European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1776

31.3.2025

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2025 – Lami Packaging v EUIPO – Tetra Laval Holdings & Finance (Forma ta’ ppakkjar ottagonali)

(Kawża T-104/25)

(C/2025/1776)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lami Packaging (Kunshan) Co. Ltd (Kunshan, iċ-Ċina) (rappreżentant: K. Strömholm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tetra Laval Holdings & Finance SA (Pully, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea –Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 1 620 566

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Diċembru 2024 fil-Każ R 12/2024-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara t-trade mark inkwistjoni invalida fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO jew lill-intervenjenti, jekk applikabbli, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1776/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)