|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1516 |
17.3.2025 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Jannar 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs NEW Niederrhein Energie und Wasser GmbH
(Kawża C-518/23, NEW Niederrhein Energie und Wasser) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumatur - Prattiki kummerċjali żleali - Direttiva 2005/29/KE - Artikolu 7 - Ommissjonijiet qarrieqa - Stedina għax-xiri - Informazzjoni importanti - Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur dwar kif jiġi kkalkolat il-prezz - Offerta ta’ provvista ta’ elettriku online - Simulatur ta’ tariffi - Indikazzjoni ta’ perċentwali ta’ żieda fil-prezz applikabbli għall-konsumatur)
(C/2025/1516)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
Konvenut: NEW Niederrhein Energie und Wasser GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) u (4)(ċ) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali),
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
fil-każ ta’ stedina għax-xiri mwettqa permezz ta’ komunikazzjoni kummerċjali online, l-informazzjoni relatata mal-mod kif il-prezz huwa kkalkolat ma għandhiex neċessarjament tinkludi l-perċentwali eżatta ta’ komponent varjabbli bħall-ammont ta’ kumpens applikat mill-fornitur tal-elettriku lill-konsumatur ikkonċernat, b’tali mod li dan tal-aħħar, hekk kif ikun jaf il-konsum tal-elettriku tiegħu, ikun jista’ jipproċedi b’mod awtonomu għall-kalkolu ta’ dan il-prezz, sakemm din il-komunikazzjoni tindika l-applikabbiltà bħala prinċipju ta’ tali perċentwali, flimkien mal-ammont possibbli tagħha u ta’ elementi li għandhom effett fuqu, u b’hekk tippermetti lill-konsumatur medju jieħu d-deċiżjoni kummerċjali tiegħu b’għarfien sħiħ tal-fatti.
(1) ĠU C, C/2023/641.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1516/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)