European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/727

10.2.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2024 – Puma vs EUIPO – Li Puma (LaZZarO by Li Puma)

(Kawża T-11/24)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LaZZarO by Li Puma - Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea preċedenti PUMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/ 1001 - Rabta bejn it-trade marks kunfliġġenti)

(C/2025/727)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Luca Gottardo Li Puma (Torino, l-Italja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Ottubru 2023 (Każ R 2290/2022-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C, C/2024/1555, 26.2.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/727/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)