European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1820

20.3.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11869 - STONE POINT / HPS / MDP / ARDONAGH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1820)

1.   

Fl-10 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Stone Point Capital LLC (“SPC”, l-Istati Uniti),

HPS Investment Partners LLC (“HPS”, l-Istati Uniti) ikkontrollata minn HPS Group, L.P. (l-Istati Uniti),

Madison Dearborn Partners LLC (“MDP”, l-Istati Uniti),

Ardonagh Group Holdings Limited (“Ardonagh”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn HPS u MDP.

SPC, HPS u MDP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Ardonagh.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

SPC hija ditta tal-investiment ibbażata fl-Istati Uniti li timmira lejn investimenti f’kumpaniji fl-industrija globali tas-servizzi finanzjarji u setturi relatati. Id-ditta tinvesti f’għadd ta’ klassijiet ta’ assi alternattivi, inkluża l-ekwità privata permezz tal-Fondi Trident ewlenin tagħha. SPC timmaniġġja wkoll fondi ta’ kreditu likwidi u privati u kontijiet ġestiti,

HPS hija ditta ta’ investiment ibbażata fl-Istati Uniti attiva globalment b’affiljati li jimmaniġġjaw fondi ta’ investiment, inklużi kontijiet ġestiti separatament (“Fondi HPS”) u aggregazzjonijiet ta’ obbligi ta’ self kollateralizzat. Il-fondi HPS għandhom investimenti ta’ ekwità jew ta’ dejn f’kumpaniji tal-portafoll, direttament jew indirettament,

MDP hija ditta ta’ ekwità privata mmirata lejn l-investimenti fl-industriji kollha, inklużi l-Industriji Bażiċi, is-Servizzi tat-Teknoloġija u l-Gvern, is-Servizzi Finanzjarji, u l-Kura tas-Saħħa,

Ardonagh huwa grupp ta’ senserija tal-assigurazzjoni li jipprovdi firxa ta’ prodotti u servizzi relatati mal-assigurazzjoni fir-Renju Unit, fl-Irlanda, u fis-swieq internazzjonali. Is-segmenti operattivi tiegħu jinkludu Ardonagh Specialty and Global P&C, li jinkludu Ardonagh UK, Ardonagh Europe, Ardonagh APAC, u Ardonagh Iberia & ROW. Il-pjattaforma Global P&C tiffoka fuq l-SMEs u l-klijenti korporattivi medji, filwaqt li Ardonagh Specialty hija sensar speċjalizzat indipendenti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11869 — STONE POINT / HPS / MDP / ARDONAGH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1820/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)