European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1899

7.4.2025

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2025 – Twinset vs EUIPO – Christian Dior Couture (T ġo ellissi orizzontali)

(Kawża T-115/25)

(C/2025/1899)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Twinset SpA (Carpi, l-Italja) (rappreżentanti: I. Gatto, E. Barone u A. Landi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Christian Dior Couture SA (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea T ġo ellissi orizzontali – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 659 646

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Diċembru 2024 fil-Każ R 251/2024-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1899/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)