|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1878 |
7.4.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-9 ta’ Jannar 2025 – Bisdom Gent VZW vs Gegevensbeschermingsautoriteit; partijiet oħra: JM et
(Kawża C-12/25, Bisdom Gent)
(C/2025/1878)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bisdom Gent VZW
Konvenut: Gegevensbeschermingsautoriteit
Partijiet oħra: JM, Unie Vrijzinnige Verenigingen VZW, Centre d’action laïque VZW, Centrale Raad der niet confessionele levensbeschouwelijke gemeenschappen van België VZW, FA, BZ, MO, RV, TA, CH, LV, DF, NA, BU, RA, JD, MI, DO
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) (iktar ’il quddiem il-“GDPR”), moqri flimkien mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali kif iggarantit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), flimkien mal-libertà ta’ ħsieb, ta’ kuxjenza u ta’ reliġjon kif iggarantita fl-Artikolu 10 tal-Karta u fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll mal-prinċipju tas-separazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat, kif stabbilit fl-Artikoli 19 u 21 tal-Kostituzzjoni Belġjana, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li kienet ġiet mgħammda bħala minuri u li għandha l-intenzjoni li titbiegħed mill-Knisja Kattolika Rumana bħala persuna maġġorenni għandha dritt għat-tħassir tad-data personali tagħha fir-reġistru tal-magħmudiji jew fis-sens li ma għandhiex dan id-dritt? |
|
2) |
Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 17(1)(c) tal-GDPR, il-fatt li l-iskrizzjoni fir-reġistru tal-magħmudiji taffettwa, skont il-kontrollur, id-drittijiet fundamentali msemmija iktar ’il fuq (libertà ta’ reliġjon) tal-kontrollur u tal-komunità ekkleżjastika Kattolika Rumana li huwa jirrappreżenta jwassal għal risposta differenti? |
|
3) |
Il-fatt li dan ir-reġistru tal-magħmudiji ma huwiex reġistru diġitali iżda mezz materjali uniku fil-forma ta’ ktieb, bil-paġni recto verso li fuq in-naħa ta’ wara tagħhom tidher ukoll data ta’ persuni kkonċernati oħra, iwassal għal risposta differenti? |
|
4) |
Il-fatt li l-ktieb innifsu jikkostitwixxi artefatt storiku u li r-reġistru tal-magħmudiji jikkostitwixxi rappreżentazzjoni unika ta’ fatti storiċi li ma huma rreġistrati mkien ieħor, l-ipproċessar ta’ data li għalhekk iseħħ ukoll għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika fis-sens tal-Artikolu 17(3)(d) tal-GDPR, iwassal għal risposta differenti? |
|
5) |
Sa fejn jeżisti dritt għat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 17(1) tal-GDPR u sa fejn ebda eċċezzjoni għal dan id-dritt ma tapplika fis-sens tal-Artikolu 17(3) tal-GDPR, l-annotazzjoni fil-marġni tar-reġistru tal-magħmudiji li tindika li persuna ħalliet il-Knisja tissodisfa, b’mod ekwivalenti, l-imsemmi dritt? |
(1) ĠU 2016, L 199, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1878/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)