European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1884

7.4.2025

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2025 – Illumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-5/23)  (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tal-industrija farmaċewtika - Sistemi ta’ sekwenzjar ġenetiku - Akkwist minn Illumina tal-kontroll esklużiv ta’ Grail - Deċiżjoni dwar miżuri provviżorji adottati skont l-Artikolu 8(5)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Irtirar tal-att ikkontestat - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(C/2025/1884)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Illumina, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Beard, barrister, F. González Díaz, M. Siragusa u T. Spolidoro, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, B. Ernst u P. Berghe, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 7889 final tat-28 ta’ Ottubru 2022 li tadotta miżuri provviżorji (Każ M.10938 – Illumina vs Grail) skont l-Artikolu 8(5)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Grail LLC.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk imġarrba minn Illumina, Inc.

4)

Grail LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)   ĠU C 63, 20.2.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1884/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)