|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/144 |
13.1.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-27 ta’ Settembru 2024 – F.F. vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
(Kawża C-633/24, Sovisso (1) )
(C/2025/144)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: F.F.
Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
Domanda preliminari
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta, fil-każ ta’ għadd flimkien tal-kontribuzzjonijiet imħallsa f’diversi Stati tal-Unjoni Ewropea, il-korrelazzjoni tad-dritt għall-ammont minimu statutorju tal-allowance ordinarju għal invalidità għar-rekwiżit ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għal għaxar snin fl-Italja, skont l-Artikolu 8(2) tal-Liġi Nru 153/69, meta mqabbel ma persuni li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha tagħhom fl-Italja, li fir-rigward tagħhom id-dritt għall-ammont minimu statutorju huwa rikonoxxut wara biss ħames snin ta’ kontribuzzjonijiet (tlieta fl-aħħar ħames snin), skont l-Artikoli 1 u 4 tal-Liġi Nru 222/84, tmur kontra d-dritt tal-[Unjoni Ewropea], b’mod partikolari l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2)?
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/144/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)