European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1662

24.3.2025

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2025 – Synonym Software vs EUIPO (PAYKIT)

(Kawża T-78/25)

(C/2025/1662)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Synonym Software, SA de CV (San Salvador, El Salvador) (rappreżentant: P. Olson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “PAYKIT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 935 581

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Novembru 2024 fil-Każ R 1577/2024-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, parzjalment tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-oġġetti/servizzi li ma humiex relatati ma’ pagamenti;

tirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fir-rigward tal-oġġetti u servizzi koperti mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1662/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)