|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1683 |
14.3.2025 |
Sejħa għall-Offerti għal Konnettività bl-Ajru Msaħħa għas-Slovenja
(C/2025/1683)
B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija tas-Sejħa għall-Offerti għal Konnettività bl-Ajru Msaħħa għas-Slovenja, li s-suġġett tagħha huwa l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat lit-trasportaturi tal-ajru għall-bidu tal-operat ta’ rotot tal-ajru ġodda, għall-ġarr tal-passiġġieri lejn jew minn ajruport pubbliku fit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja li fih isir it-trasport internazzjonali bl-ajru, lejn punt uniku ta’ llandjar fit-territorju tal-pajjiżi taż-Żona ta’ Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA).
It-test tal-Offerta (bil-lingwa Slovena u bil-lingwa Ingliża) se jkun disponibbli fis-sit web uffiċjali tal-Gvern www.gov.si dakinhar tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mad-dokumentazzjoni tal-Offerta.
L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jridu jintbagħtu fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikanti jistgħu jistaqsu kwalunkwe ħaġa rigward is-Sejħa għall-Offerti billi jibagħtu email lil mzi.air-connect@gov.si bis-suġġett: “Sejħa għall-Offerti għal Konnettività bl-Ajru Msaħħa għas-Slovenja”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1683/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)