European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1208

3.3.2025

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Jannar 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – Commune de Schaerbeek, Commune de Linkebeek vs Holding Communal SA

(Kawża C-627/23  (1) , Komuni ta’ Schaerbeek u ta’ Linkebeek)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/71/KE - Prospett li għandu jiġi ppubblikat fil-każ ta’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni ta’ titoli għall-kummerċ - Artikolu 2(1)(a) - Kunċett ta’ “titoli” - Artikolu 3 - Obbligu li jiġi ppubblikat prospett - Titoli negozjabbli fis-swieq kapitali - Azzjonijiet ta’ kumpannija holding li jistgħu jinżammu biss minn ċerti awtoritajiet amministrattivi territorjali ta’ Stat Membru - Trasferiment ta’ azzjonijiet li jeħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija holding)

(C/2025/1208)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commune de Schaerbeek, Commune de Linkebeek

Konvenut: Holding Communal SA

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE, kif emendata bid-Direttiva 2008/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

azzjonijiet ta’ kumpannija li jistgħu jinżammu biss mill-provinċji u mill-komuni ta’ Stat Membru u li t-trasferiment tagħhom huwa suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Bord tad-Diretturi ta’ din il-kumpannija jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “titoli”, fis-sens tad-Direttiva 2003/71, kif emendata bid-Direttiva 2008/11, b’tali mod li stedina għas-sottoskrizzjoni ta’ tali azzjonijiet hija suġġetta għall-obbligu ta’ pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett, previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/71, kif emendata bid-Direttiva 2008/11, sakemm il-modalitajiet tal-offerta ma jirrendux in-negozjabbiltà ta’ dawn l-azzjonijiet fis-suq tal-kapital bejn offerenti u investituri potenzjali impossibbli jew estremament diffiċli u sakemm ma tkun tapplika l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/71, kif emendata bid-Direttiva 2008/11.


(1)  ĠU C, C/2024/711.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1208/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)