|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1022 |
27.2.2025 |
P9_TA(2024)0130
Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (COM(2022)0454 – C9-0308/2022 – 2022/0272(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/1022)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0454), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0308/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2022 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta’ Diċembru 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0253/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2022)0272
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-12 ta' Marzu 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2024/2847.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni politika konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-riżorsi tal-ENISA, fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu li dan ir-Regolament jikkonferixxi kompiti addizzjonali fuq l-ENISA li jirriżultaw f’ammont ta’ xogħol addizzjonali u jkunu jeħtieġu riżorsi addizzjonali kemm f’termini ta’ għarfien espert kif ukoll ta’ għadd. Fid-dawl ta’ dan, sabiex l-ENISA tkun tista’ twettaq b’mod effettiv il-kompiti skont dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li tista’ tkun meħtieġa żieda fir-riżorsi tagħha, b’mod partikolari r-riżorsi umani tagħha bl-għarfien espert adegwat. Tali żieda tista’ tiġi prevista fil-proċedura annwali relatata mal-pjan ta’ stabbiliment tal-ENISA. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, li hija responsabbli biex fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni ddaħħal l-istimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta’ stabbiliment tal-ENISA, fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Att dwar iċ-Ċibersigurtà, għandha tivvaluta l-istimi għall-pjan ta’ stabbiliment tal-ENISA mdaħħla għall-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’kunsiderazzjoni tar-riżorsi meħtieġa, b’mod partikolari r-riżorsi umani, biex l-ENISA tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha b’mod adegwat skont dan ir-Regolament.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1022/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)