European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/564

3.2.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2024 – Laboratorio SYS vs EUIPO – Dr. Babor (sYs)

(Kawża T-39/24)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea sYs - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti S&S cosmética natural - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(C/2025/564)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laboratorio SYS, SL (Torrent, Spanja) (rappreżentanti: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Stoyanova-Valchanova, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dr. Babor GmbH & Co. KG (Aix-la-Chapelle, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sroka, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Novembru 2023 (Każ R 2462/2022-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratorio SYS, SL, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Dr. Babor GmbH & Co. KG.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)   ĠU C, C/2024/1712, 4.3.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/564/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)