|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1270 |
21.2.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11253 – SAFRAN / PART OF COLLINS AEROSPACE’S ACTUATION AND FLIGHT CONTROL ACTIVITIES)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1270)
1.
Fl-14 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Safran S.A. (“Safran”, Franza), |
|
— |
parti mill-attivitajiet tal-attwazzjoni u tal-kontroll tat-titjir ta’ Collins Aerospace (l-Istati Uniti), ikkontrollata minn RTX Corporation (l-Istati Uniti) (il-“Mira”, l-Istati Uniti). |
Safran se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Safran hija attiva fid-disinn, il-manifattura u l-provvista ta’ sistemi ajruspazjali (inklużi sistemi tal-attwazzjoni tal-kontroll tat-titjir), tagħmir tal-inġenji tal-ajru u difiża globalment, |
|
— |
il-Mira hija attiva fid-disinn, il-manifattura, u l-provvista ta’ sistemi tal-attwazzjoni tal-kontroll tat-titjir globalment. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11253 – SAFRAN / PART OF COLLINS AEROSPACE’S ACTUATION AND FLIGHT CONTROL ACTIVITIES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1270/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)