE u tan-NATO huma essenzjali biex jinżamm qafas ta’ difiża reżiljenti. |
|
1.14. |
Il-KESE jpoġġi fiduċja qawwija fil-valur ta’ din l-Opinjoni bħala kontribut kritiku għat-tfassil tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u l-White Paper li jmiss dwar il-Futur tad-Difiża Ewropea. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza ta’ din l-Opinjoni biex tinfluwenza l-koerenza tal-politika, tiggwida l-prijoritajiet ta’ investiment strateġiku u trawwem approċċ unifikat u li jħares ’il quddiem biex jiġu indirizzati l-isfidi tad-difiża u s-sigurtà li qed jevolvu u li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea. |
|
1.15. |
Is-gravità estrema tat-theddid ġeopolitiku li qed tesperjenza l-Ewropa tobbliga lill-UE tistabbilixxi politika ta’ difiża komuni, fil-qafas ta’ politika estera u ta’ sigurtà komuni, biex tibni Pilastru Ewropew tad-Difiża b’saħħtu u tieħu l-miżuri leġiżlattivi u finanzjarji meħtieġa għal dak l-għan. Jeħtieġ ukoll li l-UE jkollha rwol diplomatiku attiv biex tikseb paċi ġusta fl-Ukrajna. |
2. Kuntest tal-Opinjoni
|
2.1. |
Fis-17 ta’ Settembru 2024, il-Bureau tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ta mandat biex tiġi abbozzata Opinjoni esploratorja dwar Finanzjament għad-difiża fl-UE, bi tweġiba għal talba minn Adam Szłapka, il-Ministru għall-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Polonja, li ntbagħtet fis-6 ta’ Settembru 2024. Din it-talba għandha l-għan li tindirizza l-ħtieġa dejjem aktar urġenti ta’ approċċ unifikat u strateġiku għall-finanzjament għad-difiża fost l-isfidi ġeopolitiċi u tas-sigurtà li qed jevolvu fl-Ewropa. Il-ħolqien ta’ portafoll ta’ kummissarju Ewropew għad-difiża u l-ispazju jissottolinja l-importanza strateġika ta’ dan il-qasam fil-prijoritajiet ta’ politika tal-UE. |
|
2.2. |
L-Opinjoni tibni fuq il-ħidma preċedenti tal-KESE dwar dossiers relatati mad-difiża, u tallinja mal-prinċipji u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Opinjonijiet tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali u ssaħħaħ il-viżjoni tal-Kumitat għal strateġija ta’ difiża Ewropea koeżiva u li tħares ’il quddiem. Din tappoġġja approċċ strutturali fit-tul għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tad-difiża tal-Ewropa, waqt li tenfasizza r-reżiljenza, tnaqqas id-dipendenzi u trawwem l-innovazzjoni f’oqsma kritiċi. Billi tintegra dawn il-prijoritajiet kondiviżi, l-Opinjoni turi kontinwità mal-kontributi preċedenti, u tirrifletti l-impenn fit-tul tal-KESE għall-kompetittività industrijali strateġika (1). |
|
2.3. |
Il-KESE huwa fiduċjuż li din l-Opinjoni se sservi bħala kontribut fundamentali għall-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025 u l-White Paper li jmiss dwar il-Futur tad-Difiża Ewropea, li t-tnejn li huma jitqiesu kruċjali fit-tiswir tad-direzzjoni strateġika tal-UE fid-difiża u s-sigurtà. Il-KESE jissottolinja l-importanza ta’ dawn id-dokumenti biex jiggwidaw l-investimenti kritiċi, jippromovu sinerġiji madwar l-UE kollu u jsaħħu l-kapaċità tal-UE li tindirizza sfidi ġeopolitiċi dejjem aktar kumplessi. Barra minn hekk, il-KESE jemmen li din l-Opinjoni se tistabbilixxi qafas robust għat-trawwim tar-reżiljenza fit-tul. |
|
2.4. |
Ir-riskji ġeopolitiċi għas-sigurtà politika u ekonomika tal-Ewropa u tad-dinja jmorru lil hinn mill-politika aggressiva tal-gvern Russu. Ir-riskji ewlenin huma l-gwerer ta’ intensità li tvarja fil-Lvant Nofsani u fis-Saħel; l-azzjonijiet tat-terroriżmu ġiħadista; il-kunflitti fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u t-Tajwan; ir-riperkussjonijiet tal-ġlieda għall-eġemonija teknoloġika, ekonomika u militari bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina; it-theddid ta’ gwerer kummerċjali; id-diffikultajiet tal-aċċess għall-materja prima essenzjali għar-rivoluzzjoni teknoloġika attwali u għat-tranżizzjoni ekoloġika; it-theddid ikkawżat minn attakki ċibernetiċi u kampanji ta’ diżinformazzjoni, eċċ. |
|
2.5. |
Ninsabu qalb theddid għas-sigurtà, li qed jiżdied, varjat u interkonness, li jenfasizza l-importanza ta’ għadd kbir ta’ azzjonijiet. Anke jekk din l-Opinjoni tiffoka primarjament fuq il-finanzjament għad-difiża militari, il-KESE jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat ukoll finanzjament adegwat għad-difiża ċivili u l-istat ta’ tħejjija għal soċjetà aktar reżiljenti. Dan jallinja mar-rapport ta’ Niinistö li jappella għal approċċ min-naħa tas-soċjetà kollha, ta’ gvern sħiħ u li jkopri l-perikli kollha għal UE aktar ippreparata (2). |
|
2.6. |
Il-KESE jilqa’ l-istabbiliment mill-Parlament Ewropew tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża. Il-KESE jissottolinja l-importanza dejjem akbar tad-difiża fil-prijoritajiet strateġiċi tal-UE. Dan l-iżvilupp jirrappreżenta pass sinifikanti lejn it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-UE li tipprovdi sorveljanza komprensiva u ffukata tal-iżvilupp, il-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-politika. |
|
2.7. |
L-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna żvelat dgħufijiet fil-mekkaniżmi ta’ finanzjament għad-difiża tal-UE, u enfasizzat lakuni li jillimitaw il-kapaċità tal-Unjoni li tirrispondi għal theddid għas-sigurtà immedjati u emerġenti. Il-finanzjament għad-difiża kemm nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE jrid jissaħħaħ b’mod sinifikanti biex jindirizza dan it-theddid multidimensjonali b’mod effettiv. Ir-regolamenti eżistenti dwar il-finanzjament tal-UE, bħall-Artikolu 41(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), jillimitaw l-użu tal-baġit ġenerali tal-UE għan-nefqa relatata mad-difiża (3). Dan jirrestrinġi l-kapaċità tal-UE li tindirizza l-isfidi komuni għas-sigurtà b’mod komprensiv. |
|
2.8. |
Lil hinn mit-theddid immedjat, l-influwenza ġeopolitika dejjem tikber taċ-Ċina, bl-ambizzjonijiet strateġiċi globali tagħha, tippreżenta sfidi fit-tul għall-interessi ekonomiċi u għas-sigurtà tal-Ewropa. Barra minn hekk, l-instabbiltà u r-riskji li qed jevolvu minn reġjuni bħal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għal ambjent kumpless ta’ sigurtà globali. Il-KESE jenfasizza li l-instabbiltà reġjonali fil-Lvant Nofsani u r-riskji li jirriżultaw mill-fruntieri tan-Nofsinhar tal-UE, kif ukoll it-theddid li hemm bħalissa għall-fruntieri tal-Lvant, jeħtieġu attenzjoni urġenti peress li jaffettwaw direttament l-istabbiltà u l-koeżjoni tal-UE. Approċċ aktar koordinat u unifikat, kif deskritt fil-Boxxla Strateġika tal-UE, huwa essenzjali biex jissaħħu l-kondiviżjoni tar-riżorsi, l-interoperabbiltà u l-kooperazzjoni trans-Atlantika (4). In-NATO, bi 23 mis-27 Stat Membru tal-UE bħala membri, tibqa’ l-pedament tas-sigurtà Ewropea. It-tisħiħ tar-rwol tal-UE fid-difiża jrid jikkomplementa l-isforzi tan-NATO billi jingrana l-istrumenti ekonomiċi u finanzjarji tal-UE, jaderixxi mal-interoperabbiltà tan-NATO u jiffoka fuq il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-kontributi industrijali u tar-riċerka ħalli titrawwem is-sigurtà kollettiva. |
|
2.9. |
Analiżi reċenti minn Mario Draghi żvelat li 78 % mill-ammont ta’ EUR 75 biljun li nefqu l-pajjiżi tal-UE fuq l-akkwist tad-difiża bejn Ġunju 2022 u Ġunju 2023 marru għand fornituri mhux tal-UE (5). Din id-dipendenza tenfasizza l-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ l-EDTIB. It-tisħiħ tal-EDTIB huwa essenzjali biex titnaqqas id-dipendenza minn fornituri esterni, jissaħħu l-kapaċitajiet strateġiċi tal-UE u jiġi żgurat li l-kapaċitajiet kritiċi tad-difiża jibqgħu fil-kontroll tal-Ewropa. |
|
2.10. |
Waqt li l-mekkaniżmi eżistenti, bħall-Fond Ewropew għad-Difiża, jiffaċilitaw b’mod effettiv ir-riċerka u l-iżvilupp, għad hemm diskrepanza kritika fil-finanzjament għall-kapaċitajiet tal-varar u tal-manifattura. Din id-diskrepanza trid tiġi indirizzata fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss biex jiġi żgurat li t-teknoloġiji ewlenin tad-difiża mhux biss jiġu żviluppati iżda wkoll operazzjonalizzati u prodotti fuq skala kbira. L-indirizzar ta’ din il-ħtieġa se jsaħħaħ l-EDTIB u jiżgura l-kapaċità tal-UE li tindirizza l-isfidi tad-difiża li qed jevolvu b’mod komprensiv u sostenibbli. |
|
2.11. |
Bħalissa, l-enfasi primarja hija li jiżdiedu l-istat ta’ tħejjija u l-kompetittività tal-EDTIB biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża. In-nuqqas ta’ dipendenza tad-difiża jibqa’ objettiv importanti fit-tul iżda ma għandux iwarrab il-ħtiġijiet kritiċi u urġenti li jirriżultaw mis-sitwazzjoni attwali tas-sigurtà. Mekkaniżmu ta’ finanzjament aktar b’saħħtu u aktar koerenti huwa meqjus bħala ċentrali biex jintlaħaq dan l-għan. It-tisħiħ tal-EDTIB, it-trawwim tal-kollaborazzjoni transfruntiera u l-appoġġ għal proġetti innovattivi tad-difiża se jkunu kruċjali fil-bini tal-kapaċità tal-UE li tirrispondi għal theddid emerġenti. Il-kooperazzjoni strateġika fost l-imsieħba se tiżgura industrija tad-difiża robusta, integrata u lokali li tista’ topera flimkien mal-alleati, waqt li żżomm is-sigurtà tal-Ewropa. |
|
2.12. |
It-theddid għas-sigurtà li qed jevolvi wassal lill-Istati Membri biex jesploraw inizjattivi konġunti ta’ finanzjament għad-difiża ħalli jindirizzaw dawn l-isfidi b’mod kollettiv. L-istabbiliment tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF), strument barra l-baġit, jevita dawn ir-restrizzjonijiet billi jippermetti lill-UE tiffinanzja attivitajiet relatati mad-difiża, bħall-akkwist militari konġunt. Bħala strument ta’ politika estera u ta’ sigurtà komuni, l-EPF trawwem ukoll il-kooperazzjoni mal-imsieħba tal-UE, ittejjeb il-kapaċitajiet kollettivi u ssaħħaħ is-sħubijiet ta’ sigurtà. Madankollu, filwaqt li l-EPF tipprovdi mekkaniżmu siewi għal azzjoni kollettiva, in-natura tagħha barra l-baġit tillimita l-ambitu u l-potenzjal tagħha. |
|
2.13. |
L-akkwist konġunt ta’ EUR 1 biljun ta’ munizzjon għall-Ukrajna taħt l-EPF, adottat fl-20 ta’ Marzu 2023, juri l-kapaċità tal-UE li tindirizza l-ħtiġijiet urġenti ta’ sigurtà (6). Din l-azzjoni immedjata ġiet ikkomplementata mill-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP), adottat fit-3 ta’ Mejju 2023, li għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni fit-tul tal-munizzjon tal-UE. L-ASAP ġie introdott biex jindirizza l-ostakli fil-produzzjoni u jiżgura provvista sostenibbli ta’ munizzjon, kemm għall-Ukrajna kif ukoll għad-difiża tal-UE. L-EDIRPA jappoġġja wkoll dawn l-isforzi billi jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw dwar akkwisti konġunti fil-qasam tad-difiża u jsaħħaħ l-EDTIB. L-EDIRPA, kif deskritt fl-Opinjoni korrispondenti tal-KESE, jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kritiċi fil-qasam tad-difiża permezz ta’ mekkaniżmi ta’ akkwist konġunt (7). Barra minn hekk, l-Istrateġija għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIS) tiddeskrivi qafas komprensiv biex tissaħħaħ l-EDTIB permezz tal-innovazzjoni, il-kollaborazzjoni transfruntiera u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista. Din l-istrateġija, kif deskritta fl-Opinjoni korrispondenti tal-KESE, tappoġġja l-impenn tal-UE li tibni industrija tad-difiża reżiljenti u awtonoma (8). Flimkien, dawn l-inizjattivi juru l-approċċ strateġiku tal-UE biex ittejjeb l-istat ta’ tħejjija operazzjonali tagħha u ssaħħaħ is-sigurtà kollettiva b’rispons għat-theddid li qed jevolvi. |
|
2.14. |
Il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) huma kruċjali biex jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tal-UE. Il-Fond Ewropew għad-Difiża jiffoka fuq ir-riċerka u l-iżvilupp kollaborattivi u transfruntiera, u jrawwem l-innovazzjoni u jindirizza lakuni kritiċi fil-kapaċità biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE. Sadanittant, l-EDIP jipprovdi rispons usa’ u urġenti għall-isfidi bħal dawk ippreżentati mill-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, immirat lejn l-akkwist konġunt, it-tisħiħ industrijali u l-istat ta’ tħejjija operazzjonali. Dan jintroduċi mekkaniżmi bħall-EDIRPA u reġim ta’ sigurtà tal-provvista biex tingħata spinta lill-kooperazzjoni u jissaħħu l-ktajjen tal-provvista. Madankollu, il-finanzjament allokat taħt dawn l-inizjattivi, minkejja li huwa sinifikanti meta mqabbel ma’ sforzi preċedenti, għadu insuffiċjenti biex jindirizza l-ispettru dejjem jikber ta’ theddid li qed tiffaċċja l-Ewropa. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jqis li, fir-rigward tas-sigurtà, l-UE għandha tieħu approċċ ta’ politika ta’ difiża komuni, fil-qafas ta’ politika estera u ta’ sigurtà komuni, u tibni Pilastru Ewropew tad-Difiża b’saħħtu, u l-miżuri leġiżlattivi u finanzjarji meħtieġa għal dan l-għan għandhom jittieħdu b’urġenza. Fl-istess ħin, jeħtieġ li l-UE tiżviluppa rwol diplomatiku attiv fit-tfittxija għal paċi ġusta għall-Ukrajna, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-gvern tagħha. |
|
3.2. |
Fil-fehma tal-KESE, l-indirizzar tar-riskji u t-theddid ġeopolitiċi elenkati fit-taqsima preċedenti u l-iżgurar tas-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej jeħtieġu żieda fl-infiq għad-difiża u s-sigurtà. Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE għandha titwettaq fil-qafas tal-politika barranija tal-UE u l-valuri li jsawruha: id-difiża tal-paċi u d-demokrazija u ta’ ordni internazzjonali abbażi tar-rispett għall-istat tad-dritt u d-dritt internazzjonali u l-istituzzjonijiet tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u l-valuri demokratiċi li jiddefinixxuha. Għalhekk, l-iżvilupp tal-kapaċità tad-difiża għandu dejjem ikun ibbażat fuq dawn il-valuri. |
|
3.3. |
L-iżvilupp tal-kunċett ta’ awtonomija strateġika fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża għandu jħeġġeġ lill-UE tiddefinixxi b’mod ċar l-objettivi tal-politika ta’ difiża tagħha u ssaħħaħ il-pilastru Ewropew tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża, pilastru li għandu jikkoordina r-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali tiegħu man-NATO, l-alleanza politika-militari li għaliha jappartjenu l-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri. |
|
3.4. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ id-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-finanzjament għad-difiża u s-sigurtà fl-UE, u jirrikonoxxih bħala għodda vitali biex jissaħħaħ il-qafas tas-sigurtà u titrawwem il-kooperazzjoni strateġika mal-imsieħba. Dan il-finanzjament għandu rwol kruċjali fil-bini u ż-żamma tal-istat ta’ tħejjija u r-reżiljenza tad-difiża militari u ċivili. Jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta’ approċċ ikkombinat li jintegra kemm il-finanzjament nazzjonali kif ukoll dak fil-livell tal-UE. Strateġija finanzjarja kollaborattiva bħal din hija essenzjali biex tiġi promossa l-effiċjenza fir-riżorsi, jiġu allinjati l-investimenti u jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi multidimensjonali għas-sigurtà. L-involviment konsistenti tal-KESE fi kwistjonijiet ta’ difiża u sigurtà, kif rifless fl-Opinjonijiet preċedenti tiegħu, b’mod partikolari dawk żviluppati mis-CCMI u msemmija qabel, jissottolinja l-impenn tiegħu li jfassal politika ta’ difiża Ewropea koeżiva u effettiva (9). Fil-livell Ewropew, il-Fond Ewropew għad-Difiża, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) huma l-istrumenti ta’ finanzjament li l-potenzjal tagħhom jeħtieġ li jissaħħaħ, kif jikkonkludi r-rapport ta’ Draghi. Dan għandu jiġi ffaċilitat permezz ta’ regolament u l-Fond Ewropew għad-Difiża jista’ jżid il-kapaċità tiegħu qabel l-approvazzjoni tal-QFP ta’ wara l-2027. |
|
3.5. |
Il-KESE jissottolinja wkoll l-importanza li l-membri Ewropej tan-NATO jimpenjaw ruħhom li jonfqu mill-inqas 2,5 % tal-PDG tagħhom fuq id-difiża, bħala parti minn rispons robust għat-theddid ġeopolitiku attwali. L-Istati Membri se jżommu sovranità sħiħa fuq il-forzi armati tagħhom. Dan il-prinċipju jifforma l-pedament tal-politika Ewropea tad-difiża, waqt li jiżgura li l-prijoritajiet tas-sigurtà nazzjonali jallinjaw mal-għanijiet kollettivi tal-UE u tan-NATO. Dan l-impenn mhux biss jallinja mal-linji gwida tan-NATO iżda se jiżgura wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji u strateġiċi akbar kemm għas-sigurtà Ewropea kif ukoll għal dik trans-Atlantika. Dan id-djalogu jwitti t-triq għal pożizzjoni ta’ difiża aktar reżiljenti u reattiva madwar l-UE. |
|
3.6. |
Fir-rigward tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-pajjiżi tal-UE fil-fruntiera qrib iż-żona tal-kunflitt kienu l-ewwel li pprovdew assistenza immedjata, kemm loġistikament kif ukoll permezz ta’ koordinazzjoni fil-qasam tad-difiża. Il-prossimità ġeografika u r-rwol tagħhom bħala fornituri inizjali tas-sikurezza u l-appoġġ jenfasizzaw l-importanza li dawn in-nazzjonijiet jingħataw prijorità fl-oqfsa futuri ta’ finanzjament għad-difiża. It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ difiża tagħhom huwa kruċjali biex jissaħħaħ l-istat ta’ tħejjija ġenerali tal-UE għas-sigurtà u r-rispons, b’mod partikolari fid-dawl ta’ theddid li qed jevolvi tul il-fruntieri tagħha. |
|
3.7. |
Il-KESE jitlob li jiġu allokati riżorsi addizzjonali qabel ma jiġi implimentat il-QFP li jmiss. Barra minn hekk, il-KESE jissottolinja l-ħtieġa li jiżdied b’mod sinifikanti l-baġit ġenerali tal-QFP li jmiss biex jiġu indirizzati b’mod effettiv il-ħtiġijiet tad-difiża. Dan l-approċċ ta’ finanzjament proattiv huwa vitali biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi urġenti għas-sigurtà, b’mod partikolari fid-dawl tad-dinamika ġeopolitika li qed tevolvi u t-theddid emerġenti. Baġit akbar se jiżgura li l-UE jkollha l-kapaċità finanzjarja li tirrispondi b’mod komprensiv għar-rekwiżiti immedjati tad-difiża u ssaħħaħ il-kapaċitajiet strateġiċi fit-tul tagħha. Il-KESE jisħaq li dan l-approċċ għandu jikkomplementa l-mandat tan-NATO għad-difiża kollettiva, li ilu jipprovdi qafas affidabbli biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni għas-sigurtà. Il-kooperazzjoni trans-Atlantika, b’mod partikolari mal-Istati Uniti, hija importanti ħafna għad-difiża tal-Ewropa u għandha tibqa’ importanti biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u futuri fir-rigward tas-sigurtà u d-difiża. Il-KESE jissottolinja li l-kooperazzjoni u s-sħubijiet fis-sigurtà u d-difiża jridu dejjem ikunu bbażati fuq il-fiduċja, l-ugwaljanza, ir-rispett reċiproku u fuq ir-rispett għall-valuri demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u d-difiża tal-istituzzjonijiet multilaterali. Ir-rispett għal dawn il-prinċipji u l-valuri għandu jitqies ukoll fil-qasam tal-esportazzjoni ta’ armamenti u sistemi ta’ difiża mill-Istati Membri tal-UE. |
|
3.8. |
Il-proposti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss, li għandhom jiġu ppreżentati fl-2025 mill-Kummissjoni u allinjati mal-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, joffru opportunità sinifikanti biex jiġi żgurat finanzjament fit-tul u sostenibbli għad-difiża fl-UE. Dan l-allinjament huwa partikolarment importanti peress li jipprovdi pjattaforma biex jiġu indirizzati l-isfidi urġenti fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà b’mod koordinat. |
|
3.9. |
Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li jiżdied il-baġit ġenerali taħt il-QFP li jmiss, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu allokati riżorsi addizzjonali sostanzjali għad-difiża. Madankollu, il-KESE jisħaq li tali sforzi ma jridux isiru għad-detriment ta’ prijoritajiet kritiċi oħra tal-UE, b’mod partikolari t-tranżizzjoni ekoloġika, il-politika ta’ koeżjoni u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li huma vitali biex titrawwem il-konverġenza soċjali u ekonomika madwar l-UE kollha. Il-Kumitat jissottolinja li kull investiment fid-difiża huwa wkoll investiment fl-objettivi soċjali usa’ u l-inizjattivi derivati mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jiżgura li kemm is-sigurtà kif ukoll il-protezzjoni soċjali jissaħħu flimkien. |
|
3.10. |
Is-sigurtà tal-UE ma tistax tiġi żgurata biss permezz tas-saħħa militari. F’xenarju bħal dak attwali, biex tiġi żgurata sigurtà fit-tul, l-UE jeħtiġilha tindirizza l-inizjattivi ta’ difiża flimkien mal-isfidi soċjali. Kooperazzjoni msaħħa u t-twettiq tas-suq uniku fis-settur tad-difiża, kif propost fir-rapport ta’ Letta (10), jagħmluha possibbli li jinkisbu ekonomiji ta’ skala u jistgħu jippermettu frankar sinifikanti, u b’hekk ikun possibbli li dawn ir-riżorsi jiġu allokati għall-infiq soċjali. Skont is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew (11), il-kost tan-non-Ewropa fl-infiq għad-difiża huwa stmat li jvarja minn EUR 18-il biljun sa EUR 57 biljun fis-sena. |
|
3.11. |
Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jipprova jirrevedi r-regolamenti eżistenti li bħalissa jimponu limitazzjonijiet fuq il-finanzjament għad-difiża, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet tat-Trattat dwar l-użu tal-baġit tal-UE għal skopijiet ta’ difiża. Is-sejbien ta’ soluzzjonijiet prattiċi f’dawn ir-restrizzjonijiet huwa essenzjali biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet kondiviżi tas-sigurtà filwaqt li jinżamm l-allinjament mal-prinċipji fundamentali tal-UE. Tali riforma trid timxi id f’id maż-żieda fil-baġit tal-UE taħt il-QFP li jmiss, waqt li tiżgura riżorsi finanzjarji adegwati biex jiġu ssodisfati d-domandi marbuta mas-sigurtà li qed jevolvu. Billi tallinja l-finanzjament għad-difiża ma’ strateġiji finanzjarji usa’ tal-UE, l-Unjoni tista’ trawwem approċċ aktar koeżiv u kkoordinat għall-investiment fid-difiża. L-UE tista’ tesplora l-għażliet li żżid il-kontribuzzjonijiet għall-QFP u tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ self, simili għal dawk li ntużaw matul il-pandemija tal-COVID-19, biex tiffinanzja proġetti ta’ difiża. Għandhom jiġu introdotti wkoll miri vinkolanti għall-infiq fuq id-difiża b’mekkaniżmi regolari ta’ akkontabbiltà. |
|
3.12. |
Il-KESE jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fuq terminu qasir, bħall-akkwist u t-tisħiħ industrijali, biex jiġu żgurati tħejjija u reżiljenza immedjati. It-tagħlimiet meħuda mill-Ukrajna jissottolinjaw ir-rwol kritiku tal-innovazzjoni fl-oqsma tad-difiża u tal-oġġetti b’użu doppju, b’mod partikolari d-droni, li wrew li huma indispensabbli f’operazzjonijiet militari u applikazzjonijiet ċivili. It-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE li tiżviluppa u tipproduċi teknoloġiji bħal dawn fuq livell lokali huwa kruċjali għall-effettività operazzjonali u għat-tnaqqis tad-dipendenza minn fornituri esterni. Il-bidla lejn kooperazzjoni strateġika mal-imsieħba, inklużi l-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u l-Awstralja, se tkompli tappoġġja dawn l-isforzi waqt li ssaħħaħ il-qafas tad-difiża u l-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni tal-Ewropa. |
|
3.13. |
L-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna enfasizzat l-importanza ta’ teknoloġiji moderni tad-difiża bħad-droni u s-sistemi kontra l-missili, li wrew li huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-aggressjoni fuq skala kbira. Il-ħsara ekonomika stmata fl-Ukrajna, li hija ta’ aktar minn EUR 462 biljun, tissottolinja l-ispiża enormi tan-nuqqas ta’ azzjoni u l-ħtieġa ta’ investiment f’miżuri proattivi fil-qasam tad-difiża madwar l-UE kollha (12). Dan l-istat ta’ tħejjija reġjonali jissottolinja l-ħtieġa ta’ qafas ta’ difiża tal-UE robust li jkun kapaċi jindirizza mhux biss il-kunflitti immedjati iżda wkoll l-isfidi fit-tul li nħolqu mis-setgħat ewlenin li l-influwenza tagħhom testendi għall-fruntieri tal-Ewropa u għad-dominji strateġiċi globali. Tali sforzi għandhom ikunu konformi mal-objettivi tal-politika ta’ difiża tal-UE, bħala parti mill-istrateġija għall-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE, u maqbula fin-NATO biex jippromovu l-istabbiltà u jkunu jistgħu jipprovdu r-risponsi koordinati meħtieġa. |
|
3.14. |
Il-KESE jissottolinja l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà bħala katalist għall-innovazzjoni, li tipproduċi benefiċċji ekonomiċi usa’ lil hinn mill-applikazzjonijiet militari tradizzjonali. L-investimenti fid-difiża jappoġġjaw direttament l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp, u jixprunaw l-avvanzi teknoloġiċi li jtejbu kemm il-kapaċitajiet militari kif ukoll dawk ċivili. Billi jqis id-difiża b’mod aktar wiesa’, waqt li jinkludi l-konnettività, l-infrastruttura u l-mobbiltà tat-teknoloġija, il-KESE jenfasizza l-potenzjal ta’ tkabbir fit-tul. L-avvanzi teknoloġiċi fid-difiża mhux biss isaħħu l-kapaċitajiet militari iżda joħolqu wkoll applikazzjonijiet ċivili li jistgħu jistimulaw l-iżvilupp ekonomiku f’diversi setturi. Dan l-approċċ interkonness irawwem ekonomija reżiljenti, waqt li jiżgura li l-investimenti fid-difiża jikkontribwixxu għal progress tas-soċjetà u teknoloġiku usa’. |
|
3.15. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE, b’enfasi fuq it-teknoloġiji tad-difiża li jintegraw il-produzzjoni industrijali mal-avvanzi fl-elettronika, il-komunikazzjoni u l-ottika, u huma vitali għar-rikonjizzjoni u l-appoġġ operazzjonali. Il-potenzjal tagħhom ta’ użu doppju, inklużi applikazzjonijiet fis-sorveljanza tal-fruntieri u l-monitoraġġ tal-infrastruttura ċivili, jissottolinja aktar il-valur strateġiku tagħhom. Fid-dawl tan-natura ta’ użu doppju tagħhom, huwa kruċjali li l-kontrolli u s-sanzjonijiet tal-esportazzjoni jiġu rispettati b’mod konsistenti mill-Istati Membri kollha tal-UE u mill-imsieħba internazzjonali biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tas-sigurtà. L-għoti ta’ prijorità lill-iżvilupp teknoloġiku tagħhom se jipprovdi lill-UE vantaġġ kompetittiv u jsaħħaħ ir-reżiljenza fil-bażi industrijali tad-difiża tagħha. Għalhekk, il-KESE jappella għal appoġġ immedjat għall-produzzjoni kemm tad-droni kif ukoll tas-sistemi kontra l-missili, waqt li jenfasizza li dawn l-isforzi għandhom jitwettqu anke fil-perjodu baġitarju attwali. |
|
3.16. |
Il-KESE jissottolinja l-importanza ta’ investiment immirat fit-teknoloġiji tad-difiża biex jiġu indirizzati l-isfidi għas-sigurtà li qed jevolvu tal-Ewropa. Kif enfasizzat fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea Safer Together: Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness, imfassal mill-eks President Finlandiż Sauli Niinistö, l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Garanzija tal-Investiment itejjeb b’mod sinifikanti l-opportunitajiet ta’ finanzjament fl-industrija tad-difiża. Dan il-fond inaqqas ir-riskji ta’ investiment u jinċentiva l-innovazzjoni f’oqsma kritiċi bħaċ-ċibersigurtà, l-intelliġenza artifiċjali u l-kapaċitajiet ta’ użu doppju. Garanziji ddedikati għas-settur tad-difiża jinkoraġġixxu kemm l-involviment tas-settur pubbliku kif ukoll dak privat, u jiżguraw sors robust ta’ finanzjament għall-avvanzi teknoloġiċi (13). |
|
3.17. |
Il-KESE jirrakkomanda aktar investiment f’teknoloġiji emerġenti, bħaċ-ċibersigurtà, l-intelliġenza artifiċjali u l-kapaċitajiet spazjali. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza ta’ approċċ komprensiv li jintegra l-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp kemm ċivili kif ukoll militari biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi moderni għas-sigurtà. Billi trawwem l-innovazzjoni f’dawn l-oqsma ewlenin, l-UE tista’ ttejjeb il-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħha u żżomm vantaġġ kompetittiv f’ambjent ta’ sigurtà globali dejjem aktar kumpless. Permezz tan-NATO, is-sħubijiet trans-Atlantiċi joffru opportunitajiet siewja għall-innovazzjoni teknoloġika konġunta, b’mod partikolari fiċ-ċibersigurtà u l-IA. Billi tallinja l-prijoritajiet tal-UE u tan-NATO, l-Ewropa tista’ tingrana għarfien espert komuni biex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ difiża tagħha. |
|
3.18. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol vitali tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja fis-settur tad-difiża, u jirrikonoxxi l-kapaċità tagħhom li jixprunaw l-innovazzjoni u l-aġilità. Il-Kumitat jisħaq fuq l-importanza li jiġu identifikati lakuni finanzjarji speċifiċi li jiffaċċjaw l-SMEs u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet immirati, bħal strumenti finanzjarji mfassla apposta u aċċess semplifikat għall-fondi pubbliċi. L-iżgurar li dawn il-miżuri jilħqu firxa wiesgħa ta’ SMEs madwar l-Istati Membri kollha huwa essenzjali biex tiġi ddiversifikata l-katina tal-provvista u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-industrija tad-difiża Ewropea. Billi tindirizza dawn l-isfidi, l-UE tista’ tagħti s-setgħa lill-SMEs biex jikkontribwixxu b’mod aktar effettiv għall-proġetti tad-difiża u jrawmu l-innovazzjoni u l-kompetittività fis-settur. |
|
3.19. |
L-għan ġenerali tal-politika ta’ difiża tal-UE huwa li jinbena qafas Ewropew tad-difiża reżiljenti u adattiv billi tissaħħaħ l-infrastruttura finanzjarja, jiżdied l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u tissaħħaħ l-EDTIB. L-avvenimenti ġeopolitiċi reċenti jissottolinjaw l-urġenza li titnaqqas id-dipendenza minn fornituri esterni u li jitrawwem suq intern robust għall-produzzjoni tad-difiża. Jeħtieġ li jiġu promossi kemm l-industriji Ewropej kif ukoll il-programmi komuni Ewropej ta’ riċerka, żvilupp u produzzjoni. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti proċeduri komuni ta’ xiri, kemm fis-suq intern kif ukoll minn fornituri esterni, li jnaqqsu l-ispejjeż. L-UE trid tuża għodod bħat-trasferiment tat-teknoloġija u l-kondiviżjoni tal-għarfien espert biex tappoġġja lill-Istati Membri b’livelli differenti ta’ żvilupp industrijali, u tiżgura progress inklużiv. Dan jallinja mal-Artikolu 173 tat-TFUE, li jissottolinja l-importanza tat-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE u l-promozzjoni tal-innovazzjoni biex jiġu żgurati ktajjen tal-provvista sostenibbli u siguri (14). Fl-istess ħin, il-kooperazzjoni ma’ msieħba esterni tal-istess fehma għadha meħtieġa minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni tas-sigurtà, u kollaborazzjoni bħal din ma għandhiex tiġi miċħuda kompletament. |
|
3.20. |
Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) għandu rwol vitali fil-finanzjament tal-infrastruttura fil-pajjiżi fil-fruntieri esterni tal-UE u r-reġjuni ta’ importanza strateġika, u jappoġġja indirettament l-objettivi tas-sigurtà. Hekk kif l-isfidi għas-sigurtà jiżdiedu, l-enfasi tal-BERŻ fuq l-istabbiltà u r-reżiljenza reġjonali tikkomplementa l-isforzi tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Il-BEI, bil-pjan direzzjonali strateġiku l-ġdid tiegħu għall-industrija b’użu doppju, jinsab f’pożizzjoni li jespandi r-rwol tiegħu fis-settur tad-difiża u s-sigurtà tal-Ewropa. Dan il-pjan direzzjonali jiftaħ opportunitajiet ta’ finanzjament għal proġetti transfruntiera, waqt li strument finanzjarju ddedikat għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) isaħħaħ il-ktajjen tal-provvista kritiċi tad-difiża (15). Flimkien, il-BEI u l-BERŻ joffru qafas ikkoordinat biex jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tal-Ewropa, waqt li jibbilanċjaw l-innovazzjoni, l-istabbiltà reġjonali u t-tranżizzjoni ekoloġika. |
|
3.21. |
Barra minn hekk, it-trawwim ta’ sħubijiet ma’ pajjiżi li mhumiex fin-NATO bħall-Ġappun, il-Korea t’Isfel u l-Awstralja jista’ jkompli jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-UE billi jmexxi ’l quddiem l-isforzi konġunti fl-infrastruttura tas-sigurtà u l-innovazzjoni teknoloġika. Sħubijiet bħal dawn jappoġġjaw l-istat ta’ tħejjija tad-difiża u teknoloġika tal-Ewropa, u jindirizzaw kemm it-theddid militari tradizzjonali kif ukoll l-isfidi emerġenti marbuta maċ-ċibersigurtà u s-sigurtà spazjali. |
|
3.22. |
Il-KESE jenfasizza li l-kunċett tad-difiża jrid jitqies f’kuntest usa’, li jinkludi mhux biss aspetti militari tradizzjonali iżda wkoll setturi kritiċi bħall-konnettività, l-infrastruttura, iċ-ċibersigurtà u s-soċjetà tal-informazzjoni. Il-baġits tad-difiża fit-tul iridu jqisu l-inflazzjoni, l-avvanzi teknoloġiċi u d-dinamika ġeopolitika li qed tevolvi. Il-finanzjament għad-difiża għandu jagħti prijorità lir-reżiljenza u s-sostenibbiltà, u jiżgura li l-kapaċitajiet jinżammu matul it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Peress li t-theddid modern għas-sigurtà qed jimmira dejjem aktar lejn il-vulnerabbiltajiet diġitali u tal-infrastruttura, dawn l-oqsma huma essenzjali biex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-UE. L-indirizzar ta’ dawn is-setturi interkonnessi huwa kruċjali biex tinżamm strateġija komprensiva tad-difiża li tista’ tindirizza l-isfidi għas-sigurtà li qed jevolvu. L-azzjonijiet fl-oqsma msemmija hawn fuq għandhom skop doppju peress li huma essenzjali wkoll biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Ekonomika tal-UE (16). |
|
3.23. |
Il-proġett IRIS2 għandu rwol ċentrali fl-avvanz tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE permezz ta’ komunikazzjoni sigura bis-satellita. Din l-inizjattiva tindirizza b’mod speċifiku l-ħtieġa ta’ sistemi bbażati fl-ispazju biex jissaħħu l-kapaċità strateġika u ċ-ċibersigurtà tal-UE. Billi tagħti prijorità lil dan il-proġett, l-UE tista’ tiżgura reżiljenza kontra theddid emerġenti waqt li ssaħħaħ il-qafas ta’ sigurtà integrat tagħha (17). |
|
3.24. |
Il-Kumitat jappella biex isiru sforzi ħalli jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tal-UE b’konformità mat-Trattat. Is-sejbien ta’ soluzzjonijiet prattiċi f’dawn ir-restrizzjonijiet huwa essenzjali biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet kondiviżi tas-sigurtà waqt li jinżamm l-allinjament mal-prinċipji fundamentali tal-UE. |
|
3.25. |
Il-KESE jisħaq fuq ir-rwol kritiku tal-perċezzjoni pubblika fit-tiswir tal-appoġġ għat-tisħiħ tad-difiża u l-finanzjament ċivili u militari. Kampanji kkoordinati ta’ sensibilizzazzjoni pubblika huma meqjusa essenzjali biex jinfurmaw lin-nies dwar il-kontribuzzjonijiet vitali tal-finanzjament għad-difiża ħalli jiġu ssalvagwardjati l-paċi, is-sigurtà u l-valuri ewlenin tal-Ewropa. It-tisħiħ tal-fehim pubbliku u tal-appoġġ pubbliku għall-inizjattivi tad-difiża huwa kruċjali biex jitrawwem impenn kollettiv għall-objettivi tas-sigurtà nazzjonali u fil-livell tal-UE. Dawn il-kampanji għandhom jindirizzaw ukoll l-implikazzjonijiet usa’ tax-xejriet tas-sigurtà, u jgħinu biex jinħoloq diskors pubbliku aktar infurmat u li jinvolvi lil dak li jkun dwar il-kwistjonijiet tal-istat ta’ tħejjija u r-reżiljenza. Hawnhekk se jkollhom rwol kruċjali l-isforzi lejn l-istat ta’ tħejjija ċivili u tal-popolazzjoni inġenerali. Dawn il-kampanji għandhom jenfasizzaw ukoll l-importanza li jinżammu sħubijiet internazzjonali. |
Brussell, is-26 ta’ Frar 2025.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Oliver RÖPKE
(1) ĠU C, C/2024/4062, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4062/oj.
ĠU C, C/2024/4663, 9.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4663/oj.
ĠU C, C/2024/4662, 9.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4662/oj.
ĠU C, C/2024/4658, 9.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4658/oj.
(2) Il-Kummissjoni Ewropea, (2024), Safer Together: Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness (Aktar sikuri flimkien: It-tisħiħ tal-istat ta’ tħejjija u preparazzjoni ċivili u militari tal-Ewropa, mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).
(4) Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), 2022, Strategic Compass for Security and Defence (Boxxla Strateġika għas-sigurtà u d-difiża, mhux disponibbli bil-Malti).
(5) Il-Kummissjoni Ewropea (2024), The future of European competitiveness — A competitiveness strategy for Europe (Il-futur tal-kompetittività Ewropea: strateġija ta’ kompetittività għall-Ewropa, mhux disponibbli bil-Malti).
(6) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, L-akkwist konġunt ta’ munizzjon u missili għall-Ukrajna mill-UE: il-Kunsill jaqbel dwar €1 biljun f’appoġġ taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi.
(7) ĠU C 486, 21.12.2022, p. 168.
(8) ĠU C, C/2024/4663, 9.8.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2024/4663/oj.
(9) Għal diskussjonijiet dettaljati dwar il-kontributi storiċi tal-KESE għall-politika tad-difiża, ara l-Opinjoni tal-KESE dwar Lejn Ewropa aktar reżiljenti, aktar kompetittiva u aktar sostenibbli (ĠU C, C/2024/4062, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4062/oj).
ĠU C, C/2024/4663, 9.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4663/oj.
ĠU C, C/2024/4662, 9.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4662/oj.
ĠU C, C/2024/4658, 9.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4658/oj.
(10) Enrico Letta, Much More than a Market (Ħafna aktar minn suq, mhux disponibbli bil-Malti), April 2024.
(11) Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, “Improving the quality of European defence spending — Cost of non Europe report” (Intejbu l-kwalità tal-infiq Ewropew fuq id-difiża — Rapport dwar il-Kost tan-Non-Ewropa, mhux disponibbli bil-Malti), Novembru 2024.
(12) Il-Bank Dinji, (2024), Ukraine Recovery and Reconstruction Needs Assessment .
(13) Il-Kummissjoni Ewropea, (2024), Safer Together: Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness (Aktar sikuri flimkien: It-tisħiħ tal-istat ta’ tħejjija u preparazzjoni ċivili u militari tal-Ewropa, mhux disponibbli bil-Malti).
(14) Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
(15) Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), Pjan Direzzjonali Strateġiku għall-2024-2027 .
(16) Il-Kummissjoni Ewropea, (2023), Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill.
(17) Il-Kummissjoni Ewropea, (2024), IRIS2: the new EU Secure Satellite Constellation (Il-kostellazzjoni Satellitari Sigura l-ġdida tal-UE, mhux disponibbli bil-Malti).
ANNESS
Dawn il-punti li ġejjin tal-Opinjoni tas-Sezzjoni ġew modifikati biex jirriflettu l-emenda adottata mill-assemblea, iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura):
Emenda 8
ECO/655
Finanzjament tad-difiża fl-UE
Punt 1.10
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-finanzjament għad-difiża għandu jagħti prijorità lill-appoġġ għall-pajjiżi tal-UE fil-fruntieri esterni li huma l-aktar milquta direttament mill-kunflitti reġjonali bil-kundizzjoni li josservaw b’mod strett il-prinċipju li ħadd ma jattakka l-ewwel. B’dan il-mod, kapaċitajiet ta’ difiża msaħħa f’dawn ir-reġjuni se jikkontribwixxu għas-sigurtà ġenerali tal-UE u jiżguraw rispons koordinat għat-theddid li qed jevolvi tul il-fruntieri tal-Unjoni. |
Il-finanzjament għad-difiża għandu jagħti prijorità lill-appoġġ għall-pajjiżi tal-UE fil-fruntieri esterni li huma l-aktar milquta direttament mill-kunflitti reġjonali bil-kundizzjoni li josservaw b’mod strett l-għanijiet u l-prinċipji kollettivi tal-UE u tan-NATO . B’dan il-mod, kapaċitajiet ta’ difiża msaħħa f’dawn ir-reġjuni se jikkontribwixxu għas-sigurtà ġenerali tal-UE u jiżguraw rispons koordinat għat-theddid li qed jevolvi tul il-fruntieri tal-Unjoni. |
Riżultat tal-votazzjoni fuq l-emenda:
|
Favur: |
106 |
|
Kontra: |
79 |
|
Astensjonijiet: |
10 |
Emenda 4
ECO/655
Finanzjament tad-difiża fl-UE
Punt 3.1
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Fil-fehma tal-KESE, l-indirizzar tar-riskji u t-theddid ġeopolitiċi elenkati fit-taqsima preċedenti u l-iżgurar tas-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej jeħtieġu żieda fl-infiq għad-difiża u s-sigurtà. Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE għandha titwettaq fil-qafas tal-politika barranija tal-UE u l-valuri li jsawruha: id-difiża tal-paċi u d-demokrazija u ta’ ordni internazzjonali abbażi tar-rispett għall-istat tad-dritt u d-dritt internazzjonali u l-istituzzjonijiet tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u l-valuri demokratiċi li jiddefinixxuha. Għalhekk, l-iżvilupp tal-kapaċità tad-difiża għandu jkun ankrat f’qafas legali vinkolanti, li jipprekludi dikjarazzjonijiet preventivi ta’ gwerra, attakki jew l-ewwel attakki minn kwalunkwe Stat Membru tal-UE kontra kwalunkwe pajjiż ieħor . |
Fil-fehma tal-KESE, l-indirizzar tar-riskji u t-theddid ġeopolitiċi elenkati fit-taqsima preċedenti u l-iżgurar tas-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej jeħtieġu żieda fl-infiq għad-difiża u s-sigurtà. Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE għandha titwettaq fil-qafas tal-politika barranija tal-UE u l-valuri li jsawruha: id-difiża tal-paċi u d-demokrazija u ta’ ordni internazzjonali abbażi tar-rispett għall-istat tad-dritt u d-dritt internazzjonali u l-istituzzjonijiet tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u l-valuri demokratiċi li jiddefinixxuha. Għalhekk, l-iżvilupp tal-kapaċità tad-difiża għandu dejjem ikun ibbażat fuq dawn il-valuri . |
Din l-emenda kienet marbuta mal-emenda 5, dwar il-punt 1.2, u mressqa mill-istess membri.
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
L-UE jeħtiġilha tiddefinixxi b’mod ċar l-objettivi tal-politika tad-difiża tagħha u ssaħħaħ il-pilastru Ewropew tad-difiża, li jrid jorbot ir-riżorsi u l-kapaċitajiet operazzjonali tagħha man-NATO. Il-politika tad-difiża hija parti mill-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE, li trid tippromovi l-paċi, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-kontinent tagħna, fil-viċinat tiegħu u fid-dinja, u tiddefendi l-istituzzjonijiet multilaterali tas-sistema tan-NU. Għalhekk, l-iżvilupp tal-kapaċità tad-difiża għandu jkun ankrat f’qafas legali vinkolanti, li jipprekludi dikjarazzjonijiet preventivi ta’ gwerra, attakki jew l-ewwel attakki minn kwalunkwe Stat Membru tal-UE kontra kwalunkwe pajjiż ieħor . |
L-UE jeħtiġilha tiddefinixxi b’mod ċar l-objettivi tal-politika tad-difiża tagħha u ssaħħaħ il-pilastru Ewropew tad-difiża, li jrid jorbot ir-riżorsi u l-kapaċitajiet operazzjonali tagħha man-NATO. Il-politika tad-difiża hija parti mill-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE, li trid tippromovi l-paċi, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-kontinent tagħna, fil-viċinat tiegħu u fid-dinja, u tiddefendi l-istituzzjonijiet multilaterali tas-sistema tan-NU. Għalhekk, l-iżvilupp tal-kapaċità tad-difiża għandu dejjem ikun ibbażat fuq dawn il-valuri . |
Ir-riżultat tal-votazzjoni għalhekk japplika għaż-żewġ emendi:
|
Favur: |
93 |
|
Kontra: |
85 |
|
Astensjonijiet: |
3 |
Emenda 6
ECO/655
Finanzjament tad-difiża fl-UE
Punt 3.23
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-Kumitat jappella biex isiru sforzi ħalli jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tal-UE fil-limitazzjonijiet attwali imposti mit- Trattat , li jillimitaw l-użu tal-baġit tal-UE għal skopijiet ta’ difiża . Is-sejbien ta’ soluzzjonijiet prattiċi f’dawn ir-restrizzjonijiet huwa essenzjali biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet kondiviżi tas-sigurtà waqt li jinżamm l-allinjament mal-prinċipji fundamentali tal-UE. |
Il-Kumitat jappella biex isiru sforzi ħalli jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tal-UE b’konformità mat- Trattat. Is-sejbien ta’ soluzzjonijiet prattiċi f’dawn ir-restrizzjonijiet huwa essenzjali biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet kondiviżi tas-sigurtà waqt li jinżamm l-allinjament mal-prinċipji fundamentali tal-UE. |
Din l-emenda kienet marbuta mal-emenda 7, dwar il-punt 1.3, u mressqa mill-istess membri.
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-Kumitat jisħaq fuq il-bżonn li jinstabu modi kif jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tal-UE fil-limitazzjonijiet attwali imposti mit- Trattat li jillimitaw l-użu tal-baġit tal-UE għal skopijiet ta’ difiża . Dan huwa essenzjali biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet komuni tas-sigurtà waqt li jinżamm l-allinjament mal-prinċipji tal-UE. |
Il-Kumitat jisħaq fuq il-bżonn li jinstabu modi kif jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tal-UE , b’konformità mat- Trattat. Dan huwa essenzjali biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet komuni tas-sigurtà waqt li jinżamm l-allinjament mal-prinċipji tal-UE. |
Ir-riżultat tal-votazzjoni għalhekk japplika għaż-żewġ emendi:
|
Favur: |
115 |
|
Kontra: |
75 |
|
Astensjonijiet: |
5 |
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 74(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
Emenda 3
ECO/655
Finanzjament tad-difiża fl-UE
Punt 3.4
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-KESE jissottolinja wkoll l-importanza li l-membri Ewropej tan-NATO j impenjaw ruħhom li jonfqu mill-inqas 2,5 % tal-PDG tagħhom fuq id-difiża, bħala parti minn rispons robust għat-theddid ġeopolitiku attwali. L-Istati Membri se jżommu sovranità sħiħa fuq il-forzi armati tagħhom. Dan il-prinċipju jifforma l-pedament tal-politika Ewropea tad-difiża, waqt li jiżgura li l-prijoritajiet tas-sigurtà nazzjonali jallinjaw mal-għanijiet kollettivi tal-UE u tan-NATO. Dan l-impenn mhux biss jallinja mal-linji gwida tan-NATO iżda se jiżgura wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji u strateġiċi akbar kemm għas-sigurtà Ewropea kif ukoll għal dik trans-Atlantika. Dan id-djalogu jwitti t-triq għal pożizzjoni ta’ difiża aktar reżiljenti u reattiva madwar l-UE. |
Il-KESE jissottolinja wkoll kemm huwa importanti li l-membri Ewropej tan-NATO jissodisfaw b’mod urġenti l-impenji ta’ nfiq tagħhom tan-NATO u jiddeterminaw liema finanzjament addizzjonali huwa meħtieġ għall-10 snin li ġejjin. Dan l-impenn mhux biss jallinja mal-linji gwida tan-NATO iżda se jiżgura wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji u strateġiċi akbar kemm għas-sigurtà Ewropea kif ukoll għal dik trans-Atlantika. Dan id-djalogu jwitti t-triq għal pożizzjoni ta’ difiża aktar reżiljenti u reattiva madwar l-UE. |
|
Raġuni |
|
|
Ser tingħata bil-fomm. |
|
Riżultat tal-votazzjoni fuq l-emenda:
|
Favur: |
79 |
|
Kontra: |
102 |
|
Astensjonijiet: |
3 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2013/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)