|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1648 |
24.3.2025 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2025 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-47/25)
(C/2025/1648)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, J. Langer u C. Schillemans, aġenti)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2879 tat-13 ta’ Novembru 2024 (ĠU L 2024/2879, p. 1), sa fejn tirreferi għar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni, fir-rigward tas-sena baġitarja 2021, ammont ta’ EUR 20 793 658,03 rigward l-ispejjeż iddikjarati mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tal-Istati Membri u pagabbli mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn il-motivi tad-deċiżjoni kkontestata ma jirreferux għar-raġuni li l-Kummissjoni Ewropea tqis bħala rilevanti skont l-Artikolu 54(5) tar-Regolament 1306/2013 (1), peress li d-deċiżjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 54(5)(b) ta’ dan ir-regolament, filwaqt li jirriżulta b’mod partikolari mill-isfond fattwali li l-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha esklużivament fuq l-Artikolu 54(5)(c) ta’ dan l-istess regolament. |
|
2. |
It-tieni motiv: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 54(5)(c) tar-Regolament Nru 1306/2013:
|
|
3. |
It-tielet motiv: in-negliġenza jew in-natura irraġonevoli tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn ebda estensjoni tat-terminu ta’ rkupru skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 1306/2013 ma ġiet awtorizzata fl-2021, li kellu bħala effett li l-miżuri li l-awtoritajiet Olandiżi adottaw fl-2021 kienu ġew esklużi. |
(1) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 59, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83).
(2) Regolament (UE) 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, fil-ĠU 2016, L 130, p. 8, fil-ĠU 2020, L 1, p. 5, fil-ĠU 2022, L 195, p. 106 u fil-ĠU 2023, L 200, p. 51).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1648/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)