|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1758 |
31.3.2025 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2025 – Klein vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-394/23) (1)
(Saħħa pubblika - Qafas regolatorju tal-Unjoni li jirregola l-prodotti mediċinali - Klawżola tas-sigurtà - Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 93/42/KEE - Notifika minn Stat Membru ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Prodott mediċinali Inhaler Broncho-Air® - Tħassir tad-Direttiva 93/42 - Artikoli 94 sa 97 tar-Regolament (UE) 2017/745 - Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali)
(C/2025/1758)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Christoph Klein (Großgmain, l-Awstrija) (rappreżentant: H.-J. Ahlt, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers, A. Spina u E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: P.-L. Krüger u J. Möller, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 2961 final tat-28 ta’ April 2023 dwar miżura li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali Inhaler Broncho-Air® immanifatturat minn Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH għan-nom ta’ Broncho-Air Medizintechnik AG.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 2961 final tat-28 ta’ April 2023 dwar miżura li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali Inhaler Broncho-Air® immanifatturat minn Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH għan-nom ta’ Broncho-Air Medizintechnik AGest hija annullata. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk ta’ Christoph Klein. |
|
3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1758/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)