|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1437 |
10.3.2025 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2024 – Bloom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-659/24)
(C/2025/1437)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bloom (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F. Lafforgue, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 2024 li tiċħad it-talba għal rieżami intern fis-sens tal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament ta’ Aarhus dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1382 tat-23 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 fir-rigward tal-projbizzjoni tas-sajd f’ħabitats protetti, id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti tat-tkarkir gangui li jistadu f’ċertu ilmijiet territorjali ta’ Franza (Provence-Alpes-Côte d’Azur); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi uniku bbażat fuq żball ta’ dritt u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni sa fejn din tqis li regolament ta’ implimentazzjoni ma jmurx kontra d-dritt tal-ambjent. Il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet:
|
— |
ir-rikorrenti tosserva, b’mod prinċipali, li d-deroga mogħtija tirrigwarda b’mod partikolari żona koperta minn żewġ żoni protetti tal-baħar li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) 1967/2006, li fir-rigward tagħha ma tista’ tingħata ebda deroga. F’dan ir-rigward, hija ssostni wkoll li anki jekk jitqies li d-deroga għas-sajd bil-bastimenti tat-tkarkir fil-ħaxix ta’ qiegħ il-baħar tal-Posidonia tista’ tikkonċerna ż-żoni protetti tal-baħar li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 4, dawn iż-żewġ żoni protetti tal-baħar intgħażlu mhux biss għall-konservazzjoni tal-ħaxix ta’ qiegħ il-baħar tal-Posidonia, iżda wkoll għal dik ta’ tipi oħra ta’ mergħat ta’ qiegħ il-baħar, b’mod partikolari tal-Cymodocea nodosa, u ta’ ħabitats koralliġeni; issa, skont ir-rikorrenti ma tista’ tingħata ebda deroga għas-sajd bil-bastimenti tat-tkarkir f’żoni protetti tal-baħar għall-konservazzjoni ta’ dawn il-ħabitats. |
|
— |
sussidjarjament, ir-rikorrenti tosserva wkoll li r-regolament ta’ implimentazzjoni huwa illegali sa fejn ma jillimitax id-deroga għall-ħaxix ta’ qiegħ il-baħar tal-Posidonia. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1437/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)