European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/239

20.1.2025

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – Ir-Repubblika Ċeka) – N.V.N. vs Komise pro rozhodování ve věcech pobytu cizinců

(Kawża C-761/23  (1) , Komise pro rozhodování ve věcech pobytu cizinců)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Risposta li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza - Direttiva 2011/98/UE - Ħruġ ta’ permess uniku li jawtorizza liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru - Prinċipju ta’ ekwivalenza - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Informazzjoni kklassifikata - Aċċess għall-fajl)

(C/2025/239)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: N.V.N.

Konvenut: Komise pro rozhodování ve věcech pobytu cizinců

Dispożittiv

L-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi qorti nazzjonali, mitluba tistħarreġ il-legalità ta’ deċiżjoni relatata mar-residenza eżerċitata skont id-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, abbażi ta’ informazzjoni kklassifikata, milli tawtorizza hija stess l-aċċess tal-persuna kkonċernata għal din l-informazzjoni, fil-każ li din il-qorti tqis li l-assenza ta’ komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni lil din il-persuna ma tkunx tidher li hija ġġustifikata, meta din ikollha tali setgħa fil-kuntest ta’ azzjonijiet li ma jkunux jaqgħu taħt il-kontenzjuż tad-dritt ta’ residenza ta’ barranin.


(1)  ĠU C, C/2024/2723.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/239/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)