|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1420 |
10.3.2025 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2025 – UniCredit Bank vs SRB (Kontribuzzjonijiet ex ante 2022)
(Kawża T-405/22) (1)
(Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti ta’ investiment (SRM) - Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) - Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2022 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Eċċezzjoni ta’ illegalità)
(C/2025/1420)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: UniCredit Bank GmbH, magħrufa qabel bħala UniCredit Bank AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Schäfer, H. Großerichter, F. Kruis u N. Bartmann, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: K.-P. Wojcik, C. Flynn u D. Ceran, aġenti, assistiti minn G. Coppo u K. Bongs, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Etienne, M. Menegatti u G. Bartram, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bauerschmidt, J. Haunold u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) SRB/ES/2022/18 tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, sa fejn tikkonċernaha.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
UniCredit Bank GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk imġarrba mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB). |
|
3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1420/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)