European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/148

13.1.2025

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ottubru 2024 – Kyberg Pharma Vertriebs-GmbH vs Schutzverband gegen Unwesen in der Wirtschaft e.V.

(Kawża C-657/24, Kyberg Pharma)

(C/2025/148)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kyberg Pharma Vertriebs-GmbH

Konvenut: Schutzverband gegen Unwesen in der Wirtschaft e.V.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “tikketta” ta’ prodott tal-ikel ikopri wkoll reklamar bil-miktub għall-prodott tal-ikel b’mod li l-użu ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa fir-reklamar bil-miktub jimplika li r-rekwiżi ta’ informazzjoni previsti f’din id-dispożizzjoni għandhom jiġu ssodisfatti fir-reklamar?

2)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ użu ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa, ir-rekwiżi ta’ informazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni għandhom ukoll jiġu ssodisfatti fir-reklamar tal-prodott tal-ikel anki jekk it-tikketta tal-prodott tal-ikel tinkludi l-informazzjoni neċessarja?


(1)   ĠU 2006, L 404, p. 9, rettifika fil-ĠU 2007, L 12, p. 3


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/148/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)