|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1670 |
24.3.2025 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2025 – Khiabani vs Il-Kunsill
(Kawża T-94/25)
(C/2025/1670)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mohammad Reza Khiabani (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: V. Ostrovskis u C. Cauvin, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2894 tat-18 ta’ Novembru 2024 (1) sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2896 tat-18 ta’ Novembru 2024 (2) sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent; u |
|
— |
tordna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent għad-difiża tiegħu. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv: nuqqas li jiġi ssodisfatt l-oneru ta’ prova. |
|
2. |
It-tieni motiv: żball ta’ liġi minħabba l-applikazzjoni għar-rikorrent tal-kriterju għall-inklużjoni fil-lista speċifikat fl-Artikolu 3(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 (3) (kif emendata) u fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) 2023/1529 tal-20 ta’ Lulju 2023 (4) (kif emendat). |
|
3. |
It-tielet motiv: ksur tad-dritt tar-rikorrent għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tad-drittijiet tad-difiża tiegħu. |
|
4. |
Ir-raba motiv: żball ta’ evalwazzjoni. |
|
5. |
Il-ħames motiv: ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2894 tat-18 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (ĠU L, 2024/2894).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2896 tat-18 ta’ Novembru 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (ĠU L, 2024/2896).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (ĠU 2023, L 186, p. 20).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (ĠU 2023, L 186, p. 1, rettifika fil-ĠU 2023, L 196 p. 61).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1670/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)