|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1214 |
3.3.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Novembru 2024 – Anne Frank Fonds vs Anne Frank Stichting, Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen, Vereniging voor Onderzoek en Ontsluiting van Historische Teksten
(Kawża C-788/24, Anne Frank Fonds)
(C/2025/1214)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Anne Frank Fonds
Konvenuti: Anne Frank Stichting, Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen, Vereniging voor Onderzoek en Ontsluiting van Historische Teksten
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pubblikazzjoni ta’ xogħol fuq l-internet tista’ tiġi kklassifikata bħala komunikazzjoni lill-pubbliku f’pajjiż partikolari biss jekk din il-pubblikazzjoni tkun indirizzata lill-pubbliku f’dan il-pajjiż? Fl-affermattiv, liema huma l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni f’din l-evalwazzjoni? |
|
2) |
Jista’ jkun hemm komunikazzjoni lill-pubbliku f’pajjiż partikolari jekk, billi jintuża imblukkar ġeografiku (state of the art), jista’ jkun hemm aċċess għax-xogħol f’dan il-pajjiż mill-pubbliku unikament fis-sit internet li fuqu x-xogħol huwa ppubblikat billi l-miżura ta’ imblukkar tiġi evitata bl-għajnuna ta’ VPN [network privat virtwali] jew servizz simili? Huwa ta’ importanza sa fejn il-pubbliku f’dan il-pajjiż imblukkat ikun lest u dispost li jkollu aċċess għal dan is-sit internet permezz ta’ dan is-servizz? Ir-risposta għal din id-domanda tkun differenti jekk, minbarra l-miżura ta’ imbblukkar ġeografiku jittieħdu inkunsiderazzjoni miżuri oħra li jostakolaw jew jiskoraġġixxu l-aċċess għas-sit internet lill-pubbliku fil-pajjiż imblukkat? |
|
3) |
Jekk il-possibbiltà li tiġi evitata l-miżura ta’ imbblukkar twassal għal komunikazzjoni fil-pajjiż imblukkat lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur, tax-xogħol ippubblikat fuq l-internet, din il-komunikazzjoni tkun saret mill-persuna li ppubblikat ix-xogħol fuq l-internet, anki jekk l-għarfien ta’ dik il-komunikazzjoni jkun jeħtieġ l-intervent tal-fornitur tal-VPN jew servizz simili inkwistjoni? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1214/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)