European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1992

3.4.2025

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2025/1992)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Irouléguy”

PDO-FR-A0708-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 8.1.2025

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

Dispożizzjonijiet agroambjentali

L-għan tal-applikazzjoni huwa li tiġi emendata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-Kapitolu 1, it-Taqsima VI “Il-ġestjoni tal-vinji”, il-punt 2 “Prattiki oħra ta’ kultivazzjoni” u li jiġu introdotti d-dispożizzjonijiet agroambjentali li ġejjin:

Hija meħtieġa kisja permanenti ta’ ħaxix tul il-konfini tar-roqgħa art: l-istrixxi art li ma jinħartux u ż-żoni bejn l-irqajja’ li fihom ma jinżera’ xejn jew li ma humiex ikkultivati. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal strixxi art li ma jinħartux li qegħdin jiġu rrestawrati, b’mod partikolari wara l-erożjoni jew avvenimenti klimatiċi eċċezzjonali.

It-tneħħija tal-ħaxix ħażin mill-irqajja’ art bi proċess totalment kimiku hija pprojbita.

It-trattament tal-pjanti bl-ilma sħun huwa obbligatorju.

Dawn l-emendi huma mfassla biex iqisu aħjar id-domandi tas-soċjetà għal inqas użu ta’ prodotti fitosanitarji u rispett aħjar tal-ambjent.

Id-Dokument Uniku ġie emendat fil-punt “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Irouléguy

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.1.   Kodiċi tan-nomenklatura magħquda

22 - XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 - Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbejjed bojod

DESKRIZZJONI QASIRA

Inbejjed bojod ikkaratterizzat mill-qawwa aromatika tagħhom. It-taħlit ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet ta’ dwieli jagħmilha possibbli li tissaħħaħ il-kumplessità aromatika u l-bilanċ tal-inbid; bħala riħa l-inbejjed spiss ikollhom noti ta’ frott eżotiku, filwaqt li fil-palat is-sensazzjoni żejtnija hija bbilanċjat sew mill-aċidità.

L-inbejjed għandhom:

1.

qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 11 %.

2.

qawwa alkoħolika ta’ 13,5 % jew aktar wara l-arrikkiment.

Kull lott li jkun lest għall-kummerċjalizzazzjoni, bl-ingrossa jew imballat:

1.

kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ ≤ 5 g/L;

2.

kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ ≤ 4 g/L għall-inbejjed b’TAVN ta’ > 14 %.

Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) 11

Aċidità totali minima f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

2.   Inbejjed rożè

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed rożè prodotti bil-varjetajiet ewlenin Cabernet franc N u Tannat N, li jagħtuhom il-kulur u l-aromi ta’ frott. L-inbejjed jiżviluppaw bilanċ tajjeb bejn is-sensazzjoni żejtnija u l-aċidità bis-saħħa tal-użu tal-irqajja’ art magħżula li jiffavorixxu l-maturazzjoni tajba u l-istat ta’ saħħa tajjeb tal-għeneb.

L-inbejjed għandhom:

1.

qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 11 %.

2.

qawwa alkoħolika ta’ 13,5 % jew aktar wara l-arrikkiment.

Kull lott li jkun lest għall-kummerċjalizzazzjoni, bl-ingrossa jew imballat, jippreżenta kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ ≤ 4 g/L.

Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) 11

Aċidità totali minima f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

3.   Inbejjed ħomor

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed ħomor prodotti bil-varjetajiet ewlenin Cabernet franc N u Tannat N, li jagħtuhom il-kulur, l-aromi ta’ frott u t-tannini fi kwantità sinifikanti. L-espressjoni aromatika hija ċċentrata fuq il-frott, iżda tevolvi lejn aromi kumplessi ta’ konfettura u ħwawar. It-tannini huma pjuttost dominanti fl-inbid mhux matur, u jsiru aktar delikati wara t-tqaddim biex jagħtu struttura bbilanċjata.

L-inbejjed għandhom:

1.

qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 11 %.

2.

qawwa alkoħolika ta’ 13,5 % jew aktar wara l-arrikkiment.

Kull lott li jkun lest għall-kummerċjalizzazzjoni, bl-ingrossa jew imballat:

1.

kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ ≤3g/L għall-inbejjed b’TAVN ta’ ≤14 %

2.

kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ ≤ 4 g/L għall-inbejjed b’TAVN ta’ >14 %

3.

kontenut ta’ aċidu maliku ta’ ≤ 0,3 g/L

Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) 11

Aċidità totali minima f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Restrizzjonijiet

Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbid

L-użu ta’ preses kontinwi huwa pprojbit.

L-użu tal-faħam għall-produzzjoni tal-inbid, kemm waħdu kif ukoll imħallat fi preparazzjonijiet, huwa pprojbit fil-produzzjoni tal-inbejjed rożè.

2.   Densità ta’ tħawwil - Wisa’

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima ta’ tħawwil tad-dwieli għandha tkun ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru.

Il-wisa’ bejn il-flanni hija ta’ 2,50 metri jew inqas.

Il-wisa’ bejn il-pjanti fuq l-istess flann hija ta’ 0,90 metru jew aktar.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għad-dwieli mħawla f’raba’ mtarraġ. Għal dawn id-dwieli, il-wisa’ bejn il-pjanti fuq l-istess flann hija ta’ 0,80 metru jew aktar.

3.   Żbir tad-dielja

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-dwieli jinżabru bil-metodu Guyot singolu jew doppju jew b’żabra qasira (is-sistema tal-cordon Royat).

L-għadd ta’ għejun għal kull pjanta ma jaqbiżx:

16 għall-varjetajiet ta’ dwieli cabernet franc N, cabernet-sauvignon N, courbu B, petit courbu B, petit manseng B;

12 għall-varjetajiet ta’ dwieli Tannat N u Gros Manseng B.

4.   Prattiki oħra ta’ kultivazzjoni

Prattika tal-kultivazzjoni

a)

Sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku u bijoloġiku li huwa element fundamentali tat-terren. Hija meħtieġa kisja permanenti ta’ ħaxix tul il-konfini tar-roqgħa art: l-istrixxi art li ma jinħartux u ż-żoni bejn l-irqajja’ li fihom ma jinżera’ xejn jew li ma humiex ikkultivati. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal strixxi art li ma jinħartux li qegħdin jiġu rrestawrati, b’mod partikolari wara l-erożjoni jew avvenimenti klimatiċi eċċezzjonali.

b)

It-tneħħija tal-ħaxix ħażin mill-irqajja’ art bi proċess totalment kimiku hija pprojbita

c)

It-trattament tal-pjanti bl-ilma sħun huwa obbligatorju.

5.   Irrigazzjoni

Prattika tal-kultivazzjoni

L-irrigazzjoni tista’ tiġi awtorizzata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D.645-5 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

6.   Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ħsad

Prattika tal-kultivazzjoni

L-għeneb jinqata’ bl-idejn.

5.2.   Rendimenti massimi

1.

 

60 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département tal-Pyrénées-Atlantiques: Aincille, Anhaux, Ascarat, Bidarray, Bussunarits-Sarrasquette, Bustince-Iriberry, Irouléguy, Ispoure, Jaxu, Lasse, Lecumberry, Ossès, Saint-Etienne-de-Baïgorry, Saint-Jean-le-Vieux, Saint-Martin-d’Arrossa.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Cabernet franc N

Cabernet-Sauvignon N

Gros Manseng B

Petit Courbu B

Petit Manseng B

Tannat N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinji żviluppaw mis-seklu 13 taħt l-influwenza monastika tar-rotta ta’ St-Jacques, li taqsam iż-żona. Tinsab f’qiegħ il-muntanji Baski, tkopri l-ġnub tal-għoljiet weqfin, esposti sew u xemxin. Il-ħamrija li tiskula u l-inklinazzjoni tal-art jiskulaw l-ilma żejjed li ġej mix-xita qawwija. Ir-riħ tan-Nofsinhar tal-ħarifa jsaħħaħ l-effett tat-temperatura u tax-xemx u b’hekk l-għeneb isir sew. Il-varjetajiet lokali adattati b’mod partikolari għall-klima jagħtu nbejjed ħomor tanniċi u bbilanċjati u nbejjed rożè b’togħma ta’ frott bis-saħħa tal-maturazzjoni tajba tal-għeneb minn dwieli xemxin, u nbejjed bojod vivaċi u aromatiċi f’din il-klima li ma tikkawża l-ebda stress idriku.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Unità ġeografika usa’

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikketti tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Irouléguy” jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-unità ġeografika usa’ ta’ “Sud-Ouest”. Id-daqs tal-ittri għall-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, fl-għoli jew fil-wisa’, mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-90b99013-a98c-483b-8dd1-07c72e57536b


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1992/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)