|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1615 |
12.3.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11746 – DSV / SCHENKER)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1615)
1.
Fl-4 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
DSV A/S (“DSV”, id-Danimarka), |
|
— |
Schenker Aktiengesellschaft (“Schenker”, il-Ġermanja), attwalment sussidjarja kollha kemm hi ta’ Deutsche Bahn Aktiengesellschaft (“DB”, il-Ġermanja). |
DSV se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Schenker.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
DSV: Il-forniment ta’ servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija, li tkopri t-trasport tal-merkanzija fuq l-art, bl-ajru u bil-baħar, u servizzi ta’ loġistika tal-kuntratti. Il-portafoll tas-servizzi huwa organizzat fi tliet linji operatorji: (i) DSV Air & Sea, (ii) DSV Road u (iii) DSV Solutions (servizzi ta’ loġistika tal-kuntratti). DSV hija attiva fl-Ewropa, fil-Kontinent Amerikan, fl-Asja-Paċifiku, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika, |
|
— |
Schenker: Il-forniment ta’ servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija, li tkopri t-trasport tal-merkanzija fuq l-art, bl-ajru u bil-baħar, u servizzi ta’ loġistika tal-kuntratti. Schenker hija attiva fl-Ewropa, fil-Kontinent Amerikan, fl-Asja-Paċifiku, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika. DB akkwistat Schenker fl-2002 u minn dak iż-żmien kellha 100 % tal-ishma ta’ Schenker. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11746 – DSV / SCHENKER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1615/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)