|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/197 |
13.1.2025 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2024 – GE vs Eurojust vs EUROPOL
(Kawża T-587/24)
(C/2025/197)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: GE (rappreżentant: J. Reisinger, avukat)
Konvenuti: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkonstata u/jew tiddikjara li l-azzjonijiet ikkontestati meħuda mill-Europol u/jew mill-Eurojust fil-kuntest tal-Operazzjoni SKY ECC jiksru d-dritt tal-Unjoni u t-Trattati, bil-għan li jingħata kumpens lir-rikorrent skont l-Artikoli 268, 277 u 340 TFUE, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, l-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali u r-rwol tal-Europol fir-riċerka u l-innovazzjoni], kif ukoll l-Artikolu 47 tar- Regolament (ue) 2018/1727 tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI; |
|
— |
tordna l-ħlas ta’ kumpens lir-rikorrent għad-danni mġarrba fl-ammont ta’ EUR 15 000 abbażi tal-Artikolu 268 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 340 TFUE ; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Europol u/jew l-Eurojust tad-dritt tar-rikorrent għal dritt għal smigħ xieraq. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq in-natura illegali u sproporzjonata li biha nkisbet u ġiet ipproċessata d-data/data personali. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ opportunità ta’ evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tal-provi f’kawżi kriminali, jew minn tal-inqas nuqqas ta’ salvagwardji formali u sostantivi. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ sigurtà adegwata murija fil-kisba u fl-ipproċessar tad-data SKY ECC. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/197/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)