European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/262

20.1.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2024 – Crédit agricole et vs Il-Kummissjoni (Bonds suprasovrani, sovrani u tal-aġenziji)

(Kawża T-386/21 u T-406/21)  (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-bonds suprasovrani, tal-bonds sovrani u tal-bonds tal-aġenziji ddenominati f’dollari Amerikani - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni tal-prezzijiet u tal-attivitajiet ta’ negozjar ta’ bonds - Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur uniku u kontinwu - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Ammont bażiku - Valur ta’ sostituzzjoni tal-valur tal-bejgħ - Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni sħiħa)

(C/2025/262)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-kawża T-386/21: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza) Crédit agricole Corporate and Investment Bank (Montrouge) (rappreżentanti : D. Beard, Barrister-at-Law, C. Hutton, C. Peacock u J. Parkinson, solicitors)

Rikorrenti fil-kawża T-406/21: UBS Group AG, aventi kawża ta’ Credit Suisse Group AG (Zürich, l-Isvizzera), Credit Suisse Securities (Europe) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti : R. Wesseling, F. ten Have u F. Brouwer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-386/21, T. Franchoo, M. Farley u B. Cullen, aġenti, u, fil-Kawża T-406/21, A. Boitos, M. Farley, T. Franchoo u C. Vang, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti fil-Kawża T-386/21, jitolbu, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 2871 final, tat-28 ta’ April 2021, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40346 – Bonds SSA) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn tikkonċernahom, u, min-naħa l-oħra, it-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom fl-imsemmija deċiżjoni.

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti fil-Kawża T-406/21 jitolbu, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonċernahom.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-386/21 u T-406/21 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Fil-Kawża T-386/21:

l-Artikolu 1(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 2871 final tat-28 ta’ April 2021, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40346 – Bonds SSA) – għandu jiġi annullat sa fejn dan jikkonstata li Crédit agricole SA u Crédit agricole Corporate and Investment Bank ipparteċipaw fil-ksur mill-10 ta’ Jannar 2013 sal-24 ta’ Marzu 2015, u mhux mill-11 ta’ Jannar 2013 sal-24 ta’ Marzu 2015;

l-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni C(2021) 2871 final għandu jiġi annullat sa fejn jistabbilixxi l-ammont tal-multa dovuta, b’mod solidali bejniethom, minn Crédit agricole Corporate and Investment Bank u Crédit agricole għal EUR 3 993 000;

l-ammont tal-multa imposta fuq Crédit agricole Corporate and Investment Bank u fuq Crédit agricole fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2021) 2871 final huwa ffissat għal EUR 3 993 000;

il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Crédit agricole u Crédit agricole Corporate and Investment Bank huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Fil-Kawża T-406/21:

ir-rikors huwa miċħud;

UBS Group AG u Credit Suisse Securities (Europe) Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 338, 23.8.2021.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/262/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)