European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1288

13.3.2025

P9_TA(2024)0180

L-istabbiliment ta' proċedura ta' ritorn fuq il-fruntiera, u l-emenda tar-Regolament (UE) 2021/1148

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi il-proċedura ta’ ritorn fuq il-fruntiera, u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1148 (COM(2016)0467/COM(2020)0611 – C9-0039/2024 – 2016/0224B(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/1288)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0467) u l-proposta emendata (COM(2020)0611),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u Artikoli 78(2)(d) u 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0039/2024),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2016  (1) u tal-25 ta’ Frar 2021  (2),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta’ Frar 2017  (3) u tad-19 ta’ Marzu 2021  (4),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta’ Frar 2024, li japprova dik il-pożizzjoni, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-21 ta’ Frar 2024 li tawtorizza lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jaqsam il-proċedura leġiżlattiva u jipproċedi bil-preżentazzjoni ta’ żewġ testi konsolidati separati għall-kunsiderazzjoni fil-plenarja;

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 40 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0164/2024),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C 75, 10.3.2017, p. 97.

(2)   ĠU C 155, 30.4.2021, p. 64.

(3)   ĠU C 207, 30.6.2017, p. 67.

(4)   ĠU C 175, 7.5.2021, p. 32.


P9_TC1-COD(2016)0224B

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-10 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta' ritorn fuq il-fruntiera u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1148

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1349.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1288/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)