European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1616

12.3.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11911 – ETA / SPL / SP MOBILITY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1616)

1.   

Fl-4 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Red Hexagon Energy Transition Asia Fund SCSp (“ETA”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn HSBC Holdings plc (ir-Renju Unit),

Singapore Power Limited (“SPL”, Singapore), li tappartjeni għall-grupp Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapore),

SP Mobility Pte. Ltd. (“SP Mobility”, Singapore), attwalment ikkontrollata minn SPL.

ETA u SPL se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SP Mobility.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u permezz ta’ kuntratt.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

ETA huwa fond tal-Infrastruttura tat-Tranżizzjoni tal-Enerġija (“Energy Transition Infrastructure, ETI”) li jinvesti f’negozji li jiżviluppaw, jippossjedu u/jew joperaw assi tal-ETI fl-Asja,

SPL hija parti minn grupp ta’ utilitajiet fl-Asja tal-Paċifiku li tippossjedi u topera negozji ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku u tal-gass f’Singapore u l-Awstralja u soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli f’Singapore, fiċ-Ċina, fil-Vjetnam u fit-Tajlandja. Temasek hija kumpanija ta’ investiment multinazzjonali tal-Istat ta’ Singapore.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża SP Mobility huma dawn li ġejjin: hija s-sid u topera network tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi f’Singapore u tipprovdi servizzi ta’ ċċarġjar tal-vetturi elettriċi f’postijiet bl-imnut, kummerċjali, industrijali u residenzjali lokalment.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11911 – ETA / SPL / SP MOBILITY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1616/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)