European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1204

3.3.2025

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Jannar 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Česká republika – Generální finanční ředitelství vs Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

(Kawża C-578/23  (1) , Česká repubblika – Generální finanční ředitelství)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Punt 1(b) tal-Artikolu 31 - Proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt - Kundizzjonijiet - Raġunijiet tekniċi - Raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ drittijiet ta’ esklużività - Imputabbiltà lill-awtorità kontraenti - Ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ dritt li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni)

(C/2025/1204)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Česká repubblika – Generální finanční ředitelství

Konvenut: Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

Dispożittiv

Il-punt 1(b) tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi],

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sabiex jiġi ġġustifikat l-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-awtorità kontraenti ma tistax tinvoka l-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ esklużività meta r-raġuni ta’ tali protezzjoni tkun imputabbli lilha. Tali imputabbiltà għandha tiġi evalwata mhux biss abbażi taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi relatati mal-konklużjoni ta’ kuntratt dwar provvista ta’ servizz inizjali, iżda wkoll abbażi ta’ dawk kollha li jikkaratterizzaw il-perijodu mid-data ta’ din il-konklużjoni sa dik li fiha l-awtorità kontraenti tagħżel il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku sussegwenti.


(1)  ĠU C, C/2023/1291.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1204/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)