|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1416 |
10.3.2025 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2025 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-13 ta’ Novembru 2024 fil-Kawża T-302/21, Aboca et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-48/25 P)
(C/2025/1416)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, I. Galindo Martín, B. Rous Demiri u F. van Schaik, Aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Aboca SpA Soc. agr., Coswell SpA u Associação portuguesa de suplementos alimentares (Apard)
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġeneral fil-Kawża T-302/21; |
|
— |
tuża s-setgħa tagħha taħt it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex tagħti sentenza finali dwar din il-kwistjoni billi tiċħad l-appell; |
|
— |
sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni tal-aggravji u l-argumenti mhux diġà evalwati; u |
|
— |
tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż, fil-każ li tiddeċiedi definittivament il-kawża, jew tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż ta’ din l-istanza fil-każ li tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel, il-Kummissjoni tissottometti bir-rispett li l-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tagħha tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/468 tat-18 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen (1), b’tali mod li l-imsemmija interpretazzjoni la hija konsistenti mal-kliem, kuntest u l-għanijiet segwiti mir-regoli relevanti u lanqas ma hija kapaċi li tissalvagwardja l-validità u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni.
It-tieni, l-Kummissjoni tissottometti li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (2) jistabbilixxi żewġ kundizzjonijiet kumulattivi li jipprojbixxu ż-żieda mal-ikel jew l-użu fil-manifattura tal-ikel ta’ ċerti sustanzi u preparati/ingredjenti li jinkluduhom u, għalhekk bl-applikazzjoni ta’ dak it-test legali, tiddeċiedi fuq il-validità tar-Regolament (EU) 2021/468. B’mod partikolari, l-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li ma huwiex biżżejjed li s-sustanza hija misjuba li tagħmel ħsara għas-saħħa billi interpretat b’mod żbaljat dak ir-Regolament.
It-tielet, l-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fis-sens li kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni u qabżet is-setgħat tagħha ta’ skrutinju f’kwistjonijiet xjentifiċi fir-rigward ta’ jekk derivati tal-idrossiantraċen humiex ta’ ħsara għas-saħħa.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1416/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)