|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/248 |
20.1.2025 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2024 minn Sara Makhlouf mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fis-17 ta’ Lulju 2024 fil-Kawża T-206/22, Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża C-636/24 P)
(C/2025/248)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Sara Makhlouf (rappreżentant: G. Karouni, avocat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Lulju 2024, Makhlouf vs Il-Kunsill (T-206/22, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”, EU:T:2024:495) inkluż inkwantu din ikkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kunsill; |
|
— |
tiddeċiedi r-rikors fuq il-mertu u tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati sa fejn dawn jinkludu u jżommu lill-appellanti fuq il-listi annessi mal-imsemmija atti:
|
|
— |
tordna l-kumpens għad-dannu li hija ġarrbet u tikkundanna lill-Kunsill iħallasha s-somma ta’ EUR 10 000 bħala danni; |
|
— |
tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż kollha sostnuti mill-appellanti kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.
|
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali li minnhom kellha tibbenefika l-appellanti, minħabba li hija ma nstemgħetx qabel l-adozzjoni tal-atti inizjali adottati mill-Kunsill. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat in-neċessità tal-effett ta’ sorpriża tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, b’mod partikolari għaliex is-sehem li l-assi tal-appellanti jirrappreżentaw meta mqabbel mal-patrimonju li hija kienet ser tiret kien żgħir u l-miżuri kienu ġew adottati ħdax-il sena wara l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi relatati ma’ missierha. |
|
2. |
Fit-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi vvalidat l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill f’dak li jirrigwarda r-rabta tal-appellanti mar-reġim Sirjan u l-influwenza tagħha fuq id-deċiżjonijiet ta’ dan tal-aħħar. Billi rreferiet għall-kriterju tal-appartenenza tal-familja, il-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova u kisret l-Artikoli 26, 29 u 40 TUE, l-Artikoli 240 u 275 TFUE u l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u dan f’sitwazzjoni fejn il-Kunsill kien qies lill-appellanti bħala esterna għall-kwistjonijiet politiċi u ekonomiċi Sirjani matul perijodu ta’ iktar minn 10 snin, fejn dan tal-aħħar kien biddel f’daqqa l-evalwazzjoni tiegħu sentejn wara l-mewt ta’ missierha. |
|
3. |
Fit-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tqajjem ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tallega żnaturament tal-fatti kif ukoll motivazzjoni insuffiċjenti fis-sentenza appellata f’dak li jirrigwarda l-iffriżar tal-fondi tagħha stess, minbarra l-assi li jifformaw parti mill-patrimonju ta’ Mohammed Makhlouf li kienu ffriżati. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/248/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)