|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1518 |
17.3.2025 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – A. B., F. B. vs Slovenská sporiteľňa, a.s.
(Kawża C 677/23, Slovenská sporiteľňa (informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur)) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehim ta’ kreditu bħal dan - Obbligu ta’ informazzjoni - Tul tal-kuntratt - Ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta (APR) - Assunzjonijiet użati għall-kalkolu tal-APR)
(C/2025/1518)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A. B., F. B.
Konvenut: Slovenská sporiteľňa, a.s.
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 10(2)(ċ) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/90/UE, tal-14 ta’ Novembru 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li: kuntratt ta’ kreditu ma għandux imperattivament isemmi b’mod espliċitu t-tul tal-kuntratt sakemm il-klawżoli ta’ dan il-kuntratt jippermettu lill-konsumatur jiddetermina dan it-tul mingħajr diffikultà u b’ċertezza. |
|
2) |
L-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48, kif emendata bid-Direttiva 2011/90, għandu jiġi interpretat fis-sens li: l-assunzjonijiet użati għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta (APR) għandhom jissemmew espliċitament fil-kuntratt ta’ kreditu u li ma huwiex suffiċjenti f’dan ir-rigward li l-konsumatur ikun jista’ jidentifikahom huwa stess permezz tal-eżami tal-klawżoli ta’ dan il-kuntratt. |
(1) ĠU C, C/2024/1244.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1518/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)