European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1818

27.3.2025

AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Il-programm ta’ ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea tal-2025

(C/2025/1818)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea (1) jistipula li l-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea. F’konformità mar-regoli rispettivi, dan l-Avviż tal-Kummissjoni jidentifika l-istandards Ewropej u r-riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea li l-Kummissjoni beħsiebha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni għall-2025, kif ukoll l-objettivi u l-politiki speċifiċi għal dawn l-istandards u r-riżultati (ara l-Anness).

L-Avviż tfassal biex jappoġġa speċifikament il-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE bl-objettiv li jikkontribwixxi għal suq uniku ekoloġiku, diġitali u reżiljenti kif ukoll l-objettivi internazzjonali tal-UE.

Ir-rwol tal-istandardizzazzjoni għall-politiki tal-UE ġie indirizzat f’diversi dokumenti ta’ politika tal-Kummissjoni, b’mod partikolari l-istrateġija ta’ standardizzazzjoni (2) u l-istrateġija industrijali tal-UE (3). L-istandards jappoġġaw il-politiki tal-UE biex jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi tal-UE jkunu kompetittivi fid-dinja kollha u jirriflettu l-aktar kunsiderazzjonijiet avvanzati fir-rigward tas-sikurezza, tas-sigurtà, tas-saħħa, tas-soċjetà u tal-ambjent. Barra minn hekk, huma għodda importanti għar-riċerka, l-iżvilupp u l-valorizzazzjoni tal-innovazzjoni peress li juru prova tal-kunċett u jisfruttaw l-introduzzjoni ta’ ktajjen tal-valur industrijali ġodda għalkollox fl-oqsma ekoloġiċi u diġitali (4).

Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, il-Kummissjoni tinkludi objettivi għad-dimensjoni internazzjonali fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha tal-Unjoni.

Ir-rwol tal-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni huwa importanti għall-promozzjoni tar-rwol ewlieni tal-UE bħala entità li tistabbilixxi l-istandards globali, kif identifikat fl-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (5).

L-Anness ta’ dan l-Avviż fih azzjonijiet għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej jew tar-riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea. Dawn huma meħtieġa u xierqa biex jiġu appoġġati l-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE, u b’hekk jissaħħaħ ir-rwol ewlieni tal-UE fl-istabbiliment tal-istandards globali.

Il-programm ta’ ħidma annwali tal-UE tal-Kummissjoni għandu jidentifika l-prijoritajiet strateġiċi ta’ politika għall-istandardizzazzjoni Ewropea. Mill-pubblikazzjoni tal-istrateġija ta’ standardizzazzjoni fl-2022, l-Avviżi sussegwenti tal-Kummissjoni identifikaw lista ta’ azzjonijiet ta’ prijorità politika fost il-punti elenkati fl-Anness. Dawn ir-riżultati tal-istandardizzazzjoni prijoritarji jappoġġaw il-politiki kritiċi tal-UE fil-kisba ta’ suq uniku ekoloġiku, diġitali u reżiljenti u jistħoqqilhom aktar attenzjoni mis-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni, inkluż riżultati rapidi.

Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (6) li twaqqaf il-Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li ġie stabbilit f’Jannar 2023, il-Kummissjoni tirċievi parir mingħand il-Forum dwar l-azzjonijiet ta’ prijorità għall-programm ta’ ħidma annwali tal-Unjoni. Dan il-parir tqies fl-Avviż tal-Kummissjoni ta’ din is-sena.

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni identifikat l-azzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li ġejjin bħala prijoritajiet ta’ politika:

1.

Il-bijomaterjali, il-prodotti b’bażi bijoloġika u dawk derivati mill-injam: Din il-prijorità għandha l-għan li ttejjeb is-sostenibbiltà, iċ-ċirkolarità u l-effiċjenza fir-riżorsi filwaqt li tippreserva l-bijodiversità u tappoġġa l-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-bażi industrijali tal-UE.

2.

Il-materja prima kritika għall-batteriji tal-vetturi elettriċi: Din il-prijorità għandha l-għan li tippromwovi prattiki ta’ forniment sostenibbli fil-katina tal-valur tal-minerali u tal-materjali użati għall-produzzjoni tal-batteriji u li tappoġġa swieq tar-riċiklaġġ effiċjenti, filwaqt li żżid id-disponibbiltà ta’ materja prima sekondarja ta’ kwalità u ttejjeb l-awtonomija strateġika tal-industrija tagħna.

3.

Il-kwalifikazzjoni tal-materjali ta’ reatturi modulari żgħar: Din il-prijorità għandha l-għan li ssaħħaħ is-settur tal-enerġija nukleari tal-UE billi tiżviluppa standards għall-materjali u l-fluwidi berrieda f’reatturi modulari żgħar, filwaqt li ssaħħaħ is-sikurezza, trawwem l-innovazzjoni u tappoġġa l-objettivi żero netti tal-UE.

4.

Qafas tad-Data Affidabbli tal-UE: Il-Kummissjoni ttenni l-prijorità ta’ politika tal-2024 dwar qafas tad-data affidabbli biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Att dwar id-Data.

5.

Il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali: Il-Kummissjoni, wara l-emenda tar-Regolament rilevanti, ittenni l-prijorità ta’ politika tal-2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għal Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali.

6.

Standards li jixprunaw l-iżvilupp tat-teknoloġija kwantistika u l-implimentazzjoni ta’ protokolli tal-Kriptografija Postkwantistika: Din l-azzjoni għandha l-għan li tippożizzjona lill-UE fuq quddiem nett fl-istandards tat-teknoloġija kwantistika u tal-Kriptografija Postkwantistika (Post-Quantum Cryptography, PQC) billi tirrinforza r-rwol internazzjonali tagħha, tallinja l-isforzi frammentati tal-UE u ssaħħaħ ir-rabtiet bejn l-istandardizzazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni biex jittejbu l-kompetittività u s-sigurtà.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(2)   COM(2022) 31.

(3)   COM(2021) 350.

(4)   Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prinċipji gwida għall-valorizzazzjoni tal-għarfien tal-21 ta’ Novembru 2022.

(5)   COM(2021) 252.

(6)   C(2022) 6189.


ANNESS

Ħarsa Ġenerali

F’dan il-programm ta’ ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea għall-2025, ġew identifikati l-prijoritajiet ta’ politika li ġejjin fost it-78 azzjoni elenkati hawn taħt:

Il-bijomaterjali, il-prodotti b’bażi bijoloġika u dawk derivati mill-injam (l-Azzjoni 5)

Il-materja prima kritika għall-batteriji ta’ vetturi elettriċi (l-Azzjoni 3)

Il-kwalifikazzjoni ta’ materjali ta’ reatturi modulari żgħar (l-Azzjoni 55)

Il-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE (l-Azzjoni 14)

Il-Qafas ta’ Data Affidabbli tal-UE (l-Azzjoni 8)

L-istandards li jixprunaw l-iżvilupp tat-teknoloġija kwantistika u l-implimentazzjoni ta’ protokolli tal-Kriptografija Postkwantistika (l-Azzjoni 19)

Il-lista sħiħa ta’ azzjonijiet fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Unjoni għall-2025 hija maqsuma f’ħames kategoriji ewlenin:

(1)

Ir-reżiljenza tal-industrija Ewropea;

(2)

It-tranżizzjoni diġitali;

(3)

It-tranżizzjoni ekoloġika;

(4)

Is-sistema satellitari u l-infrastruttura spazjali Ewropej;

(5)

Is-suq intern għall-prodotti u s-servizzi.

L-azzjonijiet dwar ir-reżiljenza għandhom l-għan li jappoġġaw dan li ġej:

Il-materja prima kritika, inkluża dik għall-batteriji ta’ vetturi elettriċi u r-riċiklaġġ ta’ materja prima kritika minn kalamiti permanenti (l-Azzjonijiet 1-3)

It-tekniki ta’ manifattura addittiva (l-Azzjoni 4)

Il-bijomaterjali, il-prodotti b’bażi bijoloġika u dawk derivati mill-injam (l-Azzjoni 5)

L-azzjonijiet dwar it-tranżizzjoni diġitali għandhom l-għan li jappoġġaw dan li ġej  (1) :

Ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali (l-Azzjoni 6)

Il-verifika online tal-età (l-Azzjoni 7)

Il-Qafas ta’ Data Affidabbli tal-UE (l-Azzjoni 8)

L-interoperabbiltà għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data (l-Azzjoni 9)

L-ekosistema virtwali u tar-realtà awmentata sigura u interoperabbli u l-ekonomija virtwali (l-Azzjoni 10)

L-appoġġ għall-politika tal-UE dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Azzjoni 11)

Is-servizzi intermedjarji diġitali (l-Azzjoni 12)

Id-dizzjunarji tad-data fis-settur tal-inġinerija (l-Azzjoni 13)

Il-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE (l-Azzjoni 14)

L-informazzjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini (l-Azzjoni 15)

Il-personalizzazzjoni tal-offerta tal-media f’apparati u interfaċċi tal-utenti (l-Azzjoni 16)

It-Tewmin Diġitali Lokali u l-Bliet Intelliġenti (l-Azzjoni 17)

Is-servizzi ta’ ħruġ ta’ biljetti multimodali u b’aktar minn operatur wieħed (l-Azzjoni 18)

L-istandards li jixprunaw l-iżvilupp tat-teknoloġija kwantistika u l-implimentazzjoni ta’ protokolli tal-Kriptografija Postkwantistika (l-Azzjoni 19)

L-azzjonijiet dwar it-tranżizzjoni ekoloġika għandhom l-għan li jappoġġaw dan li ġej:

It-teknoloġiji u l-komponenti tal-idroġenu, u t-trasport u l-ħżin tal-idroġenu (l-Azzjonijiet 20-21)

It-trasport u l-ħżin permanenti tad-diossidu tal-karbonju (l-Azzjoni 22)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija (l-Azzjonijiet 23-40)

Ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta’ materjali f’vetturi li ma għadhomx jintużaw (l-Azzjoni 41)

Il-kejl tal-kwalità tal-arja ambjentali (l-Azzjonijiet 42-45)

L-emissjonijiet industrijali (l-Azzjoni 46)

L-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija (l-Azzjoni 47)

Il-mikroplastiks (l-Azzjoni 48)

Il-valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema (l-Azzjoni 49)

Il-prodotti fertilizzanti (l-Azzjoni 50)

Ir-reżiljenza għall-klima u d-dekarbonizzazzjoni fl-infrastruttura tat-trasport (l-Azzjoni 51)

Il-konnessjonijiet elettriċi max-xatt għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna (l-Azzjoni 52)

Id-disinn u r-riċiklaġġ tal-irkaptu tas-sajd (l-Azzjoni 53)

L-infrastruttura għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi (l-Azzjoni 54)

Il-kwalifikazzjoni ta’ materjali ta’ reatturi modulari żgħar (l-Azzjoni 55)

Il-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja (l-Azzjoni 56)

Id-dokumentazzjoni teknika fl-elettronika (l-Azzjoni 57)

L-industrija tal-algi sostenibbli tal-UE (l-Azzjoni 58)

L-azzjonijiet dwar is-sistema satellitari u l-infrastruttura spazjali Ewropej jappoġġaw dan li ġej:

L-integrità u l-akkuratezza tad-data spazjali (l-Azzjoni 59)

Id-disinn ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b’riskju baxx (l-Azzjoni 60)

L-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju (l-Azzjoni 61)

Is-sikurezza, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet fl-ispazju (l-Azzjoni 62)

L-azzjonijiet dwar is-suq intern għall-prodotti u s-servizzi jappoġġaw dan li ġej:

L-apparati mediċi u l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro (l-Azzjoni 63)

L-istrumenti tal-użin u tal-kejl (l-Azzjoni 64)

L-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja (l-Azzjoni 65)

Il-Voltaġġ Baxx (l-Azzjoni 66)

Id-dizzjunarju tad-data għar-rappurtar lill-awtoritajiet superviżorji tas-settur finanzjarju (l-Azzjoni 67)

Il-kunsiderazzjonijiet antropometriċi għas-sikurezza tal-makkinarju (l-Azzjoni 68)

Il-kunsiderazzjonijiet antropometriċi għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali (l-Azzjoni 69)

It-tagħmir ta’ protezzjoni personali (l-Azzjoni 70)

Il-prodotti għall-bini (l-Azzjoni 71)

L-emissjonijiet u r-radjazzjoni ta’ sustanzi perikolużi minn prodotti għall-bini (l-Azzjoni 72)

L-esponiment għan-nar tal-faċċati tal-bini (l-Azzjoni 73)

L-infrastruttura taċ-ċikliżmu u l-ippjanar tal-mobbiltà (l-Azzjoni 74)

Is-sikurezza tal-ġugarelli (l-Azzjoni 75)

Il-Kompatibbiltà Elettromanjetika (l-Azzjoni 76)

It-tagħmir tar-radju (l-Azzjoni 77)

Is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur (l-Azzjoni 78)

Azzjonijiet għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej jew riżultati ta’ standardizzazzjoni Ewropea li jappoġġaw ir-reżiljenza tal-industrija Ewropea

Ref

Titolu

Referenza

Standards Ewropej / riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea

Objettivi u politiki speċifiċi għall-istandards Ewropej / riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea

1

Ir-riċiklaġġ ta’ materja prima kritika minn kalamiti permanenti

Ir-Regolament (UE) 2024/1252 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej għar-riċiklaġġ ta’ kalamiti permanenti. L-istandards jenħtieġ li:

jappoġġaw metodi li huma ekonomikament kompetittivi meta mqabbla mal-produzzjoni primarja;

jiżguraw li l-proċessi ta’ riċiklaġġ jirrispettaw l-ambjent;

jirkupraw in-neodimju f’forma li hija xierqa għall-produzzjoni ta’ kalamiti ta’ kwalità għolja;

jiġbru u jisseparaw prodotti użati li fihom il-kalamiti tan-neodimju.

L-għan tal-azzjoni huwa li tiżgura l-ktajjen tal-provvista tal-UE u li tnaqqas l-impatti ambjentali assoċjati mal-produzzjoni primarja.

2

Materja prima kritika

Ir-Regolament (UE) 2024/1252 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej u ta’ riżultati ta’ standardizzazzjoni Ewropea li jappoġġaw l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, ir-raffinar u r-riċiklaġġ ta’ materja prima kritika.

L-għan tal-azzjoni huwa li ssaħħaħ il-katina tal-valur tal-materja prima kritika tal-UE sabiex jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u tinbena r-reżiljenza tal-UE.

3

Materja prima kritika għall-batteriji ta’ vetturi elettriċi

Ir-Regolament (UE) 2023/1542 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej għall-estrazzjoni, ir-raffinar, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ ta’ minerali u materjali użati għall-produzzjoni tal-batteriji.

L-għan huwa li l-katina tal-valur tal-minerali u tal-materjali li tintuża għall-produzzjoni tal-batteriji tiġi adattata għal prattiki ta’ provenjenza sostenibbli u li jiġi appoġġat il-funzjonament effiċjenti tas-swieq tar-riċiklaġġ sabiex tiżdied id-disponibbiltà ta’ materja prima sekondarja ta’ kwalità.

4

Tekniki ta’ manifattura addittiva

Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva - COM/2020/98 final

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej li jappoġġaw il-manifattura addittiva, inkluż l-istampar 3D/4D, li jkopru s-sistemi ta’ manifattura tal-metall, tal-polimeru, taċ-ċeramika, u oħrajn ibbażati fuq il-materjal.

L-azzjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-effiċjenza enerġetika u żżid il-kompetittività ta’ oġġetti ġodda b’materjali multipli u materjali u prodotti b’diversi funzjonijiet għal diversi applikazzjonijiet, inkluż dawk bijomediċi, fil-manifattura addittiva.

5

Bijomaterjali, prodotti b’bażi bijoloġika u dawk derivati mill-injam

Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: Tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent COM/2018/673 final

Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli COM/2021/800 final

L-iżvilupp ta’ standards ġodda u r-reviżjoni tal-istandards eżistenti dwar il-bijomaterjali, il-prodotti b’bażi bijoloġika u l-prodotti derivati mill-injam. Dan jinkludi d-definizzjoni tat-terminoloġija, l-armonizzazzjoni tal-metodi ta’ ttestjar għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni, u l-istabbiliment ta’ kriterji tal-prestazzjoni biex jittejbu s-sostenibbiltà, iċ-ċirkolarità u l-effiċjenza fir-riżorsi, kif ukoll, fejn applikabbli, ir-rinnovabbiltà u l-bijodegradabbiltà. L-iżvilupp ta’ regoli tal-kategorija tal-prodotti b’appoġġ għall-EN 15804 għall-prodotti strutturali tal-injam, għall-pannelli bbażati fuq l-injam u għall-materjali anċillari tagħhom.

L-objettiv ewlieni huwa li tissaħħaħ il-bażi industrijali tal-UE billi jiġu żviluppati ktajjen tal-valur ġodda u proċessi industrijali sostenibbli u aktar kosteffettivi, filwaqt li jinżammu u jiġu estiżi s-setturi u l-industriji b’bażi bijoloġika, jiġu attirati l-investimenti, u tiżdied l-adozzjoni mis-suq.

Azzjonijiet għall-iżvilupp u r-reviżjoni ta’ standards Ewropej jew ta’ riżultati ta’ standardizzazzjoni Ewropea li jappoġġaw it-tranżizzjoni diġitali

Ref

Titolu

Referenza

Standards Ewropej / riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea

Objettivi u politiki speċifiċi għall-istandards Ewropej / riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea

6

Rekwiżiti taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali

Ir-Regolament (UE) 2024/2847 dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali (Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika)

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej u ta’ riżultati ta’ standardizzazzjoni Ewropea li jikkorrispondu għal speċifikazzjonijiet essenzjali taċ-ċibersigurtà kif stabbilit bl-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika u b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(i)

l-ispeċifikazzjonijiet ta’ sigurtà relatati mal-proprjetajiet tal-prodotti b’elementi diġitali u l-ispeċifikazzjonijiet tat-trattament tal-vulnerabbiltà;

(ii)

il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-livelli ta’ aċċertament relatati ma’ prodotti b’elementi diġitali, kif imsemmi hawn fuq;

(iii)

il-metodoloġiji ta’ evalwazzjoni għall-valutazzjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà assoċjati ma’ prodotti b’elementi diġitali.

L-objettiv ewlieni huwa li jinħolqu kundizzjonijiet għall-iżvilupp ta’ prodotti siguri b’elementi diġitali billi jiġi żgurat li l-prodotti tal-hardware u tas-software jiġu introdotti fis-suq b’anqas vulnerabbiltajiet u jiġi żgurat li l-manifatturi jieħdu s-sigurtà bis-serjetà matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott.

7

Verifika online tal-età

COM (2022) 212 final — Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ: l-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+)

Ir-Regolament (UE) 2024/1183 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali

Ir-Regolament (UE) 2022/2065 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għall-aċċertament/il-verifika tal-età online fil-kuntest tar-Regolament dwar il-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (eID, European Digital Identity Framework) u r-Regolament dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA, Digital Services Act).

L-objettiv ewlieni huwa li tittejjeb is-sikurezza tat-tfal online permezz ta’ verifika tal-età sigura, iċċertifikata u interoperabbli (sistemi għall-aċċess tas-servizzi online fl-UE kollha). L-għan huwa li tinbena l-fiduċja u l-kunfidenza fil-mekkaniżmi ta’ verifika tal-età, b’mod partikolari biex jiġi minimizzat ir-riskju li t-tfal jaċċessaw kontenut mhux xieraq għall-età.

8

Qafas ta’ Data Affidabbli tal-UE

Ir-Regolament (UE) 2022/868 dwar il-governanza Ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data)

Ir-Regolament (UE) 2023/2854 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (l-Att dwar id-Data)

Sett komprensiv ta’ standards, prattiki u regoli biex tiġi żgurata kondiviżjoni tad-data affidabbli u legalment konformi fost il-partijiet, inklużi l-intermedjarji tad-data u l-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu. Dan jinkludi l-istandards tal-katalogu tad-data għall-pubblikazzjoni u l-iskoperta tal-assi tad-data, l-istandards tal-ontoloġija għall-integrazzjoni u l-użu ta’ data kondiviża, u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni komuni biex jiggwidaw l-ispazji tad-data Ewropej lejn l-interoperabbiltà transsettorjali, itejbu t-trasparenza u l-użu. L-azzjonijiet kollha se jiġu kkoordinati mill-qrib mal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data u, meta rilevanti, maċ-Ċentru ta’ Appoġġ għall-Ispazji tad-Data.

Il-produtturi u l-utenti tad-data jiltaqgħu ma’ sfidi sinifikanti ta’ interoperabbiltà meta jikkombinaw id-data minn sorsi varjati kemm fis-setturi kif ukoll bejniethom. L-inkoraġġiment tal-adozzjoni ta’ formati u protokolli standard u kompatibbli għall-ġbir u għall-ipproċessar koerenti tad-data fis-setturi kollha huwa vitali, u jista’ jiġi promoss permezz tal-pjan kontinwu għall-istandardizzazzjoni tal-ICT u Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà msaħħaħ. L-għanijiet primarji huma li jissaħħu t-traċċabbiltà, l-użu mill-ġdid, u l-interoperabbiltà tad-data — prinċipji ewlenin tad-data traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli — fit-tisħiħ tal-Ekonomija Ewropea tad-Data. Spazji Komuni Ewropej tad-Data, appoġġati minn mezzi ta’ finanzjament tal-UE bħal Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali, kull wieħed jevolvi bir-ritmu uniku tiegħu.

L-iżgurar tal-interoperabbiltà f’dawn l-ispazji huwa essenzjali. Dan se jwitti t-triq għall-iżvilupp ta’ għodod ġeneriċi u jgħin lin-negozji attivi f’diversi oqsma tad-data.

9

Interoperabbiltà għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data

Ir-Regolament (UE) 2023/2854 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (l-Att dwar id-Data)

L-iżvilupp ta’ standards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Att dwar id-Data. Dan jista’ jinkludi ħidma bbażata fuq l-ispeċifikazzjonijiet miftuħa eżistenti tal-interoperabbiltà żviluppati mill-industrija.

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Kapitolu VI tal-Att dwar id-Data, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-utenti jaqilbu bejn il-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data. Biex dan jiġi ffaċilitat, il-fornituri jridu joffru lill-klijenti interfaċċi miftuħa li jappoġġaw il-bdil. Il-kisba ta’ qlib effettiv tiddependi fuq l-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data. Għal din ir-raġuni, l-Artikolu 29 tal-Att dwar id-Data għandu l-għan li jistabbilixxi “lingwa komuni” fost dawn is-servizzi.

10

Ekosistema virtwali u tar-realtà awmentata sigura u interoperabbli u ekonomija virtwali

Inizjattiva tal-UE dwar il-Web 4.0 u d-dinjiet virtwali: vantaġġ inizjali fit-tranżizzjoni teknoloġika li jmiss - COM/2023/442 final

L-iżvilupp ta’ valutazzjoni tas-sitwazzjoni kurrenti u l-provvista ta’ rakkomandazzjonijiet rigward standards għall-oqsma li ġejjin: l-interfaċċi bejn il-bniedem u l-kompjuter, il-computing spazjali, l-użu tal-applikazzjonijiet, is-sigurtà u l-komunikazzjoni tal-apparat, is-sensuri bijometriċi fl-apparati, il-ħżin u l-iskambju tal-mudell tar-realtà virtwali u awmentata. Dan jenħtieġ li jinkludi wkoll disinji għall-assi virtwali, kif ukoll standards għall-ekonomija u s-soċjetà virtwali li jindirizzaw kwistjonijiet ta’ identifikazzjoni, sjieda, protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, u sikurezza tat-tfal.

L-għan tal-azzjoni huwa li jiġu żviluppati l-Web 4.0 u dinjiet virtwali li jitħaddmu b’teknoloġiji u standards miftuħa u distribwiti ħafna li jippermettu l-interoperabbiltà bejn il-pjattaformi u n-networks, filwaqt li tiġi żgurata l-libertà tal-għażla għall-utenti. Is-sostenibbiltà, l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà jitqiegħdu fil-qalba tal-iżviluppi teknoloġiċi. Dan jinvolvi impenn internazzjonali biex jinżammu l-valuri u r-regoli tal-UE, kif ukoll kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp tal-istandards.

11

Intelliġenza artifiċjali

Ir-Regolament (UE) 2024/1689 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)

L-iżvilupp ta’ standards armonizzati u ta’ riżultati ta’ standardizzazzjoni li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. Jenħtieġ li dawn l-istandards armonizzati u riżultati tal-istandardizzazzjoni jkopru b’mod partikolari r-rekwiżiti essenzjali għas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali b’riskju għoli, l-obbligi għall-fornituri tal-mudelli tal-intelliġenza artifiċjali bi skop ġenerali, kif ukoll il-proċessi ta’ rappurtar u dokumentazzjoni biex tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali u jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ mudelli tal-intelliġenza artifiċjali bi skop ġenerali effiċjenti fl-enerġija.

Il-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni ambjentali, il-protezzjoni kontra l-effetti dannużi tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali fl-UE, u l-appoġġ għall-innovazzjoni.

12

Servizzi intermedjarji diġitali

Ir-Regolament (UE) 2022/2065 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)

L-iżvilupp ta’ standards ġodda f’konformità mal-Artikolu 44.1 tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (ir-Regolament 2022/2065). L-azzjonijiet huma maħsuba biex jappoġġaw l-objettiv ta’ politika tal-Kummissjoni li tiżgura ambjent online sikur, prevedibbli u affidabbli u r-rispett tad-drittijiet fundamentali online billi jistabbilixxu obbligi għas-servizzi intermedjarji.

L-objettivi ewlenin tal-azzjoni huma li tiffaċilita l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-obbligi fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali permezz ta’ mezzi standardizzati biex tiġi appoġġata l-konformità tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji – bħala minimu, fir-rigward tas-suġġetti fl-Artikolu 44. Dan se jtejjeb is-sikurezza u l-fiduċja, iżid ir-responsabbiltà tal-pjattaformi, u jiżgura applikazzjoni uniformi tar-regoli, filwaqt li jrawwem suq diġitali koerenti fl-UE.

13

Dizzjunarji tad-data fis-settur tal-inġinerija

Strateġija Ewropea għad-data — COM/2020/66 final

Ir-Regolament (UE) 2023/2854 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (l-Att dwar id-Data)

L-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi tas-CEN (informattivi) għad-dizzjunarji tad-data tas-settur tal-inġinerija, inkluż iżda mhux limitat għall-kwalifikazzjoni u r-rappurtar tal-materjali tal-inġinerija.

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi promossa l-armonizzazzjoni tad-data fis-settur tal-inġinerija permezz tal-iżvilupp ta’ dizzjunarji tad-data minn esperti fid-dominju, u b’hekk tiġi pprovduta soluzzjoni teknoloġikament anjostika għall-interoperabbiltà tas-sistemi, fejn id-dizzjunarji tad-data jipprovdu speċifikazzjonijiet għal implimentazzjonijiet speċifiċi għat-teknoloġija, bħal bażijiet tad-data u formati biex jintbagħtu l-messaġġi.

14

Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE

Ir-Regolament (UE) 2024/1183 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

L-iżvilupp ta’ standards, speċifikazzjonijiet, protokolli, interfaċċi u rapporti tekniċi inklużi linji gwida biex jiġu ffaċilitati l-użu u l-aċċettazzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali.

L-azzjoni għandha l-għan li tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-forniment ta’ livell adegwat ta’ sigurtà tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji użati fl-UE kollha. Dan se jippermetti lill-persuni fiżiċi u legali jeżerċitaw b’mod sikur id-dritt tagħhom li jipparteċipaw fis-soċjetà diġitali u li jaċċessaw servizzi pubbliċi u privati online fl-UE kollha.

15

Informazzjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini

Il-Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 - COM/2022/144 final

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej biex jipprovdu gwida applikabbli għall-materjali kollha dwar id-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni relatata mar-Regolament dwar il-prodotti għall-bini li jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 305/2011.

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi żviluppata gwida dwar id-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni teknika relatata mal-prodotti għall-bini fil-kuntest tal-approċċ ta’ diġitalizzazzjoni applikabbli pprovdut mir-Regolament.

16

Personalizzazzjoni tal-offerta tal-media f’apparati u interfaċċi tal-utenti

Ir-Regolament (UE) 2024/1083 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media)

Il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ standards armonizzati relatati mad-disinn ta’ apparati jew interfaċċi tal-utenti li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għal u l-użu ta’ servizzi tal-media li jipprovdu programmi sabiex tiġi personalizzata l-offerta tal-media f’konformità mal-interessi jew il-preferenzi tal-utent f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew ma’ sinjali diġitali mwassla permezz ta’ tali apparati.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-forniment ta’ diversi servizzi tal-media li jipprovdu programmi fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq intern u li jiġi żgurat aċċess ġust għas-servizzi tal-media fid-diversità kollha tagħhom. L-iżvilupp ta’ standards armonizzati komuni jgħin biex jiġu evitati standards tekniċi diverġenti li joħolqu ostakli u kostijiet addizzjonali għall-industrija u l-konsumaturi u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet biex jiġu implimentati obbligi li jikkonċernaw is-servizzi tal-media stabbiliti fl-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media.

17

Tewmin Diġitali Lokali u Bliet Intelliġenti

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/459 tal-1 ta’ Frar 2024 dwar l-istabbiliment tal-Konsorzju Ewropew għall-Infrastruttura Diġitali għat-Tewmin Diġitali Lokali f’Network lejn CitiVERSE (LDT CitiVERSE EDIC)

Ir-Regolament (UE) 2024/903 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (Att dwar Ewropa Interoperabbli)

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej biex tinkiseb interoperabbiltà għolja fost il-pjattaformi u s-soluzzjonijiet urbani tad-data li jappoġġaw it-Tewmin Diġitali Lokali speċifiċi għad-dominju (eż. il-mobbiltà, l-effiċjenza enerġetika, l-ippjanar urban, il-ġbir tal-iskart) li jiddependu fuq arkitettura ta’ referenza komuni u sett ta’ mekkaniżmi ta’ interoperabbiltà minimi.

L-objettiv primarju huwa li titrawwem kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri tat-teknoloġija, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li tippermettilhom jiżviluppaw jew jadattaw soluzzjonijiet biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-bliet.

18

Servizzi ta’ ħruġ ta’ biljetti multimodali u b’aktar minn operatur wieħed

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/490 tad-29 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej għall-interfaċċi tal-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs, application programming interfaces) għad-distribuzzjoni tal-biljetti tat-trasport, barcodes li jippermettu l-ħruġ ta’ biljetti interoperabbli u profil tan-noll tal-UE.

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-interoperabbiltà ta’ sistemi differenti, li jippermettu d-distribuzzjoni ta’ għażliet u biljetti aktar multimodali.

19

Standards li jixprunaw l-iżvilupp tat-teknoloġija kwantistika u l-implimentazzjoni ta’ protokolli tal-Kriptografija Postkwantistika

Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali COM/2021/118 final/2

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1101 tal-11 ta’ April 2024 dwar Pjan Direzzjonali ta’ Implimentazzjoni Koordinata għat-tranżizzjoni lejn il-Kriptografija Postkwantistika

C:2024:2393

Ir-Regolament (UE) 2024/2847 dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali (Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika)

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej u ta’ riżultati ta’ standardizzazzjoni biex jappoġġaw l-avvanz tat-teknoloġiji kwantistiċi u l-Kriptografija Postkwantistika (PQC, Post-Quantum Cryptography) f’allinjament mal-politiki u l-objettivi strateġiċi tal-UE.

L-għan tal-azzjoni huwa li jiġi żgurat li l-UE tibqa’ fuq quddiem nett fl-iżvilupp ta’ standards għat-teknoloġiji kwantistiċi u l-Kriptografija Postkwantistika (PQC). Għall-PQC, l-isforzi jenħtieġ li jiffukaw fuq it-tisħiħ tar-rwol tal-UE fl-istandardizzazzjoni internazzjonali kif ukoll fuq l-irbit tal-isforzi ta’ standardizzazzjoni frammentati fil-livell tal-UE għal impatt akbar. L-azzjoni tfittex ukoll li ssaħħaħ ir-rabta bejn l-istandardizzazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni filwaqt li tippromwovi l-kompetittività, l-awtonomija strateġika, u s-sigurtà ekonomika Ewropej.

Azzjonijiet għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej jew tar-riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika

Ref

Titolu

Referenza

Standards Ewropej / riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea

Objettivi u politiki speċifiċi għall-istandards Ewropej / riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea

20

Teknoloġiji u komponenti tal-idroġenu

Il-Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-suq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu - COM/2021/804 final

Id-Direttiva (UE) 2023/2413 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej dwar il-kwalità, it-teknoloġija u s-sikurezza għall-produzzjoni u l-użu tal-idroġenu.

Din l-azzjoni għandha l-għan li ttejjeb l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-idroġenu u tal-komponenti teknoloġiċi fis-suq uniku.

21

Trasport u ħżin tal-idroġenu

Ir-Regolament (UE) 2022/869 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea

Id-Direttiva (UE) 2024/1788 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għall-kwalità u s-sikurezza tal-idroġenu, rilevanti għall-injezzjoni fin-network iddedikat tal-idroġenu, u l-użi finali, inklużi l-fjuwils mill-idroġenu.

L-iffaċilitar u l-promozzjoni taż-żieda tal-metodi tat-trasport u tal-ħżin għall-idroġenu se jiffaċilitaw is-sostituzzjoni tal-fjuwils fossili u tal-materja prima f’setturi li diffiċli jiġu dekarbonizzati.

22

Trasport u ħżin permanenti tad-diossidu tal-karbonju

Ir-Regolament (UE) 2024/1735 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju permezz ta’ pipelines, vapuri, ferroviji u trakkijiet, u għall-ħżin ġeoloġiku permanenti tiegħu.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ interoperabbiltà tal-infrastruttura emerġenti tat-trasport tad-diossidu tal-karbonju u tal-kapaċitajiet permanenti tal-ħżin.

23

Ekodisinn fir-rigward tal-pompi tal-ilma

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-pompi tal-ilma

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-pompi tal-ilma

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-metodi ta’ kejl u ta’ kalkolu użati biex jiġu ddeterminati l-ispeċifikazzjonijiet tal-ekodisinn tal-pompi tal-ilma.

L-objettiv ewlieni huwa li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tal-pompi tal-ilma, filwaqt li jitqies approċċ estiż tal-prodott u potenzjalment jiġu eżaminati aspetti oħra, bħal dawk relatati mal-ekonomija ċirkolari.

24

Ekodisinn tal-fannijiet industrijali

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011 tat-30 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal fannijiet b’muturi ta’ potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda biex jiġi permess approċċ estiż tal-prodott, b’mod partikolari billi jiġi identifikat għadd suffiċjenti ta’ punti operatorji u metodu ta’ interpolazzjoni/kalkolu u/jew kurva karatteristika. L-ikkomplementar tal-metodi ta’ kejl dirett b’metodi xierqa ta’ kalkolu/interpolazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-validità tagħhom. L-istabbiliment ta’ metodi għal fannijiet ta’ ċirkolazzjoni u għal fannijiet kbar ta’ kumdità u għal fannijiet kbar eż. permezz ta’ estrapolazzjoni minn mudelli skalati.

Il-provvista ta’ metodi ta’ ttestjar ripetibbli, riproduċibbli, kosteffettivi u rilevanti għall-prattika għall-kejl tal-konsum tal-enerġija tal-fannijiet industrijali bl-għan li titnaqqas ir-rata ta’ telf tal-enerġija tagħhom, u b’hekk isir kontribut għall-funzjonament tas-suq uniku u għall-iffrankar tal-enerġija.

25

Ekodisinn u tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1187 tas-27 ta’ April 2015 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta’ bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-metodi ta’ kejl u kalkolu tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu.

L-għan ewlieni huwa li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u jkompli jiġi limitat l-impatt ambjentali tal-bojlers tal-fjuwil solidu.

26

Ekodisinn u tikkettar tal-enerġija tal-apparat għat-tisjir

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal-14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi

Jiġu riveduti l-istandards eżistenti u jiġu żviluppati standards ġodda għall-apparti għat-tisjir.

L-objettiv ewlieni huwa li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tal-apparti għat-tisjir.

27

Ekodisinn u tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-metodi ta’ kejl u kalkolu tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi.

L-objettiv ewlieni huwa li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi tal-magni tal-ħasil tal-platti.

28

Ekodisinn ta’ tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826 tas-17 ta’ April 2023 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-enerġija f’modalità mitfi, f’modalità standby u f’modalità standby man-network tat-tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u (KE) Nru 107/2009

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għat-tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju.

It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija f’modalità standby u f’modalità standby man-network tat-tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju.

29

Ekodisinn u tikkettar tal-enerġija tal-ħiters tal-post lokali

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħiters tal-post lokali.

It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-limitazzjoni ulterjuri tal-impatt ambjentali tal-ħiters tal-post lokali.

30

Ekodisinn u tikkettar tal-enerġija tal-ħiters tal-post

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari

Jiġu riveduti l-istandards eżistenti u jiġu żviluppati standards ġodda għall-ħiters tal-post u ħiters ikkombinati, sabiex jiġi appoġġat il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti.

L-istandardizzazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-konsum tal-enerġija, tal-livell tal-potenza akustika, tal- materja partikolata u tal-ossidu tan-nitroġenu għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati fl-UE kollha. Dan għandu jgħin biex is-suq uniku jopera aħjar u tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta’ dawn il-prodotti.

31

Ekodisinn tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi.

It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-limitazzjoni ulterjuri tal-impatt ambjentali tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi.

32

Ekodisinn u tikkettar tal-enerġija ta’ prodotti fotovoltajċi (moduli u invertituri)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni PLAN/2020/7002 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti fotovoltajċi (moduli, invertituri u sistemi)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni PLAN/2020/7007 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-prodotti fotovoltajċi (moduli, invertituri u sistemi)

L-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-prodotti fotovoltajċi (moduli u invertituri) biex jappoġġaw il-kejl u l-kalkolu tal-parametri rilevanti tal-prodott – permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti.

L-objettiv ewlieni tal-miżura huwa li tipprovdi metodi ta’ ttestjar ripetibbli, riproduċibbli, kosteffettivi u rilevanti għall-prattika għall-kejl tal-parametri rilevanti tal-moduli u l-invertituri fotovoltajċi bl-għan li tittejjeb l-effiċjenza tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq uniku u għall-iffrankar tal-enerġija.

33

Ekodisinn u tikkettar tal-enerġija tal-ħiters tal-ilma

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun, sabiex jiġi appoġġat il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti.

L-istandardizzazzjoni tal-konsum tal-enerġija, tal-livelli tal-potenza akustika u tal-ispeċifikazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu għall-ħiters tal-ilma, u l-ispeċifikazzjonijiet għat-telf kostanti mit-tankijiet tal-misħun fl-UE kollha. Dan għandu jgħin biex is-suq uniku jopera aħjar u tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta’ dawn il-prodotti.

34

Ekodisinn tal-kundizzjonaturi tal-arja u tal-pompi tas-sħana arja-arja

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2282 tat-30 ta’ Novembru 2016

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-kundizzjonaturi tal-arja u għall-pompi tas-sħana arja-arja, permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti.

It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija tal-kundizzjonaturi tal-arja u tal-pompi tas-sħana arja-arja fil-fażi tal-użu tagħhom, kif ukoll impatti ambjentali assoċjati oħra u l-livell tal-potenza akustika tagħhom.

35

Ekodisinn ta’ provvisti tal-elettriku esterni

Ir-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE)…/… ta’ XXX li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal provvisti tal-elettriku esterni, ċarġers mingħajr fili, pads tal-iċċarġjar mingħajr fili, ċarġers tal-batteriji għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali u kejbils USB tat-Tip C, skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/1782

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ ttestjar biex tiġi vvalutata l-effiċjenza enerġetika tal-provvisti tal-enerġija adattivi u l-indirizzar ta’ rekwiżiti ġodda tal-ekodisinn, bħall-interoperabbiltà u d-durabbiltà.

L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tnaqqas ir-rati ta’ telf tal-enerġija fl-UE kollha, tappoġġa l-funzjonament tas-suq uniku u tikkontribwixxi għall-iffrankar tal-enerġija. Dan jinkludi wkoll l-iżvilupp ta’ metodi ta’ ttestjar biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti l-ġodda tal-ekodisinn.

36

Ekodisinn tal-fannijiet industrijali

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1834 tat-3 ta’ Lulju 2024 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għal fannijiet b’muturi ta’ potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda jew l-adattament ta’ standards eżistenti għall-ittestjar ta’ fannijiet b’muturi ta’ potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW

Il-provvista ta’ metodi ta’ ttestjar ripetibbli, riproduċibbli, kosteffettivi u rilevanti għall-prattika għall-kejl tal-konsum tal-enerġija u parametri rilevanti oħra tal-fannijiet industrijali biex itejbu l-effiċjenza tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq uniku u jippromwovu l-iffrankar tal-enerġija.

37

Ekodisinn u tikkettar tal-enerġija għall-vacuum cleaners

PLAN/2019/5366 - Miżura regolatorja dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-vacuum cleaners (rieżami tar-Regolament (UE) Nru 666/2013)

PLAN/2019/5367 - Miżura regolatorja dwar ir-rekwiżiti tat-tikkettar enerġetiku għall-vacuum cleaners

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-vacuum cleaners, li għandhom jiġu armonizzati permezz ta’ konsiderazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-objettiv ewlieni huwa li jinkisbu standards armonizzati għall-vacuum cleaners li jkunu riproduċibbli u li jirriflettu l-użu fil-ħajja reali. Mingħajr ma jkun eżawrjenti, dan huwa rilevanti, fost l-oħrajn, għan-numru ta’ daqqiet doppji użati għat-tindif b’vakwu, il-wisa’ taż-żennuna u d-definizzjoni għal kontenitur parzjalment mimli. Objettiv ieħor huwa li jinkisbu standards li jappoġġaw il-prinċipju tad-dritt għat-tiswija.

38

Ekodisinn u tikkettar tal-enerġija għall-ismartphones, għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1670 tas-16 ta’ Ġunju 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ismartphones, għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1669 tas-16 ta’ Ġunju 2023 li jissupplimenta lir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-ismartphones u tal-islate tablets

L-iżvilupp ta’ standard Ewropew ġdid għall-kejl u l-kalkolu tal-effiċjenza enerġetika, il-prestazzjoni, id-durabbiltà, u ċ-ċirkolarità tal-ismartphones, tat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, tat-telefowns bla fili, u tal-islate tablets.

L-objettiv ewlieni tal-miżura huwa li tipprovdi metodi ta’ ttestjar ripetibbli, riproduċibbli, kosteffettivi u rilevanti għall-prattika għall-kejl tal-effiċjenza enerġetika u parametri rilevanti oħra tal-ismartphones, il-mowbajls għajr l-ismartphones, it-telefowns bla fili u l-islate tablets bil-ħsieb li tittejjeb l-effiċjenza tagħhom, u b’hekk isir kontribut għall-funzjonament tas-suq uniku u għall-iffrankar tal-enerġija.

39

Ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/424 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti għall-ħażna tad-data skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għall-kejl u l-kalkolu tal-effiċjenza, il-prestazzjoni u d-domanda għall-enerġija tas-servers u tal-prodotti tal-ħżin tad-data.

L-objettiv ewlieni tal-miżura huwa li tipprovdi metodi ta’ ttestjar ripetibbli, riproduċibbli, kosteffettivi u rilevanti għall-prattika għall-kejl tal-effiċjenza enerġetika u parametri rilevanti oħra tas-servers u tal-prodotti tal-ħżin tad-data. L-għan huwa li tittejjeb l-effiċjenza tagħhom, u b’hekk isir kontribut għall-funzjonament tas-suq uniku u għall-iffrankar tal-enerġija.

40

Ekodisinn għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 tal- 21 ta’ Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għall-kejl u l-kalkolu tal-effiċjenza enerġetika u l-prestazzjoni ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja.

L-objettiv ewlieni tal-miżura huwa li tipprovdi metodi ta’ ttestjar ripetibbli, riproduċibbli, kosteffettivi u rilevanti għall-prattika għall-kejl tal-effiċjenza enerġetika u parametri rilevanti oħra ta’ transformers ta’ qawwa żgħira, medja u għolja. L-għan huwa li tittejjeb l-effiċjenza tagħhom, u b’hekk isir kontribut għall-funzjonament tas-suq uniku u għall-iffrankar tal-enerġija.

41

Riċiklaġġ u użu mill-ġdid ta’ materjali f’vetturi li ma għadhomx jintużaw

Il-Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-rekwiżiti taċ-ċirkolarità għad-disinn tal-vetturi u dwar il-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/858 u 2019/1020 u li jħassar id-Direttivi 2000/53/KE u 2005/64/KE — COM/2023/451 final

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej li jtejbu l-proċessi għad-disinn, il-produzzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ċirkolari tal-vetturi u l-komponenti tagħhom. Dawn l-istandards għandhom jinkludu titjib fid-disinn għar-riċiklaġġ tal-partijiet tal-plastik, kif ukoll dwar it-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw biex jiżdied l-irkupru tal-materja prima kritika u l-kwalità tar-ruttam tal-azzar u tal-aluminju, kif ukoll il-metodi tal-kalkolu u kejl għall-kwalità tal-materjali tal-karozzi separati, riċiklati u rkuprati.

L-azzjoni għandha l-għan li ttejjeb ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-materjali u tnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart minn vetturi li ma għadhomx jintużaw.

42

Kwalità tal-arja ambjentali — metodi ta’ kejl għall-monitoraġġ ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali

L-Artikolu 4(1), (8) u (13) u l-Anness V tad-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali

L-iżvilupp ta’ standards għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali.

L-iżgurar li l-analiżi tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali tkun akkurata, affidabbli u komparabbli biżżejjed fl-UE kollha.

43

Kwalità tal-arja fl-ambjent — valutazzjonijiet ibbażati fuq l-immudellar

L-Artikoli 6, 7, 9 u 10 u l-Anness I tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa

L-iżvilupp ta’ standards li jiżguraw li l-valutazzjonijiet ibbażati fuq l-immudellar tal-kwalità tal-arja jkunu oġġettivi, affidabbli u komparabbli, u ta’ kwalità suffiċjenti biex jiġġeneraw informazzjoni affidabbli dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja fl-arja ambjentali.

L-iżgurar li l-informazzjoni miġbura dwar it-tniġġis tal-arja tkun rappreżentattiva u komparabbli biżżejjed fl-UE kollha.

44

Kwalità tal-arja ambjentali — il-prestazzjoni tas-sistemi bbażati fuq is-sensuri li jkejlu t-tniġġis tal-arja

L-Artikoli 6, 7, 9 u 10 u l-Anness I tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa

L-iżvilupp ta’ standard(s) tat-test ivvalidat(i) biex tiġi evalwata l-prestazzjoni tas-sistemi bbażati fuq is-sensuri li jkejlu t-tniġġis tal-arja. L-istandard se jevalwa jekk is-sistemi bbażati fuq is-sensuri jikkonformawx mal-objettivi tal-kwalità tad-data fid-Direttiva 2008/50/KE.

It-titjib tal-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-arja ambjentali billi jiġi evalwat sa liema punt is-sistemi bbażati fuq is-sensuri jikkonformaw mal-objettivi tal-kwalità tad-data fid-Direttiva 2008/50/KE. Dan se jippermetti wkoll użu aktar estensiv ta’ dan il-metodu ta’ monitoraġġ u jtejjeb il-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja.

45

Kwalità tal-arja ambjentali — id-distribuzzjoni numerika tad-daqs tal-partikoli

Id-Direttiva (UE) 2024/2881 dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għall-kejl tad-distribuzzjoni numerika tad-daqs tal-partikoli.

L-objettiv ewlieni huwa li tittejjeb il-kwalità tal-arja billi jittejbu d-data u l-fehim xjentifiku tal-effetti tal-partikoli ultrafini (UFP, ultrafine particles) fuq is-saħħa u l-ambjent. Biex jinkiseb dan, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-kejl tal-partikoli ultrafini, permezz tad-distribuzzjoni numerika tad-daqs tal-partikoli fl-arja ambjentali, ikun akkurat, affidabbli u komparabbli biżżejjed fl-UE kollha. Id-Direttiva (UE) 2024/2881 tintroduċi l-obbligu li tiġi mmonitorjata din is-sustanza niġġiesa tal-arja mhux regolata ta’ tħassib emerġenti, b’rekwiżiti għall-kejl tal-UFPs iffukati b’mod partikolari fuq ambjenti urbani.

46

Emissjonijiet industrijali

Id-Direttiva (UE) 2024/1785 li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda b’appoġġ għad-Direttiva riveduta dwar l-emissjonijiet industrijali, inkluż kejl perjodiku tal-formaldeid, il-merkurju gassuż totali permezz ta’ kampjunar fit-tul b’analiżijiet frekwenti, emissjonijiet diffużi tal-ammonijaka (eż. minn trobbija intensiva), u s-sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS, per- and polyfluoroalkyl substances) fl-ilma u fl-arja, li jistabbilixxu l-aqwa tekniki disponibbli (BAT, best available techniques).

L-għan tal-azzjoni huwa li ttejjeb il-kejl tas-sustanzi niġġiesa, trawwem l-effiċjenza fir-riżorsi, u tintegra l-aqwa tekniki disponibbli, u b’hekk tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent filwaqt li tippermetti prattiki industrijali u agrikoli sostenibbli.

47

Emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija

Ir-Regolament (UE) 2024/1787 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan

L-iżvilupp ta’ dawk ġodda u r-reviżjoni ta’ dawk eżistenti dwar il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fl-operazzjonijiet taż-żejt, tal-gass u tal-faħam, inklużi assi inattivi, inseriti, magħluqa u abbandunati. L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej eżistenti dwar l-istħarriġ għall-individwazzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet tal-metan fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass. L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda dwar tagħmir li jevita l-ivventjar mid-disinn.

L-objettiv huwa li jiġu appoġġati l-obbligi fuq l-operaturi tal-enerġija biex ikejlu u jimmitigaw l-emissjonijiet tal-metan b’mod komparabbli madwar l-Unjoni. Dan se jiżgura kundizzjonijiet ekwi fost l-operaturi, aċċess għal informazzjoni komparabbli u livell armonizzat ta’ effettività fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan.

48

Mikroplastiks

Il-Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-prevenzjoni tat-telf tal-pellets tal-plastik biex jitnaqqas it-tniġġis mill-mikroplastik COM/2023/645 final

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej li jappoġġaw miżuri sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis mill-mikroplastiks (partikoli tal-plastik b’dijametru ta’ anqas minn 5 mm), li jiġu rilaxxati b’mod mhux intenzjonat fl-ambjent (eżempju minn pellets u tessuti sintetiċi).

L-għan tal-azzjoni huwa li jitnaqqsu r-rilaxxi tal-mikroplastik fl-ambjent u b’hekk jitnaqqsu t-tniġġis ambjentali u r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem.

49

Valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema

Ir-Regolament (UE) 2024/3024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2011 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali

L-iżvilupp ta’ standards u ta’ riżultati Ewropej distinti mill-istandards finanzjarji u statistiċi, biex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema. Id-data dwar is-servizzi tal-ekosistema tirfed ir-rappurtar dwar il-bijodiversità, it-tibdil fil-klima u s-saħħa tal-ekosistemi terrestri u tal-baħar. Dawn l-istandards se jispeċifikaw il-karatteristiċi tekniċi li għandhom jitqiesu meta jintgħażlu l-proċeduri u l-mudelli biex tiġi stmata u tinġabar id-data.

L-objettiv ewlieni tal-azzjoni huwa li tappoġġa l-kwalità tad-data tal-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema Ewropej biex tipprovdi informazzjoni aħjar għall-Patt Ekoloġiku Ewropew.

50

Prodotti fertilizzanti

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda, jew ir-reviżjoni ta’ dawk eżistenti, fir-rigward tal-metodi ta’ ttestjar għad-determinazzjoni tal-preżenza ta’ kontaminanti, ta’ sustanzi niġġiesa organiċi, ta’ mikroorganiżmi u ta’ eżami ieħor ta’ parametri speċifiċi rilevanti għall-effiċjenza agronomika u għas-sikurezza tal-prodotti fertilizzanti tal-UE u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009.

L-objettiv ta’ din l-azzjoni huwa li jiġi żgurat li l-manifatturi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-korpi notifikati jkunu jistgħu jibbażaw fuq metodi ta’ ttestjar koperti minn standards armonizzati għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti fir-Regolament (UE) 2019/1009. Is-CEN bħalissa qed jaħdem taħt it-talba ta’ standardizzazzjoni M/564 dwar l-iżvilupp ta’ standards armonizzati għall-prodotti fertilizzanti tal-UE. Hija ppjanata talba ġdida għall-istandardizzazzjoni sabiex is-CEN jintalab jiżviluppa standards armonizzati addizzjonali għall-metodi ta’ ttestjar meħtieġa biex jiġu appoġġati dispożizzjonijiet ġodda inklużi dan l-aħħar fl-att ta’ hawn fuq.

51

Reżiljenza għall-klima u dekarbonizzazzjoni fl-infrastruttura tat-trasport

Ir-Regolament (UE) 2024/1679 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda fir-rigward tar-reżiljenza għall-klima u d-dekarbonizzazzjoni tal-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport kif ġej:

l-analiżi standardizzata taċ-ċiklu tal-ħajja, u l-kontabbiltà tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja u r-reżiljenza għall-klima bħala element ewlieni tal-proċess tad-disinn;

metodoloġija komuni għall-kalkolu, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja fil-livell tax-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili li għandha tiġi applikata għall-analiżi tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja fl-offerti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi tal-UE dwar l-akkwist

L-objettivi ewlenin tal-azzjoni huma li tappoġġa:

l-iżvilupp ta’ infrastruttura ekoloġika, sostenibbli u reżiljenti għall-klima, filwaqt li jitqiesu l-modi attivi, u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda li għandhom l-għan li jiddekarbonizzaw il-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport;

il-kunsiderazzjoni adegwata tar-reżiljenza tan-network tat-trasport u tal-infrastruttura u s-servizzi tiegħu, speċjalment f’sezzjonijiet transfruntiera, fir-rigward ta’ kuntest klimatiku u ġeopolitiku li qed jinbidel

52

Konnessjonijiet elettriċi max-xatt għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna

Ir-Regolament (UE) 2023/1804 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE

NAIADES III: It-tisħiħ tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni Ewropej li jibqa’ validu fil-futur - COM/2021/324 final/2

Ir-reviżjoni tal-istandards EN 15869-2:2019 u EN 16840:2017 biex tissaħħaħ il-kompatibbiltà bejn is-sistemi tal-ertjar, potenzjalment jiġu inklużi speċifikazzjonijiet għar-rekwiżiti tal-enerġija bejn 125A u 250A, u jiġu inkorporati karatteristiċi bħall-interoperabbiltà, is-sekwenza tal-ħin tal-konnessjoni, u l-mekkaniżmi ta’ risettjar estern fil-każ ta’ ħsara fil-konnessjoni.

L-għan tal-azzjoni huwa li tappoġġa t-trasformazzjoni tas-sistemi tat-trasport tagħna lejn mobbiltà b’emissjonijiet żero billi tnaqqas l-emissjonijiet tan-navigazzjoni interna waqt l-irmiġġ.

53

Disinn u riċiklaġġ ċirkolari tal-irkaptu tas-sajd

Id-Direttiva (UE) 2019/904 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

L-iżvilupp ta’ standard Ewropew ġdid b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2019/904 dwar l-iżvilupp ta’ standards armonizzati relatati mad-disinn ċirkolari ta’ rkaptu tas-sajd biex jinkoraġġixxu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tiġi ffaċilitata r-riċiklabbiltà fi tmiem il-ħajja.

L-għan tal-azzjoni huwa li tibni fuq il-ħidma tas-CEN/TC 466 skont it-Talba ta’ Standardizzazzjoni M/574 biex jiġu żviluppati aktar l-istandards għad-disinn ċirkolari tal-irkaptu tas-sajd. Dan jinkludi l-adattament tal-istandards eżistenti biex jirriflettu l-iżviluppi tal-politika u tal-innovazzjoni, b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi, l-avvanzi fl-immaniġġjar tal-iskart, u l-integrazzjoni ta’ materjali alternattivi bħall-polimeri bijodegradabbli. L-istandards jenħtieġ li jqisu wkoll l-iżviluppi teknoloġiċi fil-manifattura tal-irkaptu tas-sajd u jiżguraw li jibqgħu adattabbli għal innovazzjonijiet futuri.

54

Infrastruttura għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi

Ir-Regolament (UE) 2023/1804 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda fir-rigward ta’:

(i)

L-aċċessibbiltà għal stazzjonijiet tal-irriċarġjar għal utenti b’diżabilità;

(ii)

sistema ta’ ġestjoni tal-kredenzjali tal-Infrastruttura tal-Kjavi Pubblika (PKI, Public Key Infrastructure) tal-UE għall-plug-and-charge fis-settur tal-elettromobbiltà;

(iii)

Interfaċċa għall-Programmi tal-Applikazzjonijiet (API, Application Programme Interface) għall-iskambju tad-data bejn l-operaturi tal-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment mal-punti ta’ aċċess nazzjonali u l-utenti tad-data tal-Istati Membri;

(iv)

Komunikazzjoni bejn il-punt tal-irriċarġjar u s-sistema ta’ ġestjoni tal-istazzjon tal-irriċarġjar;

(v)

Komunikazzjoni bejn l-operatur tal-punt tal-irriċarġjar, il-fornituri ta’ servizzi tal-elettromobbiltà, u l-pjattaformi tar-roaming elettroniku.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi żgurat il-varar ta’ infrastruttura diġitali u interoperabbli tal-irriċarġjar u tar-riforniment għall-vetturi ta’ fjuwil alternattiv, b’enfasi partikolari fuq il-ħtiġijiet għall-infrastruttura tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi.

Dawn l-istandards huma mistennija li jikkomplementaw il-ħidma eżistenti skont il-mandat M/581 b’appoġġ dirett għall-Anness II (Speċifikazzjonijiet tekniċi) tar-Regolament (UE) 2023/1804.

55

Kwalifikazzjoni ta’ materjali ta’ reatturi modulari żgħar

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi

Ir-Regolament (UE) 2024/1735 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda rilevanti għall-aspett tar-reatturi modulari żgħar tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti, li jestendu għall-korrużjoni u l-kwalifika mekkanika tal-materjali strutturali, u l-kwalifika termofiżika u kimika tal-fluwidi berrieda.

L-għan tal-azzjoni huwa li ssaħħaħ il-kompetittività industrijali tal-UE fis-settur tal-enerġija nukleari, trawwem l-innovazzjoni fit-teknoloġiji tal-enerġija nadifa, ittejjeb is-sikurezza u l-affidabbiltà tar-reatturi, u tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri ta’ emissjonijiet żero netti tal-UE billi tippromwovi sistemi tal-enerġija sostenibbli u reżiljenti.

56

Monitoraġġ tal-kwalità tal-arja

Id-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa

Id-Direttiva (UE) 2024/2881 dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda u r-reviżjoni ta’ dawk eżistenti biex jappoġġaw il-kejl tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu billi jindirizzaw għadd akbar ta’ komposti organiċi volatili.

L-objettivi ewlenin tal-kejl tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu huma li tiġi analizzata kwalunkwe xejra tal-prekursuri tal-ożonu, li tiġi vverifikata l-effiċjenza tal-istrateġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, li tiġi vverifikata l-konsistenza tal-inventarji tal-emissjonijiet, li jiġi appoġġat il-fehim dwar il-formazzjoni tal-ożonu u dwar il-proċessi ta’ dispersjoni tal-prekursuri, kif ukoll dwar l-applikazzjoni ta’ mudelli fotokimiċi, u li jgħin biex jiġu attribwiti s-sorsi tal-emissjonijiet għall-konċentrazzjonijiet osservati ta’ tniġġis.

57

Dokumentazzjoni teknika fl-elettronika

Id-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

Id-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda biex tissaħħaħ il-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir elettriku u elettroniku u tittejjeb il-komunikazzjoni tul il-katina tal-provvista. Dan jinkludi r-reviżjoni tal-EN IEC 63000, li jispeċifika d-dokumentazzjoni teknika li l-manifatturi jridu jikkompilaw biex jiddikjaraw il-konformità mar-restrizzjonijiet applikabbli fuq is-sustanzi.

L-għan ewlieni tal-azzjoni huwa li tittejjeb id-dokumentazzjoni teknika, li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jivvalutaw aktar faċilment il-konformità tat-tagħmir elettriku u elettroniku mal-leġiżlazzjoni rispettiva.

58

Industrija tal-algi sostenibbli tal-UE

Lejn Settur tal-Algi tal-UE b’Saħħtu u Sostenibbli COM/2022/592 final

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej biex jappoġġaw protokolli standardizzati, metodi analitiċi, linji gwida, l-aħjar prattiki, u definizzjonijiet għall-industrija tal-algi, li jkopru l-kultivazzjoni, l-ipproċessar, u l-kontroll tal-kwalità tal-prodotti tal-algi biex jiġu żgurati s-sikurezza, il-kwalità u s-sostenibbiltà tagħhom għall-ikel, l-għalf, u applikazzjonijiet oħra.

L-istabbiliment ta’ standards se jiffaċilita l-governanza, itejjeb is-sensibilizzazzjoni soċjali u l-aċċettazzjoni fis-suq, kif ukoll itejjeb l-ambjent tan-negozju għall-algi u l-prodotti bbażati fuq l-algi fl-UE.

Azzjonijiet għall-iżvilupp u r-reviżjoni ta’ standards Ewropej jew riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea li jappoġġaw is-sistema satellitari Ewropea u l-infrastruttura spazjali

Ref

Titolu

Referenza

Standards Ewropej / riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea

Objettivi u politiki speċifiċi għall-istandards Ewropej / riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea

59

Integrità u akkuratezza tad-data spazjali

Ir-Regolament (UE) 2021/696 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali

L-azzjoni proposta tkun tappoġġa l-Programm Spazjali tal-Unjoni. Din tkun tappoġġa wkoll l-ittra ta’ intenzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Settembru 2023 lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-President tal-Kunsill tal-UE għall-istabbiliment ta’ Strateġija tal-UE dwar l-Ekonomija tad-Data Spazjali.

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi żgurata l-integrità tad-data fid-data spazjali, li tfisser iż-żamma u l-aċċertament tal-konsistenza, l-akkuratezza u l-affidabbiltà tad-data matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha, kif ukoll li tiġi żgurata l-akkuratezza tad-data. L-akkuratezza tad-data fil-kuntest tal-osservazzjoni tad-dinja tirreferi għal kemm tallinja mill-qrib id-data osservata mal-ground truth. Hija essenzjali għal applikazzjonijiet affidabbli f’oqsma bħall-agrikoltura, l-immudellar tal-klima, u l-ippjanar urban. Jenħtieġ li tinkludi informazzjoni rigoruża dwar l-inċertezza (bħal marġnijiet ta’ errur jew intervalli ta’ kunfidenza).

60

Disinn ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b’riskju baxx

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi

L-iżvilupp ta’ standards armonizzati Ewropej ġodda jew ir-reviżjoni tagħhom biex jappoġġaw l-integrazzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord fl-ispazju tal-ajru f’operazzjonijiet b’riskju aktar baxx.

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi appoġġata l-integrazzjoni sikura ta’ operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b’riskju aktar baxx fl-Ispazju tal-Ajru Uniku Ewropew billi jiġi żgurat li sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord konformi biss jiġu introdotti fis-suq tal-UE.

61

Immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju

Ir-Regolament (UE) 2021/696 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali

L-iżvilupp ta’ linji gwida u standards għall-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju biex jiġu definiti r-responsabbiltajiet u r-regoli operazzjonali, jiġu vvalutati r-riskji, u jiġu stabbiliti proċeduri ta’ sikurezza biex jiġu evitati riskji futuri relatati mal-ambjent spazjali konġestjonat.

Is-sostenibbiltà tal-ambjent spazjali tibqa’ kwistjoni urġenti li jenħtieġ li tiġi indirizzata fil-livell Ewropew permezz tal-istandardizzazzjoni. Approċċ komuni appoġġat mill-istandards se jevita l-konġestjoni spazjali futura u se jneħħi l-ostakli għall-innovazzjoni fix-xenarju spazjali Ewropew.

62

Sikurezza, reżiljenza u sostenibbiltà ta’ attivitajiet spazjali

KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża — JOIN/2023/9 final

PLAN/2023/214 Il-Liġi Spazjali tal-UE: Attivitajiet spazjali sikuri, siguri u sostenibbli

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej għal oqsma speċifiċi koperti mil-Liġi Spazjali tal-UE, bħas-servizzi u l-operazzjonijiet fl-ispazju (ISOS, in-space services and operations), il-komponenti elettriċi, elettroniċi u elettromekkaniċi (EEE) għall-applikazzjonijiet spazjali, it-traċċabbiltà tad-data u s-servizzi bbażati fl-ispazju, u r-reżiljenza u s-sikurezza tal-infrastruttura u l-attivitajiet spazjali.

Dawn l-istandards huma essenzjali biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-affidabbiltà fl-operazzjonijiet spazjali, tissaħħaħ l-interoperabbiltà, u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista kritiċi. L-adozzjoni tagħhom se ssaħħaħ it-tmexxija Ewropea fis-settur spazjali, tagħti spinta lill-kompetittività globali, u tiżgura servizzi spazjali siguri u reżiljenti.

Azzjonijiet għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej jew tar-riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea li jappoġġaw is-suq intern għas-servizzi u l-prodotti

Ref

Titolu

Referenza

Standards Ewropej / riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea

Objettivi u politiki speċifiċi għall-istandards Ewropej / riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea

63

Apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro

Ir-Regolament (UE) 2017/745 dwar l-apparati mediċi

Ir-Regolament (UE) 2017/746 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro

Ir-reviżjoni tal-istandards Ewropej eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għad-disinn u l-manifattura ta’:

apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 (MDR, Medical Devices Regulation);

apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746 (IVDR, In Vitro Diagnostic Medical Devices Regulation).

L-istandards se japplikaw għad-disinn u għall-manifattura, għall-immaniġġjar tar-riskju u għall-obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi u l-isponsers, inklużi dawk relatati ma’:

is-sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità;

l-immaniġġjar tar-riskju;

l-investigazzjonijiet kliniċi u l-istudji dwar il-prestazzjoni;

l-evalwazzjoni klinika.

L-iżgurar tal-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku fir-rigward tal-apparati mediċi billi jiġu stabbiliti standards għoljin ta’ kwalità u sikurezza għall-apparati mediċi u għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro. Dawn jenħtieġ li jissodisfaw tħassib komuni dwar is-sikurezza fir-rigward ta’ dawn il-prodotti, u b’hekk jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u sikurezza għall-pazjenti, għall-utenti u għal persuni oħra.

64

Strumenti tal-użin u tal-kejl

Id-Direttiva 2014/31/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi

Id-Direttiva 2014/32/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ strumenti tal-kejl (riformulazzjoni)

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda jew ir-reviżjoni dawk eżistenti biex tiġi appoġġata t-teknoloġija mill-aktar avvanzata fil-qasam tal-istrumenti tal-użin u tal-kejl.

(i)

Il-protezzjoni tal-pubbliku kontra riżultati żbaljati minn operazzjonijiet tal-użin permezz ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi meta jintużaw għal ċerti kategoriji ta’ applikazzjonijiet;

(ii)

L-appoġġ ta’ strumenti tal-kejl korretti u traċċabbli li jistgħu jintużaw għal varjetà ta’ kompiti tal-kejl li jaffettwaw direttament u indirettament il-ħajja ta’ kuljum tan-nies b’ħafna modi. Dawn il-kompiti jitwettqu għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, saħħa pubblika, sikurezza u ordni, protezzjoni ambjentali, protezzjoni tal-konsumatur, ġbir ta’ taxxi u dazji u kummerċ ġust. Dawn jistgħu jeħtieġu l-użu ta’ strumenti tal-kejl ikkontrollati b’mod legali.

65

Interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja

Id-Direttiva (UE) 2016/797 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej u riżultati ta’ standardizzazzjoni Ewropea ġodda jew ir-reviżjoni ta’ dawk eżistenti b’appoġġ għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi (diġitali) u r-restrizzjonijiet ekoloġiċi.

66

Voltaġġ Baxx

Id-Direttiva 2014/35/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda b’appoġġ għar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE.

L-iżgurar li l-istandards armonizzati b’appoġġ għar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva dwar il-Voltaġġ Baxx 2014/35/UE jiġu aġġornati u jirrappreżentaw l-aktar stat reċenti ta’ żvilupp tekniku. Dawk l-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom se jiġu msemmija fil-ĠU, se jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti.

Għalhekk, se jiġi żgurat li t-tagħmir elettriku ma jipperikolax is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u tal-annimali domestiċi, jew tal-proprjetà, meta jiġi installat u jinżamm kif xieraq u jintuża f’applikazzjonijiet li għalihom ikun sar.

67

Dizzjunarju tad-data għar-rappurtar lill-awtoritajiet superviżorji tas-settur finanzjarju

COM (2021) 798 - Strateġija dwar id-data superviżorja fis-servizzi finanzjarji tal-UE

Ir-Regolament (UE) 2019/876 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012

L-iżvilupp ta’ standard Ewropew ġdid għad-deskrizzjoni tal-kontenut u l-format tad-data rrapportata minn entitajiet attivi fis-settur finanzjarju lill-awtoritajiet rilevanti għall-finijiet ta’ superviżjoni finanzjarja u data ddivulgata lill-pubbliku taħt diversi oqfsa leġiżlattivi.

L-istandard jenħtieġ li jiżgura li d-data tiġi deskritta b’mod strutturat, komprensiv, konsistenti u mhux ambigwu, permezz ta’ termini ankrati fil-leġiżlazzjoni sabiex tiġi stabbilita rabta ċara bejn l-entrati tad-data miġbura u/jew iddivulgati u l-ispeċifikazzjonijiet leġiżlattivi rilevanti.

L-objettiv fit-tul huwa li jiġi mmodernizzat ir-rappurtar superviżorju tal-UE u tiġi stabbilita sistema li tipprovdi data akkurata, konsistenti u f’waqtha lill-awtoritajiet superviżorji fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, filwaqt li jiġi mminimizzat il-piż aggregat tar-rappurtar għall-partijiet rilevanti kollha.

L-istandardizzazzjoni tad-data u fehim komuni tad-data miġbura u ddivulgata fl-ambitu ta’ oqfsa leġiżlattivi differenti se jagħmluha aktar faċli li jintużaw teknoloġiji diġitali u li jiġu ssimplifikati t-trażmissjoni, il-validazzjoni u l-analiżi tad-data.

68

Kunsiderazzjonijiet antropometriċi għas-sikurezza tal-makkinarju

Ir-Regolament (UE) 2023/1230 dwar il-makkinarju

It-twettiq ta’ studji antropometriċi, bħall-ġbir ta’ data antropometrika li hija rappreżentattiva tal-popolazzjoni tal-UE jew it-twettiq ta’ workshops li jlaqqgħu lill-manifatturi, lill-utenti u lill-istandardizzaturi, biex inaqqsu jew jeliminaw l-iskumdità, l-għeja u l-istress fiżiku u psikoloġiku li jiffaċċja l-operatur għall-minimu possibbli li jippermetti l-varjabbiltà tad-dimensjonijiet fiżiċi, tas-saħħa u tal-istamina tal-operatur. Tali data jenħtieġ li tinkludi wkoll id-dimensjoni tal-partijiet tal-ġisem, b’mod partikolari r-riġlejn u l-estremitajiet, sabiex jiġu evitati r-riskji ta’ kuntatt mal-magna permezz ta’ fetħiet.

L-objettiv ewlieni huwa li jitwettqu studji antropometriċi, pereżempju l-aġġornament ta’ dawk eżistenti u l-ġbir ta’ data antropometrika nieqsa li hija rappreżentattiva għall-popolazzjoni tal-UE jew it-twettiq ta’ workshops li jlaqqgħu lill-utenti, il-manifatturi u l-istandardizzaturi. Din id-data hija meħtieġa biex jiġu żviluppati standards u eventwalment magni li l-maġġoranza l-kbira tal-operaturi fl-UE jistgħu jużaw b’mod sikur.

69

Kunsiderazzjonijiet antropometriċi għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali

Ir-Regolament (UE) 2016/425 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali

It-twettiq ta’ studji antropometriċi, bħall-ġbir ta’ data antropometrika li hija rappreżentattiva tal-popolazzjoni tal-UE jew it-twettiq ta’ workshops li jlaqqgħu lill-manifatturi, lill-utenti u lill-istandardizzaturi, biex ikun possibbli li l-PPE jiġi adattat għall-morfoloġija tal-akbar sehem possibbli ta’ utenti tal-UE bil-mezzi xierqa kollha, bħal sistemi adegwati ta’ aġġustament u ta’ twaħħil jew il-forniment ta’ firxa adegwata ta’ daqsijiet.

L-objettiv ewlieni huwa li jitwettqu studji antropometriċi, pereżempju l-aġġornament tad-data antropometrika eżistenti u l-ġbir ta’ data antropometrika nieqsa li hija rappreżentattiva għall-popolazzjoni tal-UE jew it-twettiq ta’ workshops li jlaqqgħu lill-utenti, lill-manifatturi u lill-istandardizzaturi. Din id-data hija meħtieġa biex jiġu żviluppati standards u eventwalment prodotti li l-maġġoranza l-kbira tal-utenti fl-UE jistgħu jużaw b’mod sikur.

70

Tagħmir ta’ protezzjoni personali

Ir-Regolament (UE) 2016/425 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda jew ir-reviżjoni ta’ dawk eżistenti, sabiex tiġi appoġġata teknoloġija mill-aktar avvanzata fil-qasam tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali.

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-utenti u l-moviment liberu tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali fis-suq intern. Barra minn hekk, id-disponibbiltà ta’ standards Ewropej armonizzati se tiffaċilita l-aċċess għas-suq, b’mod partikolari għall-SMEs.

71

Prodotti għall-bini

Ir-Regolament (UE) 2024/3110 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini

L-iżvilupp u l-aġġornament tal-istandards Ewropej għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini:

Prodotti ta’ ħġieġ ċatt, ħġieġ profilat, u blokok tal-ħġieġ.

Ċmieni, tubi ta’ ġo fihom u prodotti speċifiċi.

Prodotti ta’ iżolament termali u kittijiet u sistemi komposti ta’ iżolament.

Siment, ġir tal-bini, u binders idrawliċi oħrajn.

Bibien, twieqi, kontraporti, gradi, u aċċessorji relatati mal-bini.

Ħadid għar-rinfurzar u l-prestressing tal-konkos (u prodotti anċillari) — kittijiet tal-post-tensioning.

L-objettiv ewlieni huwa l-aġġornament tal-istandards għall-qafas regolatorju l-ġdid u li tiġi indirizzata l-prestazzjoni tal-prodotti fir-rigward tar-Rekwiżiti Bażiċi għal Xogħlijiet ta’ Bini definiti bir-Regolament u inkluża l-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali.

72

Emissjonijiet u radjazzjoni ta’ sustanzi perikolużi minn prodotti għall-bini

Ir-Regolament (UE) 2024/3110 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini

L-iżvilupp ta’ metodi ta’ ttestjar għall-valutazzjoni tar-rilaxx, l-emissjoni u l-kontenut ta’ sustanzi perikolużi u radjazzjoni minn prodotti għall-bini.

L-objettiv ewlieni huwa l-ispeċifikazzjoni tal-metodi għad-determinazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini fir-rigward tar-rilaxx, l-emissjoni u l-kontenut ta’ sustanzi perikolużi u radjazzjoni.

73

Esponiment għan-nar tal-faċċati tal-bini

Ir-Regolament (UE) 2024/3110 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini

L-iżvilupp ta’ metodi ta’ ttestjar għall-valutazzjoni tal-esponiment estern għan-nar tal-faċċati.

L-għan ewlieni huwa l-ispeċifikazzjoni tal-metodi għad-determinazzjoni tal-prestazzjoni tal-faċċati fil-każ ta’ esponiment estern għan-nar. Se jiġu ddefiniti żewġ metodi: testijiet tal-faċċati fuq skala medja u fuq skala kbira. Il-metodu ta’ ttestjar għandu jivvaluta mill-inqas it-tixrid tan-nar fuq il-faċċata u l-partijiet li jaqgħu minnha.

74

Infrastruttura taċ-ċikliżmu u pjanar tal-mobbiltà

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ Servizzi ta’ Informazzjoni dwar l-Ivvjaġġar Multimodali fl-UE kollha (emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/490 tad-29 ta’ Novembru 2023)

Dikjarazzjoni Ewropea dwar iċ-ċikliżmu (C/2024/2377)

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej għan-network taċ-ċikliżmu, inklużi attributi bħall-kwalità tas-superfiċe u s-sewqan tar-roti maġenb xulxin; għad-data dwar l-għadd taċ-ċikliżmu (eż. il-post tal-counters, it-tip ta’ infrastruttura, il-modalitajiet magħduda, id-direzzjoni, u l-għadd ta’ passaġġi); għad-data dwar l-imġiba taċ-ċiklisti (eż. l-għażliet tad-dawran immedjat, l-għażliet tar-rotta, il-veloċità tal-ivvjaġġar, u l-ħinijiet ta’ stennija); u għal parkeġġi taċ-ċiklisti — li jiżguraw l-allinjament mal-oqfsa rilevanti għall-iskambju tad-data u l-immudellar tat-trasport.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi appoġġat l-ippjanar tar-rotot f’ħin reali, tiġi ottimizzata l-infrastruttura taċ-ċikliżmu, u jittejjeb l-immaniġġjar tat-traffiku billi tiġi standardizzata d-data dwar in-networks taċ-ċikliżmu, il-parkeġġ u l-imġiba taċ-ċiklisti. Dan se jgħin lill-pjanifikaturi tal-mobbiltà, lill-iżviluppaturi tar-rotot, u lill-mudelli tat-trasport.

75

Sikurezza tal-ġugarelli

Id-Direttiva 2009/48/KE dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

Il-Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sikurezza tal-ġugarelli u li jħassar id-Direttiva 2009/48/KE

COM/2023/462 final

L-iżvilupp ta’ standards ġodda biex ikopru l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-dwal LED fil-ġugarelli kif koperti mid-Direttiva 2009/48/KE.

L-iżvilupp ta’ standards armonizzati ġodda b’appoġġ għar-Regolament propost.

L-għan tal-azzjoni huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa u sikurezza tat-tfal meta jilagħbu bil-ġugarelli kif ukoll il-moviment liberu tal-ġugarelli fl-Unjoni.

76

Kompatibbiltà Elettromanjetika

Id-Direttiva 2014/30/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (riformulazzjoni)

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda b’appoġġ għar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2014/30/UE.

L-iżgurar li l-istandards armonizzati b’appoġġ għar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/30/UE jiġu aġġornati u jirrappreżentaw l-aktar stat reċenti ta’ żvilupp tekniku.

77

Tagħmir tar-Radju

Id-Direttiva 2014/53/UE dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju

L-iżvilupp ta’ standards ġodda b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE u r-rieżami ta’ dawk eżistenti.

L-iżgurar li l-istandards armonizzati b’appoġġ għar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE jiġu aġġornati u jirrappreżentaw l-aktar stat reċenti ta’ żvilupp tekniku.

78

Sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur

Ir-Regolament (UE) 2023/988 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti

L-iżvilupp jew ir-reviżjoni ta’ standards Ewropej biex jappoġġaw ir-Regolament (UE) 2023/988 dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti, b’enfasi fuq il-prodotti tat-tfal, it-tagħmir tal-ġinnastika, il-lajters, u oġġetti oħra fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, f’kollaborazzjoni mal-grupp ta’ esperti tan-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur tal-Kummissjoni. Dan jinkludi t-titjib tas-sikurezza tat-tfal fir-rigward ta’ tendini interni, ilqugħ tat-twieqi bil-ħbula, u tagħmir tas-sikurezza, kif ukoll it-titjib tas-sikurezza tat-tagħmir tal-ġinnastika u stazzjonarju u tal-apparat tal-imblukkar għat-twieqi u l-bibien tal-gallariji.

L-objettiv ewlieni huwa li tittejjeb is-sikurezza tal-prodotti skont ir-Regolament (UE) 2023/988 dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti billi jiġi żgurat li l-istandards kurrenti jinkorporaw l-aħħar għarfien xjentifiku u jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni.


(1)   Il-Pjan Kontinwu għall-Istandardizzazzjoni tal-ICT jagħti ħarsa ġenerali aktar dettaljata tal-ħtiġijiet tal-istandardizzazzjoni tal-ICT b’appoġġ għall-politiki u r-regolamenti tal-UE.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1818/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)