European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1105

24.2.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2025 – Enedo vs EUIPO – Enedis (ENEDO)

(Kawża T-1142/23)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ENEDO - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ENEDIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Limitazzjoni ta’ prodotti u ta’ servizzi indikati fl-applikazzjoni għal trade mark)

(C/2025/1105)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Enedo Oyj (Vantaa, il-Finlandja) (rappreżentanti: H.-M. Elo u E. Hodge, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Ringelhann, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Enedis (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Verneret u J. B. Micard, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Settembru 2023 (Każ R 190/2023-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Enedo Oyj, hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Enedis.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)   ĠU C, C/2024/975, 29.1.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1105/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)