|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/322 |
10.1.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/43, u fir-Regolament (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/42, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
(C/2025/322)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/43 (2), u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/42 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li reġa' eżamina l-lista ta' persuni ddeżinjati, iddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikati fuq is-siti web fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 9 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-22 ta' Awwissu 2025 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2017/2063.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.
(2) ĠU L, 2025/43, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/43/oj.
(3) ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.
(4) ĠU L, 2025/42, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/42/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/322/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)