|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/912 |
17.2.2025 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2024 – Hecht Pharma vs EUIPO – Gufic BioSciences (H 15 Gufic)
(Kawża T-520/23) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea H 15 Gufic - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu pubbliku u lejn l-estern - Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark)
(C/2025/912)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hecht Pharma GmbH (Bremervörde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Sachs u J. Sachs, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Ringelhann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gufic BioSciences Ltd. (Mumbai, l-Indja) (rappreżentanti: A. Wehlau u T. Uhlenhut, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u t-tibdil tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Ġunju 2023 (Każ R 902/2021-2).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Hecht Pharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/912/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)