|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1499 |
6.3.2025 |
LISTA MILITARI KOMUNI TAL-UNJONI EWROPEA
adottata mill-Kunsill fi 24 ta’ Frar 2025
(tagħmir kopert mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi r-regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari)
(li taġġorna u tissostitwixxi l-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Frar 2024 (1))
(PESK)
(C/2025/1499)
|
Nota 1 |
Termini f'"virgoletti doppji" huma termini definiti. Irreferi għal 'Definizzjonijiet ta' Termini użati f'din il-Lista' annessi ma' din il-Lista. |
|
Nota 2 |
F'xi każijiet is-sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal sustanzi kimiċi tal-istess formula strutturali (inkluż l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS jintwerew biex jassistu fl-identifikazzjoni ta' kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista' jkollhom ukoll numri CAS differenti. |
|
Nota 3 |
Il-'Lista ta' Użu Doppju tal-UE' tirreferi għall-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju (riformulazzjoni). |
|
ML1 |
Armi b'kanna lixxa b'kalibru ta' inqas minn 20 mm, armamenti oħra u armi awtomatiċi b'kalibru ta' 12,7 mm (kalibru 0,50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
|
|
ML2 |
Armi b'kanna lixxa b'kalibru ta' 20 mm jew aktar, armi jew armament oħra b'kalibru akbar minn 12,7 mm (kalibru ta' 0,50 pulzier), projetturi u aċċessorji ddiżinjati apposta jew modifikati għall-użu militari u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
ML3 |
Munizzjon u apparati tal-issettjar tal-fjus, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
ML4 |
Bombi, torpedos, rokits, missili, apparati u kargi splussivi oħra u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
ML5 |
Tagħmir għall-kontroll tal-isparar, ta' sorveljanza u ta' twissija, u sistemi relatati, tagħmir ta' ttestjar u allinjament u kontromiżura, kif ġej, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
ML6 |
Vetturi tal-art u komponenti, kif ġej:
|
|
ML7 |
Aġenti kimiċi, "aġenti bijoloġiċi", "aġenti ta' kontroll ta' rvellijiet", materjali radjuattivi, tagħmir, komponenti u materjali relatati, kif ġej:
|
|
ML8 |
"Materjali enerġetiċi" u sustanzi relatati, kif ġej:
Noti Tekniċi
|
|
ML9 |
Bastimenti tal-gwerra (fil-wiċċ jew ta' taħt l-ilma), tagħmir navali speċjali, aċċessorji, komponenti u bastimenti tal-wiċċ oħra, kif ġej:
|
|
ML10 |
"Inġenji tal-ajru", "vetturi eħfef mill-arja", "Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ" ("UAVs"), aeromagni, "inġenji suborbitali" u tagħmir għall-"inġenji tal-ajru", tagħmir u komponenti relatati, kif ġej, iddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari:
|
|
ML11 |
Tagħmir elettroniku, "inġenji spazjali" u komponenti, mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, kif ġej:
|
|
ML12 |
Sistemi ta' armi b'enerġija kinetika b'veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
ML13 |
Tagħmir, kostruzzjonijiet, komponenti, u aċċessorji blindati jew protettivi, kif ġej:
|
|
ML14 |
'Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari', jew għas-simulazzjoni ta' xenarji militari, simulaturi ddiżinjati apposta għal taħriġ fl-użu ta' kwalunkwe arma tan-nar jew arma kkontrollata minn ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom.
|
|
ML15 |
Tagħmir ta' immaġni jew kontromiżura, kif ġej, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
ML16 |
Foroġ, forom u prodotti oħra mhux kompluti, iddiżinjati apposta għal oġġetti speċifikati f'ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.
|
|
ML17 |
Tagħmir, materjal u "libreriji" mixxellanji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
Nota Teknika
|
|
ML18 |
Tagħmir ta' 'produzzjoni', faċilitajiet għal testijiet ambjentali u l-komponenti tagħhom, kif ġej:
Nota Teknika Għall-finijiet ta' ML18, it-terminu 'produzzjoni' jinkludi tfassil, eżami, manifattura, ittestjar u verifika. |
|
ML19 |
Sistemi ta' armi b'enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta' kontromiżura u mudelli ta' ttestjar, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
Nota Teknika Għall-finijiet ta' ML19, 'sistemi tal-armi' huma ddisinjati għall-ħsara, il-qerda tal-bersall jew l-isfrattu tal-missjoni tiegħu. |
|
ML20 |
Tagħmir krijoġeniku u "superkonduttiv", kif ġej, u komponenti u aċċessorji iddiżinjati apposta għalih:
|
|
ML21 |
"Software" kif ġej:
|
|
ML22 |
"Teknoloġija", kif ġej:
|
DEFINIZZJONIJIET TA' TERMINI UŻATI F'DIN IL-LISTA
Dawn li ġejjin huma definizzjonijiet ta' termini użati f'din il-Lista, f'ordni alfabetiku.
|
Nota 1 |
Id-definizzjonijiet japplikaw matul il-Lista kollha. Ir-referenzi huma biss konsultattivi u ma għandhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni universali ta' termini definiti matul il-Lista kollha. |
|
Nota 2 |
Il-kliem u t-termini li jinsabu f'din il-Lista ta' Definizzjonijiet jieħdu biss it-tifsira definita fejn din hija indikata billi jkunu bejn "virgoletti doppji". F'postijiet oħrajn, il-kliem u t-termini jieħdu t-tifsiriet komunament aċċettati tagħhom (tad-dizzjunarju), jekk ma tingħatax definizzjoni lokali għal kontroll partikolari. |
|
ML7 |
"Aġenti bijoloġiċi" |
Patoġeni jew tossini, magħżula jew modifikati (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) sabiex jipproduċu vittmi umani jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba' jew lill-ambjent. |
||||||||||||||||||||||
|
ML7 |
"Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet" |
Sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennijin tal-użu għal finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet, jipproduċu rapidament fil-bnedmin irritazzjoni tas-sensi jew effetti fiżiċi li jiddiżabilitaw li jitilqu fi żmien qasir wara t-terminazzjoni tal-espożizzjoni. (Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta' "aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet".) |
||||||||||||||||||||||
|
ML7, 22 |
"Bijokatalisti" |
'Enżimi' għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi jew komposti bijoloġiċi oħrajn li jingħaqdu ma' u jaċċelleraw id-degradazzjoni ta' aġenti kimiċi tal-gwerra. Nota Teknika 'Enżimi' tfisser "bijokatalisti" għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
"Ċellola tal-fjuwil" |
Tagħmir elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament f'Elettriku ta' Kurrent Dirett (DC), bil-konsum ta' fjuwil minn sors estern. |
||||||||||||||||||||||
|
ML21 |
"Divulgazzjoni tal-vulnerabbiltà" |
Il-proċess ta' identifikazzjoni, rappurtar, jew komunikazzjoni tal-vulnerabbiltà, jew l-analiżi tagħha flimkien ma' individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-tmexxija jew il-koordinazzjoni ta' rimedju bl-iskop li tinsab soluzzjoni għaliha. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
"Fl-isfera pubblika" |
Din tfisser "teknoloġija" jew "software" li huma disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal aktar disseminazzjoni. Nota Restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur ma jneħħux lit-"teknoloġija" jew "software" milli jibqgħu "fl-isfera pubblika". |
||||||||||||||||||||||
|
ML1, 8, 10, 14 |
"Inġenji tal-ajru" |
Vettura li ttir bi ġwienaħ fissi, ġwienaħ b'ġeometrija varjabbli, ġwienaħ li jduru (ħelikopter), rotor li jista' jinklina jew ġwienaħ li jinklinaw. |
||||||||||||||||||||||
|
ML10 |
"Inġenju suborbitali" |
Inġenju li għandu spazju magħluq iddisinjat għat-trasport tan-nies jew tal-merkanzija, li huwa ddisinjat biex:
|
||||||||||||||||||||||
|
ML4, 10 |
"Inġenju tal-ajru ċivili" |
Dawk l-"inġenji tal-ajru" elenkati skont id-deżinjazzjoni f'listi ta' ċertifikazzjoni ta' ajrunavigabbiltà ppubblikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar biex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew kummerċjali. |
||||||||||||||||||||||
|
ML21 |
"Kompjuter diġitali" |
Tagħmir li jista', fil-forma ta' varjabbli diskret wieħed jew aktar, iwettaq dan kollu li ġej:
Nota Teknika N.B. Modifiki ta' sekwenza maħżuna ta' istruzzjonijiet tinkludi s-sostituzzjoni ta' apparat b'memorja fissa, iżda mhux bidla fiżika fil-wajering jew fl-interkonnessjonijiet. |
||||||||||||||||||||||
|
ML19 |
"Kwalifikati għall-użu spazjali" |
Iddisinjati, manifatturati, jew kwalifikati permezz ta' testijiet b'suċċess, għall-operazzjoni f'għoli ta' aktar minn 100 km 'il fuq mill-wiċċ tad-dinja. Nota Deċiżjoni li oġġett speċifiku jkun "kwalifikat għall-ispazju" permezz ta' testijiet ma tfissirx li oġġetti oħra fl-istess linja ta' produzzjoni jew sensiela ta' mudelli jkunu "kwalifikati għall-ispazju" jekk ma jkunux ġew ittestjati individwalment. |
||||||||||||||||||||||
|
ML9, 13, 17, 19 |
"Laser" |
Oġġett li jipproduċi dawl koerenti fl-ispazju u fil-ħin permezz ta' amplifikazzjoni b'emissjoni stimolata ta' radjazzjoni. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
"Librerija" (bażi tad-data teknika parametrika) |
Ġabra ta' informazzjoni teknika, li referenza għaliha tista' ttejjeb il-prestazzjoni ta' sistemi, tagħmir jew komponenti rilevanti. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8 |
"Materjali enerġetiċi" |
Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex joħorġu enerġija rikjesta għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. "Splussivi", "pirotekniċi" u "propellanti" huma subklassijiet ta' materjali enerġetiċi. |
||||||||||||||||||||||
|
ML13 |
"Materjali fibrużi jew filamentari" |
Jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
"Meħtieġ" |
Kif applikata għal "teknoloġija", tirreferi biss għal dak il-porzjon ta' "teknoloġija" li huwa partikolarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kontrollati ta' eżekuzzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. "Teknoloġija" "meħtieġa" bħal din tista' tkun kondiviża bejn prodotti differenti. |
||||||||||||||||||||||
|
ML4, 8 |
"Pirotekniku/i" |
Taħlit ta' fjuwils solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni enerġetika qawwija b'rata kontrollata intenzjonati biex jipproduċu dewmien speċifiċi fil-ħin, jew kwantitajiet ta' sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infra-ħamra. Il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux ossidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt mal-arja. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8 |
"Prekursuri" |
Sustanzi kimiċi ta' speċjalità użati fil-manifattura ta' splussivi. |
||||||||||||||||||||||
|
ML 21, 22 |
"Produzzjoni" |
Tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal: l-inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, l-assemblaġġ (l-immuntar), l-ispezzjoni, l-ittestjar, l-iżgurar tal-kwalità ta' prodott. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8 |
"Propellanti" |
Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex jipproduċu volumi kbar ta' gassijiet jaħarqu f'rati kontrollati biex iwettqu xogħol mekkaniku. |
||||||||||||||||||||||
|
ML9, 17 |
"Reattur nukleari" |
Jinkludi l-oġġetti fi jew imwaħħlin direttament ma' reċipjent reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta' qawwa fil-qalba, u l-komponenti li normalment fihom jew jiġu f'kuntatt dirett ma' jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
"Riċerka xjentifika bażika" |
Xogħol sperimentali jew teoriku magħmul prinċipalment biex jintlaħaq tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn skop prattiku jew objettiv speċifiku. |
||||||||||||||||||||||
|
ML21 |
"Rispons għal inċidenti ċibernetiċi" |
Il-proċess tal-iskambju ta' informazzjoni meħtieġa dwar inċident ċibernetiku ma' individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-tmexxija jew il-koordinazzjoni ta' rimedju biex jiġi indirizzat l-inċident ċibernetiku. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
"Robot" |
Mekkaniżmu għal manipulazzjoni, li jista' jkun tal-varjetà mogħdija kontinwa (continuous path) jew punt-għal-punt, jista' juża sensuri, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
"Aċċess għal utent programmata" tfisser il-faċilità li tawtorizza lill-utent biex idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi "programmi" b'metodi barra:
Nota Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma tinkludix l-apparati li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||
|
ML11 |
"Sistema ta' navigazzjoni bis-satellita" |
Sistema li tikkonsisti minn stazzjonijiet fuq l-art, kostellazzjoni ta' "satelliti", u riċevituri, li tippermetti li l-postijiet tar-riċevitur jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta' sinjali li jkunu waslu mis-"satelliti". Din tinkludi Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita u Sistemi Reġjonali ta' Navigazzjoni bis-Satellita. Nota Teknika 1 "Satellita" "Inġenju spazjali", għajr "vettura spazjali", iddisinjat biex jopera fl-orbita madwar id-dinja jew madwar korp ċelestjali ieħor; "satelliti" tinkludi stazzjonijiet spazjali fl-orbita. Nota Teknika 2 "Inġenji spazjali" Inġenju ddisinjat biex jopera, jippersisti jew jittranżita fl-ispazju fil-forma ta' "satellita", "sonda spazjali", jew "vettura spazjali". Nota Teknika 3 "Vettura spazjali" "Inġenju spazjali" ddisinjat biex jipprovdi trasport għall-merkanzija jew għall-passiġġieri.
Nota Teknika 4 "Sonda spazjali" "Inġenju spazjali" għajr "satellita" jew "vettura spazjali", iddisinjat biex ma jerġax lura fid-dinja. |
||||||||||||||||||||||
|
ML4, 11, 21 |
"Software" |
Kollezzjoni ta' "programm" jew "mikroprogramm" wieħed jew aktar delimitati fi kwalunkwe medju tanġibbli ta' espressjoni. Nota Teknika 1 "Programm" Sekwenza ta' struzzjonijiet sabiex jitwettaq jew jiġi kkonvertit proċess f'forma eżegwibbli minn kompjuter elettroniku. Nota Teknika 2 "Mikroprogramm" Sekwenza ta' struzzjonijiet elementari li jinżammu f'ħażna speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tibda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta' referenza tagħha f'reġistru ta' struzzjonijiet. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8, 18 |
"Splussivi" |
Sustanzi solidi, likwidi jew bħala gass jew taħlit ta' sustanzi li, fl-applikazzjoni tagħhom primarjament bħala karga primarja, booster jew prinċipali f'applikazzjoni ta' testata, f'applikazzjoni għat-twaqqigħ jew applikazzjonijiet oħrajn, huma meħtieġa li jiddetonaw. |
||||||||||||||||||||||
|
ML6, 13 |
"Standards ekwivalenti" |
Standards nazzjonali jew internazzjonali komparabbli rikonoxxuti minn Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar u applikabbli għall-entrata rilevanti. |
||||||||||||||||||||||
|
ML20 |
"Superkonduttiv" |
Jirreferi għal materjali (jiġifieri metalli, ligi jew komposti) li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha (jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana Joule). Nota Teknika L-istat "superkonduttiv" ta' materjal huwa karatterizzat individwalment b'"temperatura kritika", kamp manjetiku kritiku, li huwa funzjoni tat-temperatura, u densità ta' kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura. Nota "Temperatura kritika"(xi kultant nirreferu għaliha bħala t-temperatura ta' tranżizzjoni) ta' materjal "superkonduttiv" speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta' kurrent elettriku dirett. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
"Tagħmir tat-tarf" |
Ħattafa, 'unitajiet attivi ta' għodda' u kull għodda oħra li hija magħquda mal-pjanċa fit-tarf ta' driegħ manipulatur ta' "robot". Nota Teknika 'Unitajiet attivi ta' għodda' huma apparat biex tkun applikata qawwa motiva, proċessar ta' enerġija jew sensitizzazzjoni lil oġġett li qiegħed isir xogħol fuqu. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
"Teknoloġija" |
Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' prodott. L-informazzjoni tieħu l-forma ta' 'data teknika' jew 'assistenza teknika'. "Teknoloġija" speċifika għal-Lista Militari Komuni tal-UE hija definita f'ML22. Noti Tekniċi
|
||||||||||||||||||||||
|
ML15 |
"Tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni" |
Tubi ffokati elettrostatikament, li jużaw fibre optic jew pjanċi b'wiċċ tal-ħġieġ għad-dħul u l-ħruġ, fotokatodi multialkalini (S-20 jew S-25), imma mhux amplifikaturi bi pjanċa mikrokanali. |
||||||||||||||||||||||
|
ML10 |
"Vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ" ("UAV") |
Kwalunkwe "inġenju tal-ajru" li jista' jibda titjira u jsostni t-titjira u n-navigazzjoni taħt kontroll mingħajr l-ebda preżenza umana abbord. |
||||||||||||||||||||||
|
ML10 |
"Vetturi eħfef mill-arja" |
Balloons u "airships" li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef mill-arja bħal elju jew idroġenu biex jitilgħu. Nota Teknika "Airship" Vettura li ttir bil-magni u li żżomm fl-arja permezz ta' gass (ġeneralment l-elju, preċedentement l-idroġenu) li huwa eħfef mill-arja. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17, 21, 22 |
"Żvilupp" |
Huwa relatat mal-istadji kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: id-disinn, ir-riċerka dwar id-disinn, l-analiżi tad-disinn, il-kunċetti tad-disinn, l-immuntar u l-ittestjar ta' prototipi, l-iskemi ta' produzzjoni ta' piloti, id-data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni tad-data tad-disinn fi prodott, id-disinn ta' konfigurazzjoni, id-disinn ta' integrazzjoni, l-arranġamenti skont pjan. |
(1) C/2024/90014, 01.03.2024 u C/2024/90014, 06.03.2024
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1499/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)