|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1865 |
7.4.2025 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Frar 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Athenian Brewery SA, Heineken NV vs Macedonian Thrace Brewery SA
(Kawża C-393/23 (1) , Athenian Brewery u Heineken)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Ġuridizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni speċjali - Il-punt 1 tal-Artikolu 8 - Numru ta’ konvenuti - Talbiet b’“rabta tant stretta” li jkun hemm interess li jinstemgħu u li jiġu deċiżi fl-istess waqt - Artikolu 102 TFUE - Kunċett ta’ “impriża” - Kumpannija omm u sussidjarja - Ksur imwettaq mis-sussidjarja - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm - Responsabbiltà in solidum - Deċiżjoni ta’ awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali - Azzjonijiet għad-danni)
(C/2025/1865)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Athenian Brewery SA, Heineken NV
Konvenut: Macedonian Thrace Brewery SA
Dispożittiv
Il-punt 1 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
ma jipprekludix li, fil-każ ta’ talbiet intiżi sabiex kumpannija omm u s-sussidjarja tagħha jiġu kkundannati in solidum jikkumpensaw id-dannu mġarrab minħabba t-twettiq, mis-sussidjarja, ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-qorti tad-domiċilju tal-kumpannija omm adita b’dawn it-talbiet tibbaża ruħha, sabiex tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha, fuq il-preżunzjoni li, meta kumpannija omm iżżomm direttament jew indirettament il-kapital kollu jew kważi kollu ta’ sussidjarja li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, hija teżerċita influwenza determinanti fuq din is-sussidjarja, sa fejn il-konvenuti ma jkunux imċaħħda mill-possibbiltà li jinvokaw indizji probatorji li jissuġġerixxu li din il-kumpannija omm ma żżommx direttament jew indirettament il-kapital kollu jew kważi kollu tal-imsemmija sussidjarja tagħha, jew sa fejn din il-preżunzjoni jkollha madankollu tiġi kkonfutata.
(1) ĠU C, C/2023/115.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1865/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)