|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1830 |
20.3.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha
(C/2025/1830)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Alexey Valeryevich MININ (Nru 3), Aleksei Sergeyvich MORENETS (Nru 4), Evgenii Mikhaylovich SEREBRIAKOV (Nru 5), Oleg Mikhaylovich SOTNIKOV (Nru 6), Dmitry Sergeyevich BADIN (Nru 7), Igor Olegovich KOSTYUKOV (Nru 8), persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 (2) dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendata prevista għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-28 ta' Marzu 2025 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1830/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)