European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/916

17.2.2025

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2024 – EH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-322/24)  (1)

(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/382/20 - Amministraturi (AD5/AD7) fil-qasam ta’ relazzjonijiet esterni - Deċiżjoni li ma jitniżżilx isem ir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla - Evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali - Kompetizzjonijiet simili - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

(C/2025/916)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: EH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Ġħażla tal-11 ta’ Awwissu 2023 li tikkonferma, wara eżaminazzjoni mill-ġdid, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tas-6 ta’ Marzu 2023 li ma jitniżżilx ismu fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/382/20.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

EH huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C, C/2024/4867, 12.8.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/916/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)